Tliet kulleġġi tal-MCAST – spiża assoċjata mat-tmexxija
Question
Jista’ l-Ministru jgħidilna kemm hija l-ispiża assoċjata mat-tmexxija tat-tliet kulleġġi tal-MCAST? Jista’ jinkludi s-salarji u l-allowances tal-Assistenti Diretturi, tal-Kapijiet tal-Kulleġġi u s-Segretarji u Assistenti, li huma mpjegati direttament minnhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tliet kulleġġi fi ħdan l-MCAST ma jimpjegaw lill-ebda impjegat direttament u huma parti mill-istruttura tal-MCAST. Is-salarju u l-allowances tat-tliet Kapijiet tal-Kulleġġi, li jiffurmaw parti mit-Top Management tal-MCAST, huma kif se nsemmi:
Salarju
Allowance
tat-Trasport
Allowance
tat-Telefonija
Kap tal-Kulleġġ
€41,000
€2,500
€1,200
Hospital Concession Agreement mal-Vitals Global Healthcare
Question
B'referenza għal Hospital Concession Agreement li l-Gvern għamel mal-Vitals Global Healthcare (VGH) jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Kamra u jgħid kemm kien l-ammont maqbul li l-Gvern kellu jħallas lil-VGH għal kull sena (separatament) matul it-tletin sena li kien ikopri dan il-ftehim?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pagamenti mill-Gvern lill-konċessjonarju matul il-perjodu tal-konċessjoni isiru kif indikat fil-ftehim imsemmi minnu u cioe skont l-ammont ta’ servizzi li l-Gvern ikun qed jixtri. Is-servizz tas-saħħa għall-pazjenti Għawdxin u Maltin ser jibqa’ mingħajr ħlas għall-perjodu kollu tal-konċessjoni u ser ikun tal-aqwa livell.
Trasferimenti ta’ proprjetà immobbli f’Għawdex – atti pubbliċi
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3631 liema mistoqsija kienet dwar atti pubbliċi dwar trasferiment ta' proprjetà immobbli f'Għawdex u fejn fit-tweġiba għaliha ingħad li mill-bidu nett tal-eżistenza tar-Reġistru Pubbliku, fl-1859, qatt ma kienet tinżamm l-informazzjoni mitluba, u peress li għall-mistoqsija simili li kienet saret fil-Leġiżlatura XII (Mistoqsija Numru 22599) fil-fatt kienet ingħatat l-informazzjoni u allura dan jindika li din l-informazzjoni fil-fatt tinżamm, jista' għaldaqstant il-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3631?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li fil-mistoqsija parlamentari 3775 għamel riferenza għall-mistoqsija parlamentari 22599 li saret lill-Ministeru tal-Finanzi fil-leġiżlatura li għaddiet, l-Uffiċċju tiegħi tkellem mal-istess Ministeru tal-Finanzi.
Il-Ministeru tal-Finanzi għarraf lill-Uffiċċju tiegħi li l-informazzjoni biex setgħet tingħata t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22599 tal-leġiżlatura li għaddiet, inġabret min naha tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni.
Kien għalhekk li l-informazzjoni mitluba oriġinarjament fil-mistoqsija parlamentari 3631 li saret lili, u li kienet simili għall-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija parlamentari 22599 tal-leġiżlatura li għaddiet, ma setgħetx tingħata min naħa tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew xi entità li taqa' taħtu.
Nifhem illi kieku kif għamel fl-aħħar leġiżlatura, l-Onor. Interpellant din id-darba wkoll reġa talab l-informazzjoni b’rabta ma’ atti pubbliċi dwar trasferiment ta' proprjetà immobbli f'Għawdex lill-Ministeru tal-Finanzi, kien jingħata l-informazzjoni kif sar fl-aħħar leġiżlatura.
B’referenza għall-Avviż Legali numru 289/2016 li sar fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, jista’ l-Ministru jikkonsidra li dak li hemm stabbilit għas-settur privat, jiġi estiż ukoll għas-settur pubbliku kollu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għall-Avviż Legali numru 289/2016 li sar fl-Att dwar is-Sigurtà Socjali jista’ l-Ministru jikkonsidra li dak li hemm stabbilit għas-settur privat jiġi estiż ukoll għas-settur pubbliku kollu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, kif hemm imwiegħed fil-Manifest Elettorali ta’ dan il-Gvern, il-miżura msemmija minnu ser tkun qed tiġi estiża għall-impjegati tas-servizz pubbliku matul din il-leġislatura.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħlijiet saru u x’beħsiebhom isiru tul din il-leġiżlatura fil-Gudja? Jista’ jindika kemm kienet in-nefqa s’issa u kemm hija ppjanata li tkun?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qiegħed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħlijiet saru u x’beħsiebhom isiru tul din il-leġiżlatura f’Ħal-Għaxaq? Jista’ jindika kemm kienet in-nefqa s’issa u kemm hija ppjanata li tkun?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qiegħed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħlijiet saru u x’beħsiebhom isiru tul din il-leġiżlatura f’Raħal Ġdid? Jista’ jindika kemm kienet in-nefqa s’issa u kemm hija ppjanata li tkun?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qiegħed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħlijiet saru u x’beħsiebhom isiru tul din il-leġiżlatura fil-Fgura? Jista’ jindika kemm kienet in-nefqa s’issa u kemm hija ppjanata li tkun?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qiegħed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jagħti elenku ta’ stipendji li l-Gvern jipprovdi lil studenti differenti? Jista’ jgħid jekk jingħatax stipendju addizzjonali lil studenti li għandhom bżonn aktar għajnuna minħabba ċirkostanzi personali jew familjari? Jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm żieda fl-istipendju tal-istudenti fl-aħħar snin? Jekk iva, f’kemm kienet tikkonsisti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra elenku ta’ rati ta’ għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti li l-Gvern jipprovdi lill-istudenti f’korsijiet f’diversi istituzzjonijiet post sekondarji, vokazzjonali u terzjari f’livelli differenti.
F’dawn l-aħħar ħames snin ġew imnedija diversi miżuri ġodda u tkomplew issaħħew miżuri eżistenti fosthom bit-twessiegħ tal-parametri għall-istipendju supplimentari biex jgħinu studenti li għandhom bżonn aktar għajnuna minħabba ċirkostanzi personali jew familjari fosthom:
Miżuri ġodda:
· Studenti b’diżabbiltà bdew jitqiesu awtomatikament eliġibbli għall-Għotjiet ta’ Manteniment, inklużi dawk Supplimentari.
· Studenti residenti fi djar tal-Knisja jew konservatorji bdew jitqiesu awtomatikament eliġibbli għall-Għotjiet ta’ Manteniment, inklużi dawk Supplimentari.
· Bdiet tingħata għotja addizzjonali lil studenti li huma ġenituri waħedhom u li jiddependu finanzjarjament fuq dak li jirċievu mis-Sigurtà Soċjali, u li fl-istess ħin qegħdin jistudjaw f’livell post-sekondarju jew terzjarju
full time
.
Għotja Supplimentari:
Bħala parti mill-miżuri mħabbrin fil-Baġit, f’Jannar tal-2017 it-thresholds tad-dħul annwali għolew. B’hekk, aktar studenti saru eliġibbli għall-Għotjiet Supplimentari kif ġej:
Thresholds għall-Għotjiet Supplimentari
Sa Jannar 2017
Minn Jannar 2017 (skont ir-reviżjoni tal-Baġit)
Rata ta’ persuna li tgħix waħedha
€8,900
€9,100
Rata ta’ persuna b’ġenitur wieħed
€9,800
€10,500
Rata ta’ persuna li tgħix mal-familja
€11,900
€12,700
Din il-miżura bdiet tiġi implimentata f’Marzu 2017. Fl-2017, l-Uffiċċju tal-Għotjiet ta’ Manteniment ipproċessa 2,458 applikazzjoni għal għotja supplimentari. Sad-data ta’ din il-PQ għas-sena akkademika 2017/2018 kien hemm 2,473 studenti li imlew it-talba tagħhom għall-għotja supplimentari.
Żjieda tal-Għoli tal-Ħajja
Fi Frar 2015, l-istipendji tal-istudenti kollha ġew aġġustati biex jirriflettu ż-żjieda tal-Għoli tal-Ħajja (COLA). L-ammont taż-żjieda tal-Għoli tal-Ħajja, mifrux fuq 10 pagamenti għas-sena 2014/15 u l-ewwel stipendju għas sena 2015/16 laħaq is-somma ta’ €125,000.
F’Marzu 2015, 17,714-il student irċieva bonus pro rata għal darba (skont il-Baġit tal-2014) li tela’ għal spiza ta’ €81,817.
Fi Frar 2016 l-istipendji u stipendji supplimentari reġgħu ġew riveduti b’ammont proporzjonali taż-żjieda tal-għoli tal-ħajja (cola) u għaldaqstant l-istipendji u stipendji supplimentari ġew aġġustati b’żjieda ta’ 0.93%. Dan sarraf f’investiment akbar ta’ madwar €161,405 għas-sena akkademika 2015/16.
Fi Frar 2017, l-istipendji tal-istudenti kollha ġew aġġustati b’żieda pro rata biex jirriflettu ż-żjieda mogħtija fil-Baġit ta’ 0.91% tal-Għoli tal-Ħajja (COLA). Dan l-ammont taż-żjieda tal-Għoli tal-Ħajja affettwa seba’ (7) pagamenti ta’ stipendji minn Frar sa Awwissu 2017, li jaqgħu mas-sena akkademika 2016-17. Iż-żewġ stipendji li tħallsu f’Diċembru 2017, u li jaqgħu mas-sena akkademika 2017-18 ukoll irriflettew din iż-żieda.
Iż-żieda fl-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti tal-cola pro rata għas-sena 2018 ser tkun 0.91%.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3696 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Wara li l-Ministru għall-Ġustizzja kien stqarr li l-inkjesta li kienet sar referenza għaliha fil-mistoqsijiet parlamentari 2279 u 1674 dwar l-Advisory Board tal-Fostering fil-fatt kienet tlestiet u li qiegħda fi stadju li jiġi kkompilat ir-rapport tal-istess inkjesta, jista’ l-Ministru jpoġġi dan l-istess rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, hija l-intenzjoni tal-Gvern illi jpoġġi dan l-istess rapport fuq il-Mejda tal-Kamra fil-futur viċin.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm żdiedu l-impjiegi fis-settur tar-remote gaming minn Marzu 2013 sal-lum?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tinsab fit-tabella t'hawn taħt .
Employment
(FTE jobs)
2014
2015
2016
2017
% change
As of December
As of June
As of December
As of June
As of December
As of June
Dec 2014
vs
June 2017
Remote
3,102
3,318
3,908
5,295
5,327
5,542
79%
Land-based
622
597
799
855
866
865
39%
Total
3,724
3,915
4,707
6,150
6,193
6,407
72%
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn rapport imħejji mill-Malta Gaming Authority, huwa stmat li meta wieħed jikkalkula wkoll l-ammont ta’ impjiegi indiretti relatati mal-industrija din il-figura titla għal madwar 9,000.
Kumpaniji fir-remote gaming li kabru l-operat tagħhom
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm mill-kumpaniji stabbiliti fir-remote gaming qabel Marzu 2013, kabbru l-operat tagħhom hawn Malta f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-Awtorità Malta dwar il-Loghob ma tiġborx informazzjoni dwar kumpaniji individwali.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk jeżistix studju li jevalwa l-impatt tal-industrija tar-remote gaming fuq is-settur tal-kirjiet privati u residenzjali u fuq is-settur tad-divertiment?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-impatt tal-industrija tar-remote gaming fuq is-settur tal-kirjiet qed jiġi kkunsidrat flimkien ma’ setturi ohra fix-xogħol li qed isir fuq il-white paper dwar il-kirijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jiġu maħluqa units tal-housing fl-erba’ snin li ġejjin bil-ħidma tal-Gvern u f’liema lokalità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Gvern beda bil-ħidma tiegħu sabiex jibni binijiet ta’ akkomodazzjoni soċjali sabiex tkun indirizzata l-problema ta’ allokazzjonijiet. Matul l-2017, Il-Housing Projects Management Unit beda bl-iskavar f’numru ta’ siti ppjanati għal proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali. Dan l-investiment ser ikun qiegħed jaħseb għal 684 unit ta’ akkomodazzjoni soċjali; fil-lokalitajiet imsemmija hawn taħt:
· Triq il-Għenba Attard – 8
units
· Tas-Sisla B’Kara – 73 -il
unit
· Helen’s Gate Cospicua – 65 -il
unit
· Triq il-Lewżiet, Kirkop A – 19 -il
unit
· Triq Salvu Sacco, Kirkop B – 18- il
unit
· Triq tal-Fieres, Kirkop C – 8
units
· Triq tal- Fieres, Kirkop D – 8
units
· Ħal-Farruġ, Luqa – 182 -il
unit
· Valley Road, Msida – 102
units
· Triq it-Tuffieħ, Naxxar – 12-il
unit
· Triq N. Mifsud, Qrendi A – 24 -il
unit
· Triq N. Sammut, Qrendi B – 26 -il
unit
· Triq Nikol Zammit, Siġġiewi – 84-il
unit
· Triq l-Indipendenza, Ħaż-Żebbuġ A – 20 -il
unit
· Triq il-Qolla, Ħaż-Żebbuġ B – 8
units
· Triq Ciantar, Żurrieq – 27-il
unit
B’referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 3057 ta’ din il-leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid min qiegħed jagħmel l-istudji biex jinstabu soluzzjonijiet tekniċi oħra għall-iskart ladarba l-ispazju tal-Għallis jiġi eżawrit? X’inhi t-target date illi fiha mistennija jkunu lesti dawn l-istudji?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn kalkoli approssimattivi li tagħmel il-Wasteserv, il-volum ta’ spazju li fadal għar-rimi fil-landfill tal-Għallis huwa ta’ ftit inqas minn miljun metru kubu. Nelfrattemp, qed jiġu studjati soluzzjonijiet tekniċi oħra biex ladarba l-ispazju tal-Għallis jiġi eżawrit, jiġi assigurat spazju alternattiv għar-rimi tal-iskart. Dawn l-istudji qegħdin fil-fażi preliminari.