Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni reġistrati fir-Reġistru għall-Protezzjoni tal-Minuri fil-Qorti sal-aħħar tas-sena 2017?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li 56 persuna kienu reġistrati fir-Reġistru għall-Protezzjoni tal-Minuri miżmum fil-Qorti Ċivili (Ġurisdizzjoni Volontarja) sal-aħħar tas-sena 2017. Pero` għandu jingħad illi fir-Reġistru hemm 57 reġistrazzjoni u dan peress li persuna partikolari hija reġistrata darbtejn minħabba li ġie kundannat darbtejn b’żewġ sentenzi li t-tnejn talbu r-reġistrazzjoni ta’ din il-persuna.
Mill-56 persuna reġistrata persuna waħda hija mara filwaqt li 55 huma rġiel.
Persuni li qed jabbużaw minn akkomodazzjoni soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’infurzar qed isir in konnessjoni ma’ persuni li jinstabu li qegħdin jabbużaw mill-akkomodazzjoni soċjali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara li jsiru l-investigazzjonijiet neċessarji, f’każijiet ta’ suspett ta’ abbuż mill-akkomodazzjoni soċjali u jiġi kkonfermat it-tali abbuż, jittieħdu l-miżuri biex isir l-iżgumbrament.
Abbużi fl-akkomodazzjoni soċjali jinkludu l-kirja ta’ binja tal-
housing
lil terzi persuni, ir-rilokazzjoni ta’ persuni ġo proprjeta’ wara l-mewt tal-inkwilin oriġinali, u
squatters
li jaqbdu u jidħlu f’binjiet tal-Awtorita’ tad-Djar mingħajr permess.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx skemi sabiex jinxtraw unit tal-housing mill-pubbliku?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, fi Frar tas-sena 2014 ġiet varata skema fejn inkwilin fi proprjetà tal-Gvern jingħata l-opportunita` li jixtri r-residenza mikrija lilu bi prezz issussidjat. Is-sussidju jingħata jekk l-applikant ma jkollux assi aktar minn €150,000 u dan is-sussidju ilaħħaq għal 50% tal-prezz maħruġ mill-Awtorità tad-Djar. Aktar dettalji fuq din l-iskema jistgħu jinkisbu mis-sit elettroniku tal-Awtorità tad-Djar.
Ċentru Ċiviku ta’ Birkirkara – ftuħ ta’ poliklinika
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx pjanijiet li l-poliklinika fiċ-Ċentru Ċiviku ta’ Birkirkara tibda tiftaħ ukoll bil-lejl?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tal-Kura tas-Saħħa Primarja perjodikament jagħmel eżerċizzju biex jidentifika fejn tinħass l-aktar il-ħtieġa għal-żieda fis-servizzi offruti minn dan il-qasam biex b’hekk jutilizza r-riżorsi li għandu disponibbli għalih bl-aktar mod għaqli u xieraq. Għaldaqstant jidher li għalissa għad m’hemmx biżżejjed domanda biex iċ-ċentri tas-saħħa ż-żgħar, fosthom dak ta’ Birkirkara, jibqgħu miftuħa matul il-lejl.
Madanakollu dan id-dipartiment ma jeskludix din il-possibilita’ milli sseħħ fil-futur; bħal ma ġara fis-snin li għaddew meta kien ġie estiż il-ħin tal-operat ta’ dan iċ-Ċentru tas-Saħħa.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-każ tal-flyover tal-Kappara nżammux it-targets li l-Ministeru kellu prestabbiliti, kemm mil-lat ta’ infiq, kif ukoll mil-lat ta’ timeline?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-każ tal-proġett tal-Kappara, kien hemm diversi targets stabiliti tul ix-xogħlijiet, dan bl-għan prinċipali li jinbnew żewġ flyovers u roundabout fil-Junction tal-Kappara sabiex il-konġestjoni tat-traffiku fiż-żona li taqdi aktar minn 90,000 vettura kuljum tkun indirizzata. Nibda billi nsemmi li kif ippjanat :
· Ix-xogħol fuq is-sit inbeda f’April tat-2016, billi ġew traspjantati l-palmi li kien hemm fir-
roundabout
eżistenti, dan filwaqt li tlestew diversi toroq alternattivi
· Sar xogħol estensiv biex jitwessaw it-toroq eżistenti fuq in-naħa tal-Gżira dan filwaqt li nbnew
service
culverts
u ġew imressqa s-servizzi infrastrutturali
· L-ewwel toroq, parti mill-proġett ingħataw l-asfalt f’Marzu 2017, ftit inqas minn sena wara li kien inbeda l-proġett u għaldaqstant setgħu jinbdew jintużaw is-
slip roads
tal-ġnub
· F’April tal-2017 beda jitpoġġa fil-post l-ewwel
flyover
u beda jintuża mill-pubbliku f’Lulju tal-istess sena
· Iż-żewġ pontijiet imbagħad infetħu għall-pubbliku, kif ippjanat f’Settembru tal-2017. Wara dan bdew jitwessgħu it-toroq fuq in-naħa ta’ San Ġwann u t-toroq kollha kienu disponibli għall-pubbliku fl-ewwel jiem ta’ Jannar tal-2018, kif ippjanat.
Dan kien possibli ukoll billi xi wħud mix-xogħijiet saru anke matul il-lejl biex jinħoloq l-inqas inkonvenjent għall-pubbliku u x-xogħol jitħaffef. Għaldaqstant, il-proġett ġie inawgurat fil-25 ta’ Jannar tal-2018 u bħalissa qed isir xogħol ta’
snagging
. L-Awtorità ser tkun qed tagħmel ukoll xi xogħlijiet fil-madwar, bhal perezempju ser tkun qed taħdem fuq
underpasses
għall-uzu pedonali u ser tkun qed tagħmel ukoll xi xogħol fuq it-toroq tal-universita’ biex tagħti access aħjar għall-
underpass
li nbidel bħala parti mill-proġett tal-Kappara stess.
Il-proġett huwa stmat mat-€23 miljun mill-lat ta’ xogħlijiet, huwa parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropwa u jifforma parti min-
network
TEN-T; dan filwaqt li bħalissa qed jiġu iffinlizzati l-kontijiet u jidher li l-
budget
imsemmi ser ikun qed jinżamm ukoll.
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu pproġettat li x-xogħol fuq triq ġdida f’Ħ’Attard, parrallela għal Triq in-Nutar Zarb f’Ħ’Attard, jibda? Kemm hu maħsub li dan ix-xogħol se jieħu żmien?
Response (BORG, IAN)
It-toroq ewlenin li jwasslu mill-Imrieħel lejn Birkirkara, Ħ'Attard u diversi lokalitajiet oħra fin-naħa ta' fuq tal-pajjiż jinkludu għadd ta' diffikultajiet strutturali li ta' kuljum ixekklu eluf ta' persuni li jgħaddu minn dawn l-inħawi.
F'ċertu partijiet ta' din ir-rotta, it-triq eżistenti tidjieq ħafna, saħansitra tonqos għal korsija (
lane
) waħda. Dawn l-ostakli joħolqu konġestjoni tat-traffiku bil-vetturi, li jwasslu għal żieda fit-tniġġiż tal-arja f'dawn il-lokalitajiet. Fl-istess waqt, qed jintlaqtu ħażin ukoll iż-żoni residenzjali ta' Ħ'Attard, Ħal Balzan, Birkirkara u l-inħawi, hekk kif ħafna sewwieqa jfittxu li jevitaw din ir-rotta ewlenija billi jgħaddu minn toroq residenzjali. Dan ifisser aktar inkonvenjenti għar-residenti li jgħixu f'dawn l-inħawi.
Sabiex dawn id-diffikultajiet jittaffew, id-Direttorat tat-Toroq u l-Infrastruttura ta' Transport Malta qed jipproponi proġett ta' titjib li jinkludi disinn ġdid għal dawn it-toroq arterjali u għal xi toroq sekondarji oħra eżistenti, sabiex jitneħħew l-ostakli li hemm bħalissa waqt li jiġu introdotti diversi faċilitajiet ġodda għal aktar sigurtà u effiċjenza għal dawk kollha li jużaw it-toroq, fosthom sewwieqa, residenti, dawk li jsuqu r-roti u oħrajn.
Il-proposta tressqet quddiem l-awtoritajiet tal-ippjanar sabiex tiġi studjata skont il-proċeduri stabbiliti, ħalli jkunu jistgħu jinkisbu l-permessi tal-iżvilupp meħtieġa. Fl-istess waqt, qed jiġu kkonsultati wkoll l-entitajiet kollha konċernati, sabiex jiġu ffinalizzati l-pjanijiet ta' dan il-proġett. Periti tad-Direttorat qed ifasslu wkoll ir-rekwiżiti tekniċi tal-proġett sabiex dalwaqt toħroġ is-sejħa għall-offerti għall-kuntratturi meħtieġa biex dan il-proġett jitwettaq.
Il-Ministeru, permezz ta' Transport Malta u dalwaqt anke permezz tal-aġenzija ġdida li ser tieħu ħsieb l-iżvilupp infrastrutturali tat-toroq f'pajjiżna, huwa impenjat li jkompli jinvesti f'diversi miżuri biex intejbu l-kwalità tat-toroq tagħna, biex nagħmluhom aktar sikuri għal dawk kollha li jużawhom, u biex niżviluppaw mezzi ta' vjaġġar aktar sostenibbli li jilħqu l-aspirazzjonijiet tal-lum u tal-futur, ta' pajjiżna.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Ministeru dwar ftuħ ta’ representations barra minn Malta għat-tliet snin li ġejjin?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif diġa ħabbart Malta ser tibda l-preparamenti sabiex tiftah Kummissjoni Għolja gewwa l-Ghana. Rigward rappreżentanzi oħra għat-tliet snin li ġejjin, ser nibqgħu miftuha għal kull opportunita' u kull żvilupp fix-xena internazzjonali li jista' jagħti lok għal ftuh ta' rappreżentanzi oħra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara li jsir kuntatt ma' din is-sinjura li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, fejn qiegħda ġewwa l-Isptar Karin Grech u li qiegħda tistenna li tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paule (SVPR)?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat peress li r-residenza msemmija minnu ma taqax taħt id-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa.
Jista’ l-Ministru jagħti l-persentaġġ tal-elettriku li nxtara mill-interconnector versu dak li nxtara mill-impjant tal-Electrogas għall-perjodu l-1 ta’ Jannar 2017 u l-31 ta’ Diċembru 2017?
Response (MIZZI, JOE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2738 ta’ din il-leġiżlatura, ninfurmaha li dan il-paragun ma jistax isir peress li dawn iż-żewġ sorsi ma kinux disponibbli flimkien fil-perjodu ndikat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tender ġiet ikkanċellata bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u l-31 ta’ Diċembru 2016 u l-1 ta’ Jannar 2017 u l-31 ta’ Diċembru 2017 u r-raġuni għalfejn?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża li ntefqet fil-manutenzjoni taċ-Ċittadella matul l-2017?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li matul is-sena 2017 l-ispiża li ntefqet fuq il-manutenzjoni taċ-Ċittadella, inkluż dawk li saru mir-Restoration Unit kienet ta’ €196,542.97 (inkluża l-VAT).
Tista’ l-Ministru tgħid f’liema stadju wasal ir-restawr tal-Akwedotti t’Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lil Onor. Interpellant illi l-ewwel fażi tar-restawr tal-Akwedotti ġiet konkluża f’Awwissu 2017. Preżentament, il-Ministeru qed jippjana l-fażijiet l-oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid fiex waslu l-istudji biex jiġi kkonsolidat l-Għar ta’ Kalipso? Tista’ tgħid meta huwa maħsub li jitlestew?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed isir studju preparatorju minn esperti fil-qasam, li minnu tittieħed deċiżjoni dwar l-intervent li għandu jsir f’dan is-sit. L-istudju mistenni jkun konkluż ix-xahar id-dieħel
Jista’ l-Ministru jgħid jekk wettaqx xi xogħlijiet fis-sit tat-tankijiet tar-Rinella fil-Kalkara, illum magħrufa bħala Malta Film Studios minn meta nħatar Ministru tat-Turiżmu f’Ġunju 2017? Jekk iva, x’kienu dawn ix-xogħlijiet u min ħallas għalihom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li beda jsir xogħol ta’ infrasttrutra ġol-Malta Film Studios b’koordinazzjoni ma’ diversi Ministeri u entitajiet. Huwa l-pjan tal-Gvern li jkompli jinvesti fil-Malta Film Studios sabiex ngħollu l-livell tal-kwalità li noffru lill-industrija tal-films.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk inħarġux lista ta’ prezzijiet ġdida għas-servizz li joffru t-tankijiet tar-Rinella fil-Kalkara, minn meta hu ħa l-kariga tiegħu bħala Ministru tat-Turiżmu f’Ġunju 2017?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninform lill-Onor. Interpellant li r-rati tal-Malta Film Studios huma bbażati skont is-suq u kunsiderazzjonijiet kummerċjali.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk iċ-Chief of Staff tiegħu għandux interessi kummerċjali fil-qasam tal-films jew tal-film studios, kemm direttament jew indirettament?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk iċ-Chief of Staff tiegħu għandux interess, dirett jew indirett, fil-kumpanija li isimha qed jingħata separatament?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-persuna li qed jagħmel riferenza għaliha l-Onor. Interpellant fil-mistoqsija tiegħu m’għandux interess dirett fil-kumpanija li isimha qed jingħata separatament, iżda l-konjugi għandha kif jista jigi kkonstatat minn informazzjoni magħrufa pubblikament.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru produzzjonijiet ta’ films jew xogħlijiet simili fil-qasam awdjo-viżiv minn investituri jew interessi barranin mill-2013 sad-data ta’ din il-mistoqsija u kemm minnhom intużaw it-tankijiet tar-Rinella fil-Kalkara?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ġejt infurmat li l-Kummissjoni tal-Films iżżomm statistka ta’ dawk il-produzzjonijiet li jkunu għamlu kuntatt magħha u applikaw għall-inċentivi finanzjarji. Mill-2013 sal-lum kien hawn 48 produzzjoni minn investituri jew interessi barranin f’Malta li bbenfikaw minn xi għajnuna mill-Kummisjoni tal-Films. Minn dawn it-48 produzzjoni, 16-il produzzjoni u¿aw il-faċiltajiet li jinsabu fil-Malta Film Studios. Kien hemm 4 produzzjonijet oħra li użaw il-faċilitajiet iżda ma applikawx għall-inċentivi finanzjarji li toffri il-Kummissjoni.