Skema — Ministry for Gozo Non-Governmental Organisations Assistance Schemes
Question
B’referenza għall-aħbar illi ġew ippreżentati €70,000 lill-għaqdiet volontarji taħt l-iskema Ministry for Gozo Non-Governmental Organisations Assistance Schemes, tista’ l-Ministru tgħid min huma dawk l-għaqdiet illi applikaw imma ma kkwalifikawx?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li l-Organizazzjonijiet Volontarji li kienu applikaw iżda ma kkwalifikawx mill-Iskema ‘Ministry for Gozo Non-Governmental Organisations Assistance Scheme’ għas-sena 2017, huma indikati fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninforma wkoll li l-proċess sħiħ ta’ evalwazzjoni sar ukoll mal-evalwaturi esterni mill-Kunsill Malti tas-Settur Volontarju (Malta Council for the Voluntary Sector).
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb illi jinbena Material Recovery Facility (MRF) ieħor, mhux wieħed bażiku u temporanju kif elenkat f’mistoqsija parlamentari 3035 ta’ din il-leġiżlatura, imma wieħed illi huwa state-of-the-art u li jaqdi l-bżonnijiet tal-pajjiż? U jekk iva, meta hemm il-ħsieb illi jsir?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpllant li nikkonferma li l-Gvern għandu ħsieb li jara wegħda li hemm fil-Manifest Elettorali li sal-2023 l-impjant ta’ Sant’ Antnin jiġi magħluq. Għaldaqstant, filwaqt li nikkonferma li l-Wasteserv ser tkun qegħda tlesti l-impjant temporanju f’Sant’ Antnin, il-ħtieġa ta’ impjant state-of-the-art tibqa’. L-impjant il-ġdid ser ikun lest fiż-żmien stipulat skont il-wegħda elettorali.
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jibda x-xogħol fuq il-proġett tas-solar farm tal-Magħtab u meta huwa pproġettat li jitlesta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta plc qed issegwi l-proċeduri meħtieġa sabiex tikseb il-permessi tal-iżvilupp għal dan il-proġett mill-awtoritajiet kompetenti, hekk kif jitolbu l-liġijiet għal dan it-tip ta’ investiment ambjentali.
Il-proġett jibda jitwettaq skont il-kundizzjonijiet u ż-żminijiet stipulati minn dawn il-permessi, hekk kif jinħarġu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba l-impjant tal-Electrogas intuża f’livell ta’ full capacity matul l-2017?
Response (MIZZI, JOE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 3029 ta’ din il-leġiżlatura, ninfurmaha li s-sorsi kollha disponibbli fit-taħlita tal-enerġija elettrika tal-Enemalta plc jistgħu joperaw f’livell ta’ full capacity, hekk kif kien meħtieġ jagħmlu diversi drabi sabiex ilaħħqu mad-domanda tal-enerġija tal-pajjiż fix-xhur li għaddew, f’ċirkostanzi differenti. Madankollu, l-Enemalta tfittex li tikseb bilanċ fl-użu tas-sorsi kollha disponibbli fl-istess ħin, sabiex issaħħaħ is-sigurta’ tal-provvista u tevita sitwazzjonijiet ta’ dipendenza fuq sors wieħed biss, bħalma kienet is-sitwazzjoni qabel ma’ l-Enemalta bdiet tħaddem din it-taħlita ta’ sorsi ġodda fl-2017.
Bit-teknoloġiji li qed joperaw illum, l-impjanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-gass naturali f’Delimara jistgħu jilħqu l-ogħla livelli ta’ effiċjenza anke jekk ma jkunux qed jintużaw f’livell ta’
full capacity
. Dan ma kienx il-każ fl-impjanti antiki taż-żejt li l-Enemalta kienet tuża sal-ewwel xhur tas-sena li għaddiet. Illum l-Enemalta għandha mezzi aħjar biex tkun tista’ tiżgura l-aħjar livelli ta’ effiċjenza flimkien ma’ livell adekwat ta’ sigurta’ tal-provvista.
F’dan ir-rigward, is-sostenibilita’ fil-ġenerazzjoni u l-importazzjoni tal-elettriku ma tissarrafx f’hiex qed tuża l-aktar u f’kemm qed tużah
full capacity
iżda kemm qed tibbilanċja l-użu tas-sorsi bl-aktar mod għaqli u bl-aktar sigurta’ ta’ provvista.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il metru kubu ta’ LNG inħatt fil-Floating Storage Unit matul l-2017?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għal Enemalta plc. Minħabba f’hekk, l-iżvelar ta’ tali tagħrif jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess Kumpanija.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2600, fejn jidher li bi żvista ġiet provduta biss informazzjoni għas-sena 2016, jista’ l-Ministru jgħid kemm għamel direct orders il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, sa mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jagħti lista ta' direct orders li tinkludi l-ammonti mħallsa u min tħallas? Jista’ jagħti raġuni għalfejn saret direct order għal kull ammont li jeċċedi l-€1,164 jekk applikabbli?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-ispetturi li għaddew għal supretendenti liema riżultat ġie kkonfermat mill-Public Service Commission (PSC), għadhom ma ngħatawx il-promozzjoni? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll kemm minn dawn l-ispetturi ser jingħataw din il-promozzjoni? U meta? U x'wassal biex dawn il-promozzjonijiet jinżammu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi l-promozzjonijiet lill-Ispetturi li għaddew għal Supretendenti fil-Korp tal-Pulizija, ser isiru fil-futur qrib. L-ammont ta' dawk li ser jiġu promossi jiġi determinat skond l-esiġenzi tas-servizz dakinhar tal-promozzjonijiet, kif dejjem sar fil-passat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hu jew iċ-Chief of Staff tiegħu kenux mgħarrfa bil-kawża li l-Bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fetaħ lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-Arizona, l-Istati Uniti f’Mejju 2017?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru sar jaf bil-kawza li qed jagħmel riferenza għaliha l-Onor. Interpellant meta din saret pubblika.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk għaddietx korrispondenza kwalunkwe bejnu jew iċ-Chief of Staff tiegħu u l-Bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u/jew is-sidien tiegħu minn meta dan kiseb il-liċenzja biex jopera f’Malta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ma kienx hemm korrispondenza bejn il-Prim Ministru u dan il-Bank. Dan japplika wkoll għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Malta Film Studios – sejħa għall-offerti internazzjonali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-eżitu tas-sejħa għall-offerti internazzjonali li kienet ħarġet fl-2015 b’rabta mal-privatizzazzjoni tat-tankijiet tar-Rinella fil-Kalkara, illum magħrufa bħala Malta Film Studios?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kienu 5 kumpanijji li ssottomettew applikazzjoni għas-sejħa għall-offerti internazzjonali li kienet għalqet nhar il-15 ta Diċembru 2015.
Wara skrutinju tal-applikazzjonijiet, il-5 kumpaniji kollha għaddew għat-tieni stadju tal-proċess. Fit-tieni stadju, il-Kummisjoni tal-Films ippubblikat Request for Proposals f'Settembru 2016 li għaliha il-5 kumpaniji intalbu jippreżentaw il-proposti tagħhom.
Mill-5 kumpaniji, għall-proċess tal-RFP, kienet il-kumpanija Golden Zephyr Ltd li ppreżentat proposta. Wara li din il-proposta ġiet eżaminata ġiet meqjusa bħala
technically non-compliant
.
Malta Film Studios – sejħa għall-offerti internazzjonali – applikazzjonijiet minn kumpaniji jew ditti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija jew ditta jew entità oħra applikat għas-sejħa għall-offerti internazzjonali li kienet ħarġet fl-2015 b’rabta mal-privatizzazzjoni tat-tankijiet tar-Rinella fil-Kalkara, illum magħrufa bħala Malta Film Studios?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kienu ħamsa (5) il-kumpaniji li ssottomettew applikazzjoni għas-sejħa għall-offerti internazzjonali li kienet għalqet nhar il-15 ta Diċembru 2015.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjani tal-Gvern għat-tankijiet tar-Rinella fil-Kalkara, illum magħrufa bħala Malta Film Studios u senjatament, jekk hemmx il-ħsieb li dawn jiġu privatizzati?
Response (MIZZI, KONRAD)
It-tankijiet tal-Malta Film Studios huma strateġiċi għal pajjiżna u għalhekk qegħdin jiġu evalwati possibiltajiet differenti sabiex dawn it-tankijiet jiġu utiliżżati bl-aħjar mod possibli.
Jista’ l-Ministru jgħid min imexxi t-tankijiet tar-Rinella fil-Kalkara llum? Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Malta Film Commission għandhiex xi rwol f’din it-tmexxija u jekk iva, ma jidhirlux li dan ipoġġi lill-Malta Film Commission f’sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tankijiet tal-Malta Film Studios huma amministrati mill-Kummissjoni tal-Films f’Malta fl-aħjar interess tal-qasam tal-films f’Malta.
Santa Venera – residenti li marru fil-poliklinika tal-Floriana għal teħid ta’ testijiet tad-demm
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm residenti ta’ Santa Venera, li attendew fil-Poliklinika tal-Floriana b'appuntament, fis-snin 2015, 2016 u 2017, sabiex jitteħdilhom kampjun ta' demm għal analiżi medika?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tal-Kura Primarja jżomm statistika globali ta’ kemm ittieħdu kampjuni tad-demm ġewwa ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana li minnu jagħmlu użu residenti ta’ diversi bliet u rħula fosthom Santa Venera.
It-tabella t’hawn taħt turi it-total ta’ kemm ittieħdu kampjuni f’dan iċ-Ċentru tas-Saħħa għal kull sena mitluba.
Sena
2015
2016
2017
Numru ta’ Kampjuni meħuda fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana
18,649
20,334
16,113
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid:
a. kemm twieldu trabi fl-2017;
b. kemm minn dawn ħelsu normali, b’ċesarja jew b’intervent ieħor;
c. x’kien il-persentaġġ ta’ trabi li twieldu b’ċesarja u x’kienet l-indikazzjoni medika; u
d. it-trabi li twieldu b’ċesarja, kemm minnhom twieldu bi
spinal anaesthesia
u kemm b’
general anaesthesia
?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’Malta, bejn l-ewwel ta’ Jannar u l-aħħar ta’ Ottubru 2017 twieldu 3,590 tarbija. It-tabella ta’ hawn taħt turi kif twieldu dawn it-trabi.
Type of birth
Number of births
Normal vertex vaginal
2,272
Forceps
4
Ventouse
155
Breech
1
Cesarean Section
1,158
Mill-1,158 tarbija li twieldu b’ċesarja, 85.4% twieldu bi spinal anaesthesia u 13.2% twieldu b’general anaesthesia. Numru zgħir (1.4%) kellhom kemm spinal kif ukoll general anaesthesia.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid:
a. kemm saru operazzjonijiet ta’
TAH and BSO
,
Hysterectomies, oophorectomies single or bilateral,
sena b’sena tul dawn l-aħħar ħames snin;
b. x’kienu l-indikazzjonijiet mediċi ta’ dawn l-operazzjonijiet; u
c. jagħti l-etajiet tal-persuni li għamlu dawn l-operazzjonijiet?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabelli t’hawn taħt.
In-numru ta operazzjonijiet ta’ Total Abdominal Hysterectomy and Bilateral Salpingoophorectomy (TAH and BSO) kif ukoll l-etajiet tal-persuni li għamlu dawn l-operazzjonijiet.
Age group
2012
2013
2014
2015
2016
<35
5
1
2
6
2
35-44
48
45
53
47
45
45-54
141
165
168
162
143
55-64
70
68
66
89
77
65-74
37
44
35
45
47
75-84
11
12
16
18
10
85+
1
3
0
2
3
Total
313
338
340
369
327
In-numru ta operazzjonijiet ta’ Hysterectomies (Includes Vaginal, Laparoscopic, Subtotal and TAH without BSO) kif ukoll l-etajiet tal-persuni li għamlu dawn l-operazzjonijiet.
Age group
2012
2013
2014
2015
2016
<35
10
8
13
6
6
35-44
79
80
65
87
77
45-54
64
61
72
62
42
55-64
63
39
57
45
37
65-74
43
34
33
49
48
75-84
21
14
21
10
9
85+
1
1
1
1
Total
280
237
262
260
220
In-numru ta’ operazzjonijiet ta’ Oophorectomies/ Salpingoophorectomies (Excludes BSO's carried out with TAH) kif ukoll l-etajiet tal-persuni li għamlu dawn l-operazzjonijiet.
Age group
2012
2013
2014
2015
2016
<35
12
11
15
12
12
35-44
23
22
27
28
50
45-54
16
28
35
38
24
55-64
5
8
11
17
24
65-74
4
5
19
18
10
75-84
1
2
1
0
5
85+
0
0
0
1
0
Total
61
76
108
114
125
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid:
a. kemm saru operazzjonijiet ta’ ċesarja tul dawn l-aħħar ħames snin, sena b’sena; u
b. x’kienet l-età medja ta’ dawk li saritilhom ċesarja tul dawn l-aħħar ħames snin, sena b’sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’Malta bejn l-2012 u l-2016 saru 6,772 operazzjonijiet ta’ ċesarja. It-tabella t’hawn taħt turi kemm saru sena b’sena, kif ukoll l-età medja ta’ dawk li saritilhom l-operazzjoni tac-ċesarja.
Year
Number of caesarean sections
Average maternal age of mothers having caesarean section (years)
2012
1409
30.2
2013
1270
30.4
2014
1368
30.8
2015
1359
30.9
2016
1366
31.2
2012-2016
6772
30.7
FIAU – rapporti lill-Pulizija ta’ money laundering
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3565 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2735, jista’ l-Ministru jgħid kemm huma dawk ir-rapporti tal-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) li ġew mgħoddija lill-pulizija u li ġew fil-fatt investigati mill-pulizija u kemm minn dawk investigati ġew konklużi u mressqa l-Qorti għas-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u 2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – direct order lill-One TV
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-valur u jgħid kemm-il direct order ta l-Ministeru tiegħu lil One TV fl-2016 u fl-2017, inkluż dak ta' €50,000 li ta lill-One TV f'Diċembru 2016?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma saru ebda ħlasijiet fl-2016 u 2017 lill-imsemmija kumpanija, għajr l-ammont ikkwotat fil-mistoqsija.