Skola Nazzjonali tal-Isport – kriterji biex jintgħażlu studenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji sabiex jintgħażlu studenti għall-Iskola Nazzjonali tal-Isport?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dħul għas-seba’ sena huwa mmirat għal studenti li jinsabu fl-aħħar sena skolastika primarja. Id-dħul għad-disa’ sena huwa mmirat għal studenti li jinsabu fit-tieni sena skolastika sekondarja.
Il-prinċipju ewlieni tal-iskola huwa li toffri biss post għal atleti adoloxxenti fl-ogħla livelli ta’ ħiliet sportivi li tal-età tagħhom, jirriżultaw fost l-aqwa fil-qasam sportiv tagħhom fil-Gżejjer Maltin.
Fil-każ ta' studenti li japplikaw għal dħul fis-seba' sena, l-Iskola Nazzjonali tal-Isport tidentifika dawk il-kandidati li jaqgħu taħt dawn il-kriterji:-
- Il-kandidat irid ikun twieled
wara l-ewwel ta’ Jannar 2007
.
- Il-kandidat irid ikun irrekomandat bħala atleta ta’ livell għoli mill-assoċjazzjoni sportiva akkreditata.
- Il-kandidat irid ikun qed jieħu sehem fi skema għaż-żgħażagħ imħaddma minn assoċjazzjoni sportiva akkreditata għal mhux inqas minn
sena (12-il xahar)
mid-data tal-applikazzjoni.
Fil-każ ta' studenti li japplikaw għal dħul fid-disa' sena, l-Iskola Nazzjonali tal-Isport tidentifika dawk il-kandidati li jaqgħu taħt dawn il-kriterji:-
- Il-kandidat irid ikun twieled wara l-ewwel ta’ Jannar 2005.
- Il-kandidat irid ikun irrekomandat bħala atleta ta’ livell għoli mill-assoċjazzjoni sportiva akkreditata.
- Il-kandidat irid ikun qed jieħu sehem fi skema għaż-żgħażagħ imħaddma minn assoċjazzjoni sportiva akkreditata għal mhux inqas minn sentejn mid-data tal-applikazzjoni.
Barra minn hekk, għall-għażla ta’ studenti-atleti fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport jiġu kkunsidrati dawn il-kriterji:
- Attitudni pożittiva u entużjasta biex isostnu l-iżvilupp personali tagħhom
- Ħerqa li j/tirnexxi
- Kunfidenza fih/a nnifsu/nnifsiha
- Potenzjal għoli għall-futur fl-iżvilupp tal-isport magħżul
- Livell għoli fl-ikkowċjar li tgħinhom jagħrfu u jaċċettaw rispons differenti
- Livell tajjeb ħafna fl-attributi fiżjoloġiċi, kompetenzi fit-teknika relevanti għall-isport magħżul tagħhom (evalwat fl-assessjar tal-isport magħżul)
- Livell tajjeb ta’ għarfien sportiv (regoli ġenerali, ħiliet, teknika u tattiċi) relevanti għall-isport magħżul
- J/Turi sforz akkademiku pożittiv, imġiba u attitudni li j/tirnexxi
- Livell għoli ta’ appoġġ mill-ġenituri/kustodji
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpaniji li ppreferew iħallsu kontribuzzjoni minflok jimpjegaw persuni b'diżabilità matul is-sena 2017?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-Att dwar l-impjieg ta’ persuni b’diżabilità (Kapitolu 210), it-talba lill-kumpaniji għall-kontribuzzjoni relatata mas-sena 2017 għandha ssir aktar tard din is-sena. It-talbiet għall-kontribuzzjoni li diġà ħarġu lill-kumpaniji kienu relatati mas-snin 2015/2016. Minn dawn, sal-aħħar ta’ Diċembru 2017 kien hemm 402 kumpaniji li ħallsu l-kontribuzzjoni għan-nuqqas ta’ impjiegi ta’ persuni b’diżabilità.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx kumpaniji li qed jirrifjutaw li jħallsu l-kontribuzzjoni wara li fl-2017 naqsu li jimpjegaw persuni b'diżabilità skont il-liġi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-Att dwar l-impjieg ta’ persuni b’diżabilità (Kapitolu 210), it-talba lill-kumpaniji għall-kontribuzzjoni relatata mas-sena 2017 għandha ssir aktar tard din is-sena. It-talbiet għall-kontribuzzjoni li diġà ħarġu lill-kumpaniji kienu relatati mas-snin 2015/2016. Minn dawn, sal-aħħar ta’ Diċembru 2017 kien hemm 149 kumpanija li ma ħalsitx il-kontribuzzjoni għan-nuqqas ta’ impjiegi ta’ persuni b’diżabilità.
Kumpaniji li rrifjutaw li jimpjegaw persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'passi jittieħdu kontra kumpaniji li jirrifjutaw li jimpjegaw persuni b'diżabilità jew li jħallsu l-kontribuzzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li Jobsplus tieħu passi legali f’każijiet fejn kumpanija tirrifjuta li tħallas kontribuzzjoni relatata mal-impjieg ta’ persuni b’diżabilità.
Jista’ l-Ministru jgħid f'kemm tammonta l-kontribuzzjoni li kumpanija jeħtieġ tħallas, fl-eventwalità li tonqos li timpjega persuni b'diżabilità skont il-liġi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-Att dwar l-impieg ta’ persuni b’diżabilità (Kapitolu 210), il-kontribuzzjoni li kumpanija teħtieġ tħallas fl-eventwalità li tonqos li timpjega persuni b'diżabilità skont il-liġi tammonta għall-€800 għall-2015, €1,600 għall-2016 u €2,400 fis-snin segwenti.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward spezzjoni fuq flat peress li mix-xaft dieħel ħafna ilma u minkejja li saru diversi talbiet, ma ittieħdet l-ebda azzjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija diġa ingħatat f'mistoqsija parlamentari numru 3689 li hija identika
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3420 u jgħid x’inhi r-reazzjoni tal-Gvern u x'azzjoni se jkun qed jieħu l-istess Gvern wara li fi stqarrija li ħarġet il-UĦM Voice of The Workers nhar it-12 ta' Jannar 2018 saret referenza għall-inġustizzja li saret jew qed issir fil-konfront tal-gwardjani lokali fejn dawn il-ħaddiema qed jintalbu japplikaw biex jerġgħu jiġu mpjegati fl-istess pożizzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li f’dan ir-rigward inħarġet stqarrija mill-LESA li ntbagħtet lill-istampa kollha nhar is-Sibt 13 ta’ Jannar 2018.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3421 u jgħid kemm huma l-ħaddiema li preżentament huma reġistrati bħala gwardjani lokali f'pajjiżna?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3422 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm hu n-numru ta' ħaddiema li kienu jew huma reġistrati mal-Local Enforcement System Agency (LESA), sena b'sena minn kemm ilha li twaqqfet l-istess LESA sal-2018? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet in-nefqa fuq pagi tal-ħaddiema kif ukoll l-ispiża fuq l-operat, għall-istess perjodu maqsuma sena b'sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mil-ewwel t’Ottubru 2015 sal-31 ta’ Dicembru 2016 kien hemm 3 ħaddiema, bejn l-1 ta’ Jannar u 31 ta’ Diċembru kien hemm 9 ħaddiema filwaqt li bejn l-1 ta’Jannar u l-15 ta’ Jannar tas-sena korrenti kien hemm 9 ħaddiema li kienu reġistrati mal-LESA liema salarji jammontaw għal €156,277, €313,101 u €12,042 rispetivament. Rigward spejjeż oħra li ntefqu fuq l-operat dawn kienu jammontaw ghal €9,115,453, €7,331,903 u €305,496, fejn fost oħrajn nsibu l-ispejjeż tas-servizzi tal-Gwardjani lokali, is-sistema tal-ispeed cameras, is-sistema tas-servizz online u spejjeż oħra.
Dipartiment tal-Patoloġija – appuntament – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jara kif appuntament tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mad-Dipartiment tal-Patoloġija tħassar għar-raba’ darba, minħabba nuqqas ta' strumenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna msemmija minnu la għandha u lanqas qatt kellha appuntament mad-dipartiment tal-Podoloġija.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm irid ikollok eżamijiet biex tidħol skrivan mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġewwa l-Isptar Mater Dei? Jista’ jgħid x’inhuma l-kwalifiki meħtieġa? Jikkonferma li hemm min daħal mingħajr kwalifiki mitluba? Jista’ jgħid kemm daħlu, xahar b’xahar minn April sa Diċembru 2017 u f’Jannar 2018? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn daħlux bil-kuntratt jew le? Jista’ jgħid kemm daħlu fuq bażi part-time u kemm fuq bażi full-time?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fix-xhur imsemmija minnu kien hemm medja ta’ 40,066 siegħa fix-xahar ta’ xogħol klerikali ingaġġat f’Mater Dei mill-kumpanija msemmija.
Jista’ l-Ministru jara li ssir żjara ta’ social worker fid-dar tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li tbati bid-dementia u peress li tgħix waħedha mhux l-ewwel darba li ħarġet barra waħedha?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, għal spjegazzjoni għal fatt li 17-il sena ilu għamel konvenju fuq post sabiex jinxtara?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-art li fuqha hemm mibnija d-dar illi, d-dettalji dwarha qed jingħataw b’mod separat, għadha m’għaddietx għand l-Awtorita` tad-Djar mingħand l-Awtorita` tal-Artijiet.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew ammessi persuni fl-Isptar Monte Carmeli tul is-sena 2017? Jista’ jindika kemm kien hemm persuni rikoverati fl-aħħar tas-sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2017 kien hemm 1,974 persuna li ġiet ammessa u 808 persuna li ġiet rikoverata fl-aħħar tal-istess sena, fl-isptar Monte Carmeli.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm persuni impjegati ġewwa l-Isptar Monte Carmeli tul is-sena 2017? Jista’ jindika l-iskala rispettiva tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-aħħar tas-sena tal-2017 kien hemm 719 persuni impjegati mas-servizz/settur pubbliku ġewwa l-Isptar Monte Carmeli.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Berġa tas-Saħħa ta’ Wied il-Għajn hijiex se tiġi rilokata? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni użaw is-servizzi tal-istess Berġa tul is-sena li għaddiet (2017)?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-e¿erċizzju tad-divoluzzjoni ma japplikax għall-Berġa ta’ Wied il-Għajn għaliex din hija propjeta’ privata. Madanakollu, saru diversi xogħlijiet fosthom tiswijiet fil-membrane ta’ din l-imsemmija berġa. Ninfurmah ukoll illi matul is-sena 2017 kien hemm 1,976 persuni li użaw is-servizz ta’ tabib u 1,936 persuna li użat is-servizz tal-infermiera, ġewwa din il-berġa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm requisition orders pendenti fl-aħħar tas-sena li għaddiet? Jista’ jgħid kemm kienu jirrigwardaw proprjetajiet f’Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Gudja, Santa Luċija u l-Fgura?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ requisition orders sal-aħħar tas-sena 2017 kien jammonta għal 164 li jinkludu dawn li ġejjin:
Raħal Gdid
9
Hal Tarxien
3
Gudja
0
Santa Luċija
0
Fgura
2
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet pendenti quddiem l-Arbitru tas-Sigurtà Soċjali fl-aħħar tas-sena 2017? Jista’ jgħid kemm każijiet ġew deċiżi tul l-istess żmien?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Malta Arts Council u V18 Foundation – ċaqlieq ta’ impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jelenka ċ-ċaqlieq ta' impjegati, inkluż tkeċċija, terminazzjoni ta' servizz jew impieg jew xogħol ieħor, mill-Malta Arts Council u V18 Foundation, fix-xhur ta' April, Mejju u Ġunju 2017, xahar b'xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fix-xhur msemmija kien hemm ċaqliq, ta’ erba’ impjegati fil-Kunsill Malti għall-Arti u fil-Fondazzjoni Valletta 18 fejn dawn l-impjegati ġew mogħtija dmirijiet ġodda. Iċ-ċaqliq sar skont it-tabella hawn taħt:
AprilMejjuĠunju
Valletta 18001
Kunsill Malti ghall-Arti003
Total4