Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #515 Sitting 77 2018-01-31 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Financial Intelligence Analysis Unit – ċaqliq ta’ personnel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'ċaqliq ta' personnel kien hemm fil-Financial Intelligence Analysis Unit mit-3 ta' Ġunju 2017 sal-lum?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Jista l-Onorevoli Interpellant jispjega xi jrid igħid biha l-kelma ‘ċaqliq’ u jkun iktar speċifiku.
Leg 13 PQ #516 Sitting 77 2018-01-31 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ufiċċju tal-Prim Ministru — direct order

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat minn kwalsiasi entità li taqa' taħtu, inkluż id-data u l-valur, mill-1 ta' Diċembru 2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi it-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn id-direct orders ingħataw skont l- Artiklu 103 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.
Leg 13 PQ #517 Sitting 77 2018-01-31 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni - direct order

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat minn kwalsiasi entità li taqa' taħtu, inkluż id-data u l-valur, mill-1 ta' Diċembru 2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 516.
Leg 13 PQ #518 Sitting 77 2018-01-31 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni - direct order

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat minn kwalsiasi entità li taqa' taħtu, inkluż id-data u l-valur, mill-1 ta' Diċembru 2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 516.

Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali – servizz ta’ konsulenza minn individwu

Question

Jista' l-Ministru jgħid, x'servizzi ta' konsulenza ta lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, l-individwu li d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatment, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena? Jista' jgħid ukoll, sena b'sena, kemm tħallas għas-servizzi tiegħu dan l-istess individwu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn dan l-individwu u l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-individwu indikat qatt ma rrenda servizzi professjonali ta’ konsulenza jew xort’oħra lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u qatt ma rċieva ħlasijiet mingħand l-istess uffiċċju jew għamel xi kuntratt miegħu.

Bypass tal-Imrieħel – lift stallat fil-pedestrian footbridge

Question

Jista' l-Ministru jagħti data definittiva meta se jiġu stallati u jibdew jaħdmu l-lifts li suppost diġà jinsabu stallati fil-pedestrian footbridge li jinsab fil-bypass tal-Imrieħel?

Response (BORG, IAN)

Transport Malta ħadet il-passi kollha li jistipula l-kuntratt biex tassigura li d-dewmien ma jkomplix, inkluż anke rreġistrat protest ġudizzjarju. Sadanittant, infurmat li l-lifts ġew ordnati u għandhom jitwaħħlu sal-aħħar ta’ Frar 2018.

Bypass tal-Imrieħel – pedestrian footbridge – dħul minn riklami

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern Malti jew tal-Awtorità għat-Trasport f'Malta mir-reklami li qegħdin jidhru mal-pedestrian footbridge li jinsab fil-bypass tal-Imrieħel?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Transport Malta ma ddaħħalx flus mir-reklami.

Għawdex – xogħlijiet fuq il-Port tal-Imġarr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sar f’xogħlijiet ta’ tiswija s’issa u kemm ġew jiswew dawn ix-xogħlijiet fuq il-moll tal-Port tal-Imġarr Għawdex (eżattament taħt fejn hemm il-gabbani u ż-żona fejn jittrakka l-vapur bil-lejl sa fejn tittrakka l-Patrol Boat tal-Forzi Armati)? Ftit ta’ żmien ilu is-surveyors tat-trasport sabu dabien fond diversi metri taħt dan il-moll b’riskju kbir għall-ħajjiet tal-pubbliku, impjegati u anki l-ammont ta’ vetturi li jipparkjaw hemm f’każ li jċedi dan il-moll.

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien infurmat li saru tiswijiet ta’ ħsarat u manutenzjoni fuq il-mollijiet fl-Imġarr, Għawdex li jammontaw għal €241,902.64. Madanakollu, Transport Malta ma għandhiex konjizzjoni ta’ xogħlijiet partikolari fil-parti msemmija, cjoe’ fejn jitrakka l-vapur bil-lejl sa fejn il-Patrol Boat tal-Forzi Armati. Is-survey imsemmi fl-Imġarr sar min Transport Malta bħala parti minn monitoraġġ tal-infrastruttura marittima. Dan qiegħed jintuża għad-disinn tat-tiswijiet meħtiega u preparamenti għal sejħa għall-offerti għal xogħlijiet fix-xhur li ġejjin. Jien infurmat li ma hemmx ħsarat taħt dan il-moll b’riskju imminenti għall-pubbliku, impjegati jew vetturi li jipparkjaw hemm jew riskju li jċedi dan il-moll kif qed jagħti l-impressjoni l-Onor. Interpellant.

Digriet mogħti mill-Qorti dwar Ambaxxatur

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2928, jista’ l-Ministru jgħid kif għadu ma ġiex sospiż l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament wara li nħareġ digriet mogħti mill-Qorti tal-Maġistrati ta’ Malta fil-31 t’Ottubru 2017 (Gazzetta tal-Gvern numru 19,899, paġni 12505 u 12506 u li kopja tagħha qed tingħata separatament) li jirreferi għall-inċident serju stradali bil-karozza uffiċjali tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ? L-Ambaxxatur kellu dritt jagħmel użu minn vettura uffiċjali (number plates qed jingħataw separatament) waqt li qiegħed Malta u mhux jaqdi l-funzjonijiet tiegħu l-Olanda?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Membru li l-kontenut tal-Mistoqsija Parlamentari huwa inkorrett, kemm fis-sustanza kif ukoll fil-fatti.
Leg 13 PQ #3153 Sitting 77 2018-01-31 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Skejjel tal-Gvern — manutenzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm huma dawk l-iskejjel tal-Gvern f’Għawdex li matul il-vakanzi tas-sajf li għadda, saritilhom xi forma ta’ manutenzjoni? Jekk saret din il-manutenzjoni, tista’ tgħid liema kienu dawn l-iskejjel u kemm hi l-istima tas-somma li intefqet?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat, iżda kull meta l-Ministeru għal Għawdex jintalab l-assistenza, dejjem huwa dispost li jagħtiha. Eżempju ta’ każ bħal dan kien fis-Sajf 2017 fejn saru xi xogħlijiet ta’ white washing u plastering fl-iskola primarja tal-Għarb Għawdex.
Leg 13 PQ #3154 Sitting 77 2018-01-31 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Ir-Rabat – Victoria Bus Terminus

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta beda x-xogħol fuq l-aċċess li minn ħdejn il-Knisja ta’ San Franġisk fir-Rabat, Għawdex, jagħti għall-Victoria Bus Terminus? Tista’ tindika meta se jiġi fi tmiemu dan il-proġett u kemm huwa stmat li ser jiġi jiswa?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa jinsabu għaddejin ix-xogħolijiet fuq l-M&Es u qiegħda fil-proċess ta’ aġġudikazzjoni l-offerta tal-finishes liema offerta inħarġet f’Diċembru 2017. Ix-xogħol li fadal biex jitlesta l-proġett huwa dak ta’ finishing u M&Es liema xogħlijiet huma stmati li ser jiswew circa miljun ewro. Ix-xogħlijiet imsemmija huma stmati li jridu madwar ħames xhur minn meta jiġi aġġudikat it-tender sabiex jitlestew.
Leg 13 PQ #3155 Sitting 77 2018-01-31 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għal Għawdex

Qorti t’Għawdex – konsultazzjoni dwar is-sit il-ġdid

Question

Peress li l-proċess ta’ konsultazzjoni dwar is-sit il-ġdid tal-Qorti f'Għawdex spiċċa fis-17 ta’ Diċembru li għadda, tista’ l-Ministru tindika meta huwa ppjanat li jibda x-xogħol u meta hija l-mira li jitlesta? Tista’ tgħid ukoll kemm huwa stmat li ser jiġi jiswa dan il-proġett?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li x-xogħol hu ppjanat li jibda appena jiġu approvati t-tibdiliet fil-pjan lokali, tiġi pproċessata l-applikazzjoni mill-Awtorità tal-Ippjanar u jiġu aġġudikati t-tenders. Skont it-timeframes tal-Ministeru, il-proġett hu maħsub li jitlesta sas-sena 2022, hu stmat li jiswa €5.5 miljun (VAT eskluż).
Leg 13 PQ #3156 Sitting 77 2018-01-31 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Port tal-Imġarr – parkeġġ

Question

Peress li l-maġġoranza tal-Għawdxin li jaħdmu Malta qegħdin isibuha diffiċli biex jipparkjaw il-vetturi tagħhom fil-Port tal-Imġarr qabel jitilgħu abbord il-vapur, tista’ l-Ministru tgħid jekk, apparti il-Park and Ride ppjanat, il-Gvern preżenti għandux il-ħsieb, u mhux fi żmien ‘il bogħod, li jibda xogħol fuq parkeġġ ġdid fl-imsemmi port?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed isir eżerċizzju ta’ Cost Benefit Analysis fuq il-park and ride u hemm ukoll survey onlajn. It-terminu konċess għall-finalizzazzjoni tas-CBA huwa fil-5 ta’ Marzu 2018.
Leg 13 PQ #3234 Sitting 77 2018-01-31 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex -Korsa taż-żwiemel f’Ta’ Xħajma

Question

Tista’ l-Ministru tgħid xi pjanijiet hemm għal korsa taż-żwiemel ġewwa Ta' Xħajma f'Għawdex? Tista’ tgħid fiex waslu l-pjanijiet u kemm hu ppjanat li jiġi jiswa dan ix-xogħol, u tgħid kif dan ix-xogħol hu ppjanat li jkun iffinanzjat?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru qed jistudja options differenti għal iżvilupp li jista jsir fil-korsa taż-żwiemel u ovvjament irid ikun kompattibbli ma’ dan l-isport.
Leg 13 PQ #3235 Sitting 77 2018-01-31 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – park and ride minn u lejn l-Imġarr

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess dwar il-proġett imħabbar permezz ta' konferenza stampa f'Settembru li għadda ta' Park and Ride ġewwa Għawdex minn u lejn l-Imġarr? Tista' tgħid meta hu ppjanat li jibda jiffunzjona dan il-Park and Ride?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lil Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 3156

Għawdex — Proġetti u inizjattivi b’Fondi Ewropej

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma li 10% tal-Fondi Ewropej għall-perjodu ta' finanzjament 2014-2020 se jintefqu fuq proġetti u inizjattivi f'Għawdex? Tista' tgħid issa li għaddew erba’ snin minn dan il-perjodu ta’ finanzjament (2014-2020) kemm intefqu minn dawn il-fondi f'Għawdex u fuq liema proġetti jew inizjattivi ntefqu? Tista' tgħid kemm intefqu fuq kull proġett jew inizjattiva u l-ammont li kien ġej minn fondi tal-Unjoni Ewropea u l-ammont li kien ġej minn fondi nazzjonali? Tista' tgħid liema proġetti jew inizjattivi hemm approvati u dawk li għadhom għaddejjin jew għad iridu jibdew? F'kull każ, tista' tgħid kemm hu maħsub li jkun il-ko-finanzjament minn fondi tal-Unjoni Ewropea?

Response (DALLI, HELENA)

Nikkonferma lill-Onor. Interpellant li dan il-Gvern ikkommetta li jonfoq 10% tal-Fondi Ewropej għal Għawdex kif kien sar għall-perjodu 2007-2013. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra informazzjoni dwar proġetti approvati s’issa li qed ikunu implimentati direttament f’Għawdex taħt il-Programm tal-Fondi Ewropej (2014-2020). Il-kofinanzjament minn fondi tal-Unjoni Ewropea huwa ta’ tmenin fil-mija. Infakkar li Għawdex se jkompli jibbenefika wkoll minn numru ta’ proġetti oħra kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea li se jgawdu minnhom kemm il-Maltin kif ukoll l-Għawdxin. L-Onorevoli Interpellant japprezza li f’dan l-istadju ta’ implimentazzjoni għadu kmieni sabiex wieħed jikkalkula eżatt l-ispiża minn dawn il-proġetti li tkun relatata ma’ Għawdex.
Leg 13 PQ #3237 Sitting 77 2018-01-31 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Fuel mixtri mill-kumpanija Gozo Channel

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont ta' fuel li nxtara mill-kumpanija Gozo Channel kull sena, sena b' sena, fis-snin 2012, 2013, 2014, 2015, 2016 u 2017? Tista' tgħid kemm kien l-ammont totali li tħallas kull sena għal dan il-fuel f'dawn is-snin indikati?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li minħabba n-natura kummerċjali u sensittiva tal-informazzjoni mitluba l-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd hi prekluża milli tagħti tali informazzjoni.

Għawdex — Vjaġġi lejn Malta bil-likwidu tal-baqar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li f'dawn l-aħħar ġimgħat ma għadhomx isiru vjaġġi lejn Malta tal-likwidu tal-baqar (farming water/demel tal-baqar) kollha ta’ Għawdex? Jista’ jgħid fejn għal dawn l-aħħar ġimgħat ir-raħħala Għawdxin kienu qed jitfgħu dan il-likwidu tal-baqar (farming water/demel tal-baqar) iktar u iktar li qegħdin fl-istaġun tax-xitwa u l-volum ikun ferm akbar?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-vjaġġi tad-demel likwidu tal-baqar minn Għawdex għal Malta kien servizz imwaqqaf fuq bażi temporanja, jigifieri sakemm jkun bjonnjuż u rikjest u għal dawk ir-raħħala li volontarjament xtaqu jgħamlu użu minn dan is-servizz. Għal dawn l-aħħar ġimgħat, ir-raħħala Għawdxin m'urewx ix-xewqa jew il-bzonn ta’ dan is-servizz u għalhekk waqaf sakemm jerġa jiġi rikjest. L-istaġun tax-xitwa m’għandux ikun raġun ta żieda fil-volum tad-demel tal-baqar.
Leg 13 PQ #3239 Sitting 77 2018-01-31 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Proġetti ta’ restawr

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta hu mistenni li jibda x-xogħol ta' restawr fuq il-proġetti indikati, min ser jagħmel dan ix-xogħol, kif intgħażel min se jagħmel dan ix-xogħol u kemm se jiswa kull wieħed minn dawn il-proġetti: - restawr taċ-Ċimiterju tal-Pesta fix-Xagħra; - restawr tan-niċċa fi Triq is-Sellum fix-Xagħra; u - restawr tal-istatwa ta' San Pawl f'Marsalforn?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ma hux involut fix-xogħol ta’ restawr fuq il-proġetti msemmija.

Skola Nazzjonali tal-Isport — studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li qed jattendu l-Iskola Nazzjonali tal-Isport?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ studenti li qed jattendu l-Iskola Nazzjonali tal-Isport huwa 215 u huma mqassmin kif ġej: Sena Subien Bniet Total 7 sena 26 14 40 8 sena 23 16 39 9 sena 31 15 46 10 sena 28 17 45 11-il sena 26 19 45 Total 134 81 215