B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3624, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta beħsiebu d-Dipartiment ivara pilot study f’Malta u f’Għawdex fejn il-mediċini (karta bajda biss) li jinsabu fil-formolarju tal-Gvern jinkitbu b’mod elettroniku mit-tabib tal-familja, kemm dak privat kif ukoll dak tal-Gvern, fuq riċetti li hi standard prescription u li t-template elettroniku tagħha hu maħruġ mid-dipartiment?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 3624 u ninfurmah illi s-sistema komputerizzata se tigi estiza ghat-tobba tal-familja iktar tard din is-sena.
B’referenza għad-Djar tal-Anzjani li huma privati u li jipprovdu servizz kemm lill-Gvern bħala Private Public Partnership (PPP) kif ukoll lill-klijenti privati, jista’ l-Ministru jgħid x’monitoraġġ isir biex ikun żgurat li l-kura li qed tingħata hi ta’ kwalità? X’monitoraġġ isir dwar l-ikel li jingħata u l-livell ta’ indafa jew manutenzjoni tal-post? Min jissalvagwardja li s-servizzi anċillari li huma bi ħlas extra, għax mhux koperti bil-PPP jew mill-kuntratt ma’ klijent privat, huma ġusti u ta’ standard mad-djar kollha f’Malta u f’Għawdex?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, jwettaq moniteraġġ kontinwu fuq sodod mixtrija mingħand il-privat, permezz tal-Quality Assurance and Compliance Team. Dan isir permezz ta’ viżti fuq il-post u kif ukoll spezzjonijiet fid-djar kollha, li jiprovdu dan is-servizz. Meta l-anzjani jidħlu ġewwa dar fuq l-iskema tal-Gvern, tiġi provduta informazzjoni dwar s-servizzi kollha provduti. Rigward residenti privati, l-moniteraġġ isir mid-Direttorat tal-Istandards tal-Kura tas-Saħħa li hu responsabbli mil-liċenzjar ta’ dawn id-djar.
Djar Residenzjali tal-Anzjani – lista ta’ stennija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani li qegħdin fil-lista ta’ stennija biex jidħlu f’dar residenzjali? Kemm huma dawk l-anzjani li qed iħallsu minn buthom u huma applikati biex jaqilbu għal sussidju mill-Gvern?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ anzjani li qegħdin fil-lista ta’ stennija biex jidħlu f’dar residenzjali għall-anzjani jammonta għal 1876.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità ma jħarisx fejn jgħix l-Anzjan imma l-lista ta’ stennija tinżamm skond il-kura meħtieġa tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid kif persuni (bħall-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament) li qed jaħdmu fl-Air Malta, il-current job tagħhom mhux qiegħed imniżżel ġewwa l-Jobsplus? Jista’ jara meta l-pożizzjoni tagħhom se tiġi rranġata peress li qed jitnaqqsilhom id-dritt milli jieħdu l-work benefit?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat minn Jobsplus illi l-ingaġġ ta’ tali ħaddiema ser ikun qiegħed jiġi proċessat elettronikament fi ftit jiem oħra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3561, jista’ l-Ministru jgħid, ladarba issa jaf li l-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ma għamel l-ebda Suspicious Transaction Report (STR) lill-awtoritajiet matul l-2016 u ladarba jaf ukoll li f’din is-sena saru numru ta’ transazzjonijiet suspettużi li ma ġewx rappurtati, fosthom id-dħul ta’ mitt elf euro (€100,000) fil-kont tac-Chief of Staff tal-Prim Ministru, hekk kif żvelat f’wieħed mir-rapporti tal-FIAU, ma jidhirlux li, bħala Ministru responsabbli minn dan il-qasam għandu jieħu azzjoni?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma l-Onor. Interpellant illi t-tali indħil li qiegħed jissiġġerixxi, jiġifieri li Ministru jindaħal fl-operat ta’ istituzzjoni awtonoma bħal FIAU, tmur kontra l-prinċipji fundamentali ta’ “good governance” li tagħha l-Onor. Interpellant huwa l-kelliem għall-Oppożizzjoni u suppost jaf x’inhuma.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — direct order
Question
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat minn kwalsiasi entità li taqa' taħtu, inkluż id-data u l-valur, mill-1 ta' Diċembru 2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Dawn id-direct orders ingħataw skont l-Artiklu 103 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat minn kwalsiasi entità li taqa' taħtu, inkluż id-data u l-valur, mill-1 ta' Diċembru 2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn id-direct orders ingħataw skont l-Artiklu 103 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji - direct orders
Question
Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat minn kwalsiasi entità li taqa' taħtu, inkluż id-data u l-valur, mill-1 ta' Diċembru 2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 520.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat minn kwalsiasi entità li taqa' taħtu, inkluż id-data u l-valur, mill-1 ta' Diċembru 2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ta’ min jgħid li dawn id-
direct orders
ingħataw skont l-Artiklu 103 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — direct orders
Question
Tista' l-Ministru tagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat minn kwalsiasi entità li taqa' taħtha, inkluż id-data u l-valur, mill-1 ta' Diċembru 2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Dawn id-direct orders ingħataw skont l- Artiklu 103 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali - direct orders
Question
Tista' l-Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali tagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat minn kwalsiasi entità li taqa' taħtha, inkluż id-data u l-valur, mill-1 ta' Diċembru 2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 132, tista’ l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta’ ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex li qegħdin jeżerċitaw xogħol madwar iċ-Ċittadella? Kemm minn dawn il-ħaddiema bdew jaħdmu fiċ-Ċittadella bejn it-2 ta’ Ġunju 2017 sal-ġurnata meta ġiet magħmula din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:Copy of PQ 3157 - Ċittadella - Ħaddiema_Tabella (002).pdf
Jista' l-Ministru jgħid fejn u meta saru l-Consul on the Move? Kemm swew dawn is-sessjonijiet? Kemm persuni attendew għal kull sessjoni, kemm u liema kienu s-servizzi konsulari offruti f'dawn is-sessjonijiet minn meta beda l-Consul on the Move?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn meta tħabbret l-inizjattiva Consul-on-the-Move fil-5 ta’ Mejju 2016, il-Ministeru għadda biex jimplimenta dan il-proġett f’ħames pajjiżi fejn hemm jgħixu konċentrazzjoni ta’ Maltin. Il-Konsli ta’ Karriera fl-Awstralja, il-Kanada, l-Istati Uniti, ir-Renju Unit u New Zealand żaru l-Maltin fil-postijiet fejn jgħixu biex ikunu jistgħu jipproċessaw it-talbiet tagħhom li fil-parti l-kbira tagħhom kienu jikkonsistu f’applikazzjonijiet għal passaport Malti, applikazzjonijiet għal ċittadinanza Maltija u reġistrazzjoni ta’ ċertifikati.
Għaldaqstant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar kif is-Servizz Konsolari (Consul-on-the-Move) kien provdut bejn Lulju 2016 u Diċembru 2017.
Ministeru għal Għawdex – skemi ta’ xogħol — ħaddiema
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 1645, tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema li jaħdmu taħt dawn l-iskemi? F’kull każ meta jispiċċa l-perjodu tal-iskema? Tista’ l-Ministru tgħid ukoll jekk kienx hemm xi tibdil fin-numru ta’ ħaddiema assenjati fid-diversi postijiet tax-xogħol mill-10 ta’ Ottubru 2017 sal-ġurnata meta ġiet magħmula din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tindika jekk saritx xi forma ta’ manutenzjoni, speċjalment fil-garden furniture stallata fil-ġnien pubbliku Villa Rundle fil-Belt Victoria, Għawdex, minn meta ġie inawgurat il-ġnien imsemmi sal-ġurnata meta ġiet magħmula din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li qed issir il-manutenzjoni meħtieġa fuq il-garden furniture tal-ġnien Villa Rundle b’mod regolari. Il-Gazebo, l-kannizzati u l-bankijiet jiġu trattati biż-żejt (teak oil). Ta’ min jgħid ukoll li saret il-manutenzjoni neċessarja fuq il-qiegħ tal-ġiebja tal-funtana li hemm fl-istess ġnien. Il-Villa Rundle wkoll qed tiġi mżejjna meta jkun hemm festi partikolari.
Każini tal-baned u soċjetajiet mużikali – grants jew sussidju
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ingħatawx xi grants jew sussidji lill-każini tal-baned jew soċjetajiet mużikali fil-ħames ġimgħat ta’ qabel it-3 ta’ Ġunju 2017? Jekk fl-affermattiv, min kienu l-każini tal-baned/soċjetajiet mużikali li bbenefikaw minn dawn il-grants jew sussidji? Kemm kienet is-somma totali li ngħatat lil kull każin partikulari? Għal liema skop ingħatat din is-somma? Minn liema fond pubbliku ngħataw dawn is-somom ta’ flus? Jista jgħid ukoll jekk kienx hemm talbiet għalihom minn dawn il-każini u min approva l-grant jew sussidju?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-fond tan-National Lotteries Good Causes Fund kompla bil-programm tiegħu matul il-perjodu msemmi fil-mistoqsija. L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-applikazzjonijiet inklużi dawk magħmula minn każini iridu jsiru skont ir-regolamenti u li dawn it-talbiet jiġu evalwati u approvati minn Advisory Board li jgħaddihom lill-Ministru għall-Finanzi għall-approvazzjoni tiegħu.
Għawdex — Construction and Maintenance Unit u Directorate for Projects and Development – concrete mesh u rods
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm intużaw concrete mesh u rods mill-Construction and Maintenance Unit u mid-Directorate for Projects and Development mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data ta’ meta ġiet intavolata din il-mistoqsija parlamentari? Fuq liema proġetti ntużaw u kemm intuża fuq kull proġett? Tista' tgħid fuq kull proġett min kienet il-persuna li ordnat il-concrete mesh u rods u min kienet il-persuna li ċċertifikat li ntuża dan l-ammont?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm nies b’kollox mad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha li jaħdmu fuq it-tindif u żamma fi stat tajjeb tal-bajjiet ta’ Għawdex? Tista’ tgħid x’inhu l-grad ta’ dawn il-persuni u kif inhuma mqassmin f’kull bajja li hemm f’Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li hemm 57 impjegat li qegħdin jaħdmu fuq it-tindif u żamma fi stat tajjeb tal-bajjiet ta’ Għawdex matul is-sena kollha. Uħud minn dawn u numru ta’ impjegati f’sezzjonijiet oħra jiġu msejħa biex jaqdu dmirijiethom f’Kemmuna fis-sajf skont l-esigenzi tal-Ministeru. F’dan ir-rigward nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 1895. Id-dettalji qed jiġu ppreżentati fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.