Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 18 - direct orders
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 18, jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat minn kwalsiasi entità li taqa' taħtu, inkluż id-data u l-valur, mill-1 ta' Diċembru 2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari 528.
Impjant tat-tisfija tad-drenaġġ – second class water
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex l-ilma, hekk imsejjaħ second class li qed jiġi prodott mill-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ f’Għawdex, jibda jintuża? Mistenni li jibda jintuża dan l-ilma matul is-sena 2018? Min se jkun qed jużah? Il-bdiewa u r-raħħala Għawdxin se jkollhom opportunità li jużaw minn dan l-ilma u jekk iva taħt liema kundizzjonijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħsieb huwa li l-impjant jibda jipproduċi l-ilma ġdid mill-aktar fis possibli u meta l-profil tal-ilma jkun tajjeb għall dan l-użu. Meta jibda jintuża dan isir skont LN210/17.
Jista' l-Ministru jgħid x'korsijiet qed jinżammu fiċ-Ċentru tal-Università ta' Għawdex bħalissa u kemm hemm studenti jattendu f'kull kors? Jista' jgħid x’inhu jsir biex dan iċ-Ċentru li tant kien suċċess fl-ewwel snin tiegħu jingħata l-ħajja u jerġa’ jibda joffri numru ta' korsijiet ġodda?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-korsijiet li qed jinżammu fil-Kampus t’Għawdex huma:
- Certificate in Proof Reading: Maltese - 5 studenti
- Bachelor of Commerce - 6 studenti
- Bachelor of Psychology - 6 studenti
- Diploma in Community Access for Disabled People (video-conferencing) - student 1
- Diploma in Creativity, Innovation and Entrepreneurship - 4 studenti
- Diploma in Facilitating Inclusive Education (video-conferencing) - 2 studenti
- Post Graduate Certificate in Teaching of Ethics in Schools (video-conferencing) - 2 studenti
- MBA Executive in Public Management (video-conferencing) - 7 studenti
Kif ġie spjegat diġà fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1893, l-Università għandha permess mill-Awtorità tal-Ippjanar għat-twaqqigħ u bini mill-ġdid ta’ estensjoni fil-ġenb tal-binja tal-Kampus t’Għawdex.
Il-pjanijiet odjerni għal dan il-kampus jinkludu mhux biss lil dan ix-xogħol imma potenzjalment anke ieħor intiż sabiex il-kampus jiġi rranġat aħjar b’mod li jakkomoda numru ikbar ta’ studenti u attivitajiet akkademiċi li jistgħu jsiru fih; l-intenzjoni hi li l-post ikabbar u jtejjeb il-faċilitajiet operattivi tiegħu fil-limiti finanzjarji li l-Università għandha biex isir dan ix-xogħol.
Għawdex – użu tal-bini li kellu jkun iċ-Child Development Centre
Question
Tista' l-Ministru tgħid għal xiex qed jintuża llum il-bini li kien inbena mill-Ministeru għal Għawdex mill-flus ta' Eko-Għawdex u li kellu jkun iċ-Child Development Centre nbena f'Tal-Ibraġġ ħdejn l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Tista' tgħid jekk din il-binja kollha hiex amministrata mill-Ministeru għal Għawdex jew jekk ġietx mgħoddija lil xi Ministeru ieħor jew xi kumpanija privata?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lil Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija Paralmentari lill-Ministru kkonċernat, dan filwaqt li l-Ministeru għal Għawdex jibqa’ kommess li dawn is-servizzi ser jibqgħu jiġu offruti lill-Għawdxin mill-Ministeru għal Għawdex
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kilometru ta’ toroq saru f’Għawdex mit-8 ta’ Marzu 2013 sal-lum permezz tal-framework agreement CT2003/2013? Jista’ jgħid liema huma dawn it-toroq li saru ġewwa Għawdex u kemm kienet l-ispiża globali fuq kull triq?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Tender għall-bini ta’ Enterprise Hub fil-qasam industrijali tax-Xewkija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li t-tender eCT2226/2016 'Tender for the Professional Services of Project Management and Other Supporting Services for the Construction of an Enterprise Hub at Xewkija Industrial Estate' ġiet ikkanċellata? Jista’ jgħid jekk it-tender ħarġitx mill-ġdid u jekk le meta hu maħsub li terġa’ toħroġ? Peress li f’dawn l-aħħar ġranet beda x-xogħol infrastruturali, jista’ jgħid min qed jieħu ħsieb ix-xogħol?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Tender CT2226/2016 ġie ikkanċellat a bażi t’Artiklu 18.3 (a) tal-General Rules Governing Tendering v1.14.
It-tender mhux se jerġa jiġi ppublikat peress li xogħol ingħata lil Med Design Associates permezz ta’ Negotiated Procedure skond Regulation 154 (1)(a) ta’ LN 352 ta’ 2016.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhi r-raġuni li f’dawn l-aħħar xhur, ix-xogħol fuq l-iskola ta’ Barts f'Għawdex kważi waqaf għal kollox? Min hu responsabbli mill-bini ta' din l-iskola? Meta hu maħsub li titlesta l-iskola ta’ Barts u tibda tintuża mill-istudenti?
Jista’ l-Ministru jgħid liema riformi qed isiru fil-Korp tal-Pulizija fid-dawl tad-dikjarazzjoni li għamel fuq il-programm Times Talk li deher fuq is-sit elettroniku tal-aħbarijiet Times of Malta nhar l-Erbgħa 10 ta’ Jannar fis-7:16 am?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi riformi fil-Korp tal-Pulizija huma kontinwi u huwa d-dmir tal-amministrazzjoni tal-Korp li tara li dan isir. Fil-fatt fost ir-riformi maħsuba, f'dawn l-aħħar xhur il-Korp kien impenjat, anke bit-twaqqif ta' units ġodda, u għadu mpenjat li jara li diversi riformi jiġu ntrodotti biex itejjeb ix-xogħol tiegħu. Ma’ dawn ir-riformi hemm it-tħejjija għal tfassil ta’ Strateġija għal Trasformazzjoni tal-Korp. Ingaġġ ta' żewġ gruppi ta' rekluti kull sena bi tfassil ta’ sistema effettiva biex jilħqu livelli meħtieġa anke għal Branki Speċjalizzati. Tfassil ta' programm biex jingħata tagħlim lill-Membri tal-Korp biex jibqgħu jaġġornaw rwieħhom ma’ żviluppi kontinwi. Il-Korp beda u qed ikompli jesplora il-kunċett ta' civilisation biex jikkumplementa dipartimenti speċjalizzati fi ħdan il-Korp bi skop illi tiżdied il-presenza tal-pulizija fil-komunita. Fl-istess ħin biex jiżdied anke l-ħin għal investigazzjonijiet minn fizzjali tal-Korp, qed isir studju li permezz tiegħu qed tiġi evalwata l-possibilità ta' separazzjoni ta' poteri investigattivi u ta’ prosekuzzjoni. Dan barra studju dwar xogħol li bħalissa qed isir min membri tal-korp u li jista’ jsir minn entitajiet oħra, kif ukoll outsourcing ta' ċertu xogħol, li wkoll iservi biex jiżdiedu l-pulizija fit-toroq. Riformi oħra ser isiru f'dak li jirrigwarda modernizzar ta' Għases, xogħol ma’ strutturi ta' teknoloġija li jiffaċilita l-ġlieda ta' kull forma ta' kriminalita organizzata jew proċeduri biex iċ-ċittadin jinqeda aħjar. Il-Korp hu wkoll imdaħħal bħala wieħed mid-Dipartmenti fl-Istrateġija Nazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Kriminalita' li ġiet imnedija is-sena l-oħra.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 2938 tas-7 ta’ Diċembru 2017, jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet mogħtija għar-riżenja tad-29 membru tal-korp diplomatiku u kemm mill-45 membru tal-istess korp kellhom it-talba għal unpaid leave milqugħa u x’kienu r-raġunijiet li ngħataw biex ma jiġix approvat l-unpaid leave ta’ dawk li t-talba tagħhom ġiet irrifjutata?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għal raġunijiet ta’ protezzjoni tad-data, ma jkunx idoneju li nwieġeb b’mod dettaljat fuq kull talba. Madanakollu ninforma illi l-maġġoranza tar-raġunijiet mogħtija kienet illi jew ma tawx dettalji għaliex irreżenjaw jew inkella peress li jkunu sabu impjieg ieħor.
Għar-rigward tat-talbiet għal unpaid leave mitluba mill-45 membru tal-korp diplomatiku, ninfurmah li 44 minnhom kellhom mill inqas talba waħda aċċettata. It-talbiet li ma ġewx approvati minħabba l-esigenzi tas-servizz jew għax l-uffiċjali diġa kienu ibbenefikaw mill-massimu provdut mir-regolamenti tas-Servizz Pubbliku.
Ambaxxata ta’ Malta f’Washington – ilmenti ta’ Maltin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk qarax l-ittra lill-editur li dehret fil-ġurnal Malta Today fl-10 ta’ Settembru 2017, u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u jekk ingħatatx risposta mill-Ambaxxata ta’ Malta f’Washington għal dawn l-ilmenti gravi u skandalużi fejn persuni ta’ demm Malti, imrawma b’identità Maltija, u bid-dritt għaċ-ċittadinanza Maltija, jiġu ttrattati ta’ persuni ferm inqas minn dawk li jqabżu l-flus u li iżda m’għandhom l-ebda konnessjoni ma' Malta u jsiru ċittadini ta’ Malta?
Response (ABELA, CARMELO)
Nagħti parir lill-Onor. Interpellant jaqra l-ittra li għamel referenza għaliha għax jidher li hu ma qarax tali ittra.
Segretarju għall-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta – ħlas u perkaċċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qiegħed jitħallas u x’perkaċċi għandu s-Segretarju għall-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta? Jista’ jpoġġi kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija tirċievi onorarja ta’ €1,000 fis-sena.
Ambaxxata Maltija fl-Arabja Sawdija – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Ambaxxata Maltija fl-Arabja Sawdija hijiex issegwi l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li fl-2016 sar ċittadin Malti u reċentement ġie akkużat b’serje ta’ korruzzjoni? X’tip ta’ moniteraġġ qed isir minn din l-ambaxxata?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna li qed jagħmel referenza għaliha, għandha ċittadinanza oħra u l-arrest sar mill-awtoritajiet ta' dak il-pajjiż, li jiġi pajjiż wkoll. Il-Ministeru konxju mill-każ.
Jista’ l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tinfetaħ l-Ambaxxata ta’ Malta fi Tripli, il-Libja?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif is-sitwazzjoni fil-Libja tkun tali li toffri sigurta għall-ħajjet u s-saħħa tal-missjoni diplomatika Maltija, l-Ambaxxata Maltija fil-Libja terġa tiftaħ minnufih il-bibien tagħha.
Sptar San Luqa – Spiżerija tal-Għażla Tiegħek – kuntratt u kundizzjonijet tax-xogħol ta’ cleaners
Question
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettajli dwarha qed jingħataw separatament rigward il-kuntratt u l-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ cleaners tal-privat, li qed jaħdmu fl-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek fl-Isptar San Luqa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna msemmija minnu hija mpjegata mal-kuntrattur u taħdem skont il-kundizzjonijiet tax-xogħol stipulati fil-kuntratt maqbul bejnha u bejn il-kuntrattur.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsir lift fil-komun fejn tgħix il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lift sejjer isir u ġiet sottomessa l-applikazzjoni għal-permess tal-ippjanar fid-9 ta' Novembru 2017. L-inkwilin flimkien mar-residenti l-oħra sejr tirċievi pjanti tal-lift hekk kif propost fil-jiem li ġejjin.
Persuni fuq Schedule V intitolati għal sussidju tal-linja tat-telephone GO
Question
Peress li diversi individwi qed jaqblilhom li jkunu fuq il-kartuna s-safra, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma jekk dawk l-individwi li huma dijabetiċi u li nqattatilhom il-kartuna r-roża u ġew maqluba fuq is-Schedule V, jekk għandhomx dritt għal sussidju tal-linja tat-telephone GO?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dawk il-persuni dijabetiċi li mill-kartuna r-roża ġew maqluba fuq is-Schedule V għandhom dritt għall-mediċini, inklużi mediċini ġodda tad-dijabete, għal sticks mingħajr ħlas u glucose meter jekk huma fuq l-insulina, għal sussidju fuq nuċċali tal-vista, għal kura dentali, għal antibijotiċi skont il-ħtieġa, kif ukoll dritt għal discount fuq il-kiri tas-servizz tat-Telecare.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjani li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, minħabba li x-xogħol li sar minn kuntrattur sar ħażin u b’kawża ta’ dan, id-dar spiċċat kollha moffa? Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni b'mod immedjat?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, skont informazzjoni li għandha l-Awtorità tad-Djar dwar il-każ imsemmi, ma kien hemm l-ebda xogħol ħażin li sar minn kuntrattur. L-aħħar li saru xogħlijiet f'dan il-font kien madwar 7 xhur ilu u x-xogħol kien iċċertifikat lest mill-Awtorità tad-Djar. Madanakollu għandha terġa ssir spezzjoni biex jiġi vverifikat dan l-ilment.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħlijiet saru u x’beħsiebhom isiru tul din il-leġiżlatura f’Wied il-Għajn? Jista’ jindika kemm kienet in-nefqa s’issa u kemm hija ppjanata li tkun?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qiegħed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħlijiet saru u x’beħsiebhom isiru tul din il-leġiżlatura f’Ħal Tarxien? Jista’ jindika kemm kienet in-nefqa s’issa u kemm hija ppjanata li tkun?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qiegħed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħlijiet saru u x’beħsiebhom isiru tul din il-leġiżlatura f’Santa Luċija? Jista’ jindika kemm kienet in-nefqa sa issa u kemm hija ppjanata li tkun?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qiegħed jinġabar.