Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #498 Sitting 76 2018-01-30 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub.
Leg 13 PQ #499 Sitting 76 2018-01-30 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni - ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 498.
Leg 13 PQ #500 Sitting 76 2018-01-30 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni - ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 498.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. L-informazzjoni dwar l-entitajiet li jaqgħu taħt is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji ser tingħata fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari oħra magħmula mill-istess Onor. Interpellant.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali – trasferimenti/pagamenti f’kontijiet ta’ bank

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?

Response (BORG, IAN)

Bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 2911, skont ir-records tal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u tal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, mis-sena 2013 sal-lum, ma sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament.
Leg 13 PQ #2912 Sitting 76 2018-01-30 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – trasferimenti/pagamenti f’kontijiet ta’ bank

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, tista' tgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lil Onor. Interpellant li ma sarux trasferimenti jew pagamenti f'kontijiet li jinsabu f’dan il-bank.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – trasferimenti/pagamenti f’kontijiet ta’ bank

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul il-perjodu msemmi, l-Ministeru inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilita` tal-Ministeru tiegħi, ma għamlu l-ebda trasferiment u/jew pagamenti f’kontijiet illi jinsabu fil-bank li għalih qed issir referenza.
Leg 13 PQ #2962 Sitting 76 2018-01-30 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – servizz ta’ konsulenza minn individwu

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, x'servizzi ta' konsulenza ta lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u lill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, l-individwu li d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena? Jista' jgħid ukoll, sena b'sena, kemm tħallas għas-servizzi tiegħu dan l-istess individwu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn dan l-individwu u l-Gvern ta' Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 2963.
Leg 13 PQ #2963 Sitting 76 2018-01-30 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija Identità Malta – servizz ta’ konsulenza minn individwu

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, x'servizzi ta' konsulenza ta lill-Aġenzija Identità Malta, l-individwu li d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena? Jista' jgħid ukoll, sena b'sena, kemm tħallas għas-servizzi tiegħu li ta lill-Aġenzija Identità Malta maqsuma sena b'sena u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwè kuntratt iffirmat bejn dan l-individwu u l-Aġenzija Identità Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-individwu msemmi ġie ngaġġat mill-Agenżija Identity Malta sabiex jagħmel xogħol relatat mal-Programm ta’ Investiment Individwali. Il-persuna li qed issir riferenza għaliha, huwa wiehed mill-aqwa akkademiċi dwar is-suġġett fuq livell globali u qiegħed jgħin lill-Gvern Malti jipprepara għall-evalwazzjoni li qed tagħmel il-Kummissjoni Ewropea fuq programmi ta’ ċittadinanza u residenza b’investiment fil-pajjizi kollha tal-Unjoni Ewropea. Huwa tqabbad jagħmel dan ix-xogħol fuq il-bażi ta’ regolament 151 (b) (ii) tar-regolamenti dwar l-akkwist pubbliku. Il-valur ta’ xogħol li twettaq jammonta għal €23,840.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – servizz ta’ konsulenza minn individwu

Question

Jista' l-Ministru jgħid, x'servizzi ta' konsulenza ta lill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u lill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, l-individwu li d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatment mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena? Jista' jgħid ukoll, kemm tħallas għas-servizzi tiegħu dan l-istess individwu, sena b'sena? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn dan l-individwu u l-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.

Vjaġġi tal-merkanzija bejn il-Port tal-Imparr u l-Port il-Kbir

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex mhux qed isiru vjaġġi tal-merkanzija bejn il-Port tal-Imġarr u l-Port il-Kbir? B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 26091 tat-12-il leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-imsemmija kumpanija waslitx f’xi ftehim?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant iressaq din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #3141 Sitting 76 2018-01-30 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għal Għawdex

Vjaġġi tal-merkanzija bejn il-Port tal-Imparr u l-Port il-Kbir

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għaliex mhux qed isiru vjaġġi tal-merkanzija bejn il-Port tal-Imġarr u l-Port il-Kbir? B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 26091 tat-12-il leġiżlatura, tista’ l-Ministru tgħid jekk l-imsemmija kumpanija waslitx f’xi ftehim?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li l-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd qiegħda tipprovdi servizz alternattiv għall-ġarr tal-merkanzija lejn iċ-Cirkewwa. Il-kumpanija introduċiet inċentiv għall-operaturi tal-ġarr ta’ merkanzija fejn qiegħda tissussidja n-nol għall-ġarr ta’ din il-merkanzija meta din tinġarr fuq il-vjaġġi illi jsiru matul il-lejl. Fil-fatt matul is sena 2017, dan is-sussidju laħħaq is-somma ta’ €157,491.

Għawdex — Għarb u Qala – rispons tal-ambulanzi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’qed isir dwar ir-rispons miżeru tal-ambulanzi, speċjalment ir-rispons lejn il-lokalitajiet tal-Għarb u l-Qala? Dan sabiex jiġi evitat inċident mhux aċċettabli bħalma ġara fil-11 ta’ Frar 2017 fil-belvedere tal-Qala fejn ċiklista Malti ta’ 45 sena miet b’attakk tal-qalb fuq il-post wara li dam jistenna ambulanza għal 32 minuta.

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-aħħar sena sar titjib fil-vetturi tal-Ambulanzi f’Għawdex fejn inkrew 3 ambulanzi ġodda għad-dispożizzjoni u l-esiġenzi tal-pazjenti tagħna. Dan sakemm jiġu 3 ambulanzi ġodda li ġew ordnati għall-isptar Ġenerali t’ Għawdex. Rigward il-każ imsemmu minnu, ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għal kuntrarju għal li qed jgħid hu, l-ambulanza waslet fuq il-post fi 15 il-minuta u l-pazjent kien fl-isptar Ġenerali t’ Għawdex għal aktar kura f’inqas minn 30 minuta minn meta saret it-telefonata.

Forzi Armati ta’ Malta – patrol boats f’Għawdex

Question

Peress li jien ġejt infurmat illi l-patrol boats tal-Forzi Armati mhumiex awtorizzati li jagħmlu patrols in-naħa ta’ fuq t’Għawdex, jiġifieri l-ponta ta’ San Dimitri fl-Għarb sa Ras il-Qala, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan hux minnu, u jekk iva, għaliex?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Inħeġġeġ lill-Onor. Interpellant sabiex jivverifika s-sorsi tiegħu. Nista’ nassigurah li l-ebda parti mill-ibħra madwar Malta ma huma ristretti għall-patrol boats tal-Forzi Armati Malta.

Xarabanks mimlija li jitilqu mill-Port tal-Imġarr

Question

Peress li x-xarabanks li jitilqu mill-Port tal-Imġarr ikunu mimlija, jista’ l-Ministru jgħidilna jekk għandux soluzzjoni għall-Għawdxin li jkunu qed jistennew ix-xarabank fid-diversi stages fl-irħula li minnhom tgħaddi x-xarabank hi u sejra għall-Belt Victoria, ladarba li numru ta’ xarabanks qed jibqgħu vojta fil-Port tal-Imġarr?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ser tkun qed twettaq stħarriġ propju fuq dawk ir-rotot li jitilqu mill-port tal-Imġarr Għawdex. Dan sabiex tkun tista’ ssir evalwazzjoni tas-sitwazzjoni hekk kif deskritta f’din il-mistoqsija parlamentari u sabiex jiġu identifikati miżuri li jkun hemm bżonn jittieħdu sabiex jiġu ndirizzati xi nuqqasijiet li jistgħu jeżistu.
Leg 13 PQ #3145 Sitting 76 2018-01-30 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – skala tas-salarju ta’ mastrudaxxi ingaġġati biex jaħdmu fiż-żona tal-Kejselli

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għaliex l-aħħar erba’ mastrudaxxi ingaġġati mill-Ministeru u assenjati sabiex jaħdmu fiż-żona tal-Kejselli, iddaħħlu fuq skala 14 tas-salarji meta sħabhom li daħlu żmien ilu għadhom fuq skala ferm inqas, fil-fatt kienu daħlu fuq skala 20?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjegati fil-grad ta‘ Senior Tradesman (Carpentry) li huma ingaġġati mal-Ministeru huma kollha fuq skala 14.
Leg 13 PQ #3228 Sitting 76 2018-01-30 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Xlendi – tender għall-baga akbar għall-cruise liners

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk it-tender għal baga akbar għall-cruise liners fix-Xlendi, li skont risposta li ngħatat fil-Parlament kien qed jiġi abbozzat f'Ottubru 2016, issa wara aktar minn sena ġiex ippubblikat u jekk intgħażilx min se jagħmel dan ix-xogħol? Meta hu maħsub li din il-baga tkun lesta u meta hu ppjanat li jorbtu magħha l-ewwel cruise liners? Kemm hu ppjanat li jidħlu cruise liners ġewwa x-Xlendi matul l-2018?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 1785.
Leg 13 PQ #3229 Sitting 76 2018-01-30 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – bini ta’ airfield

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Economic and Social Impact Assessments u l-cost benefit analysis dwar airfield f’Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija ser tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #3230 Sitting 76 2018-01-30 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Terminal taċ-Ċirkewwa u terminal tal-Imġarr – għoti ta’ kirjiet/konċessjonijiet mill-kumpanija Gozo Channel

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’kirjiet jew konċessjonijiet tat il-kumpanija Gozo Channel fit-terminal taċ-Ċirkewwa u fit-terminal tal-Imġarr? Tista’ tgħid kif ingħataw dawn il-kirjiet jew konċessjonijiet? Min ingħata dawn il-kirjiet jew konċessjonijiet? Kemm hu l-ħlas li qed isir? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti ta’ kirjiet jew konċessjonijiet oħra?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.