Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ uffiċċju jew sular tal-quad towers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu laħaqx innegozja jew qed jinnegozja xi ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-quad towers?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. interpellant li la l-Ministeru u lanqas l-entitajiet fi ħdanu ma krew jew xtraw xi parti mill-bini msemmi.
Leg 13 PQ #22333 Sitting 498 2021-10-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ix-Xlendi — Master Plan

Question

Jista il-Ministru jaġġorna lil-Kamra dwar il-Master Plan tax-Xlendi u jgħid fil-konkret x' sar f' dawn l-aħħar xhur rigward dan il-Master Plan? Jista' jgħid ukoll meta nbeda dan il-Master Plan u meta hu ppjanat li jiġi konkluż dan il-Master Plan?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-konsultazzjoni mal-entitajiet kollha kkonċernati tinsab fil-fażi finali. Apparti hekk, bħalissa għaddejjin wkoll f’kommunikazzjoni mal-ERA.

Marsalforn — Triq il-Qbajjar - problema tad-drenaġġ u ilma maħmuġ

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta ser issolvi darba għal dejjem il-problema ta' drenaġġ jew ilma maħmuġ u jinten li qed jiskula u ilu jiskula għal iktar min sena u nofs, fi Triq il-Qbajjar ġewwa Marsalforn b'inkonvenjent qawwi għar-residenti u l-pubbliku, kif ukoll qed issir ħsara kbira lil din l-imsemmija triq?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan l-iskular ta’ ilma mhux qed joriġina mill-infrastrutturi tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (KSI) li hemm fil-madwar. Il-KSI ħadmet u kkolaborat diversi drabi ma’ entitajiet oħra fejn qatt ma nstab li dan l-ilma ġej dirett minn xi kannen tal-ilma jew tad-drenaġġ tal-KSI mit-triq imsemmija.

Għawdex – Qorti Ġdida

Question

Jista' l-Ministru jindika f'liema stadju wasal il-proċess biex tinbena qorti ġdida f'Għawdex?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #22336 Sitting 498 2021-10-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ta’ Xħajma – Multi Modal Hub — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għala f'dawn l-aħħar għaxar xhur u nofs, ma sar ebda tip ta' xogħol infrastrutturali fuq il-proġett ta’ Multi Modal Hub f’Ta’ Xħajma fin-Nadur Għawdex, li hu ffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea u dan minkejja li l-permesi neċessarji biex isir dan il-proġett ġew approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar fit-12 ta' Novembru 2020?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan iż-żmien intuża biex jiġu aġġornati u ffinaliżżati l-pjanti u l-construction drawings mill-kuntrattur skont il-kundizzjonijiet tal-permess.

Tender

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20888 jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender 'Works Tender for the Upgrading of the Former Qortin Landfill, in Xagħra, Gozo [CT2022/2019]' u jgħid fiex wasal ix-xogħol rikjest minn din l-imsemmija tender u meta hu ppjanat li jitlesta? Jista’ jaġġorna lill-Kamra dwar il-permess PA/01519/18 'Upgrading works to open rehabilitated landfill to the public Site at Il-Qortin Ta' Għajn Damma, Xagħra, Gozo' u jgħid f'liema stadju wasal dan il-permess biex jiġi approvat mill-Awtorità tal-Ippjanar (PA) u l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA)?

Response (FARRUGIA, AARON)

B’ żieda mat-tweġibiet li diġà tajt għall-mistoqsijiet parlamentari 18903, 19616 u 20888, ninsab infurmat li, fir-rigward tal-applikazzjoni PA/01519/18, l-Awtorità tal-Ippjanar ikkonkludiet id-Development Permit Application Report u huwa ppjanat li l-applikazzjoni tersaq quddiem il-Bord tal-Ippjanar fil-11 ta' Novembru 2021 sabiex tittieħed deċiżjoni dwarha.
Leg 13 PQ #22338 Sitting 498 2021-10-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Osservatorju Astronomiku fil-Qortin

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16889 li ngħatat fit-2 ta' Novembru 2019, u l-mistoqsija parlamentari 21026 li ngħatat fl-1 ta' Ġunju 2021, jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar l-aħħar żviluppi dwar ix-xogħol fuq Osservatorju Astronomiku fil-Qortin? Jista’ jgħid jekk l-istruttura tal-Osservatorju tlestitx, u jekk iva meta tlestiet u fejn tinsab u jekk din l-istruttura tpoġġietx fuq il-bejt tal-kmamar eżistenti li hemm fil-Qortin t’Isopu u jekk le x’inhi r-raġuni li għadha ma tpoġġietx?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 21026. Bħalissa l-istruttura tal-osservatorju għadha qiegħda tiġi mmanifatturata mill-kuntrattur.

Morbid obesity

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhi l-politika tal-gvern vis-a-vis ‘morbid obesity’? X’servizzi joffri Mater Dei f’dan il-qasam? Għandu ħsieb li dan is-servizz jespandi? Kemm hemm persuni involuti biex joffru dan is-servizz f’Mater Dei? Hemm xi persuni fil-preżent li qed jitħarrġu f’dan il-qasam? Jekk iva kemm?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minħabba li Morbid Obesity tirriżulta f’ħafna komplikazzjonijiet medikali bħal zokkor, pressjoni, mard tal qalb, artrite’, kanċer fost affarijiet oħra, għalhekk il-kura ta’ dawn il-pazjenti jinvolvi u tingħata minn tim multidixxiplinaru. Sabiex tingħata l-għajnuna meħtieġa qed jiġu offruti servizzi tas-saħħa mill-klinika tal endokrinoloġija, sapport ta’ dietician, sapport psikoloġiku kif ukoll kirurġija fejn isiru operazzjonijiet bħal Sleeve Gastrectomy u Gastric Bypass. Dan is-servizz jinvolvi hafna elementi u jieħu proċess twil biex ir-riżultati ikunu sodisfaċenti. Bħalissa qed isiru l-arranġamenti neċessarji sabiex jingħata aktar taħriġ u esperjenza, minn ċentru specjalizzat minn barra minn Malta.

L-Imtarfa — Binja Qlejgħa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22396 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta se jinbeda x-xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-Binja Qlejgħa l-Imtarfa?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li diġà tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 21532.

Mediċini Rivaralto u Throxine

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx pjanijiet li l-mediċini Rivaralto u Throxine jibdew jingħataw b'xejn lill-pazjenti li lilhom jiġu preskritti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-mediċini Rivaroxaban (Rivaralto) u Throxine diġa jingħataw b'xejn lill-pazjenti li jbatu minn kundizzjonijiet partikolari skont il- protokolli tas-servizz tas-saħħa. Hemm il-ħsieb li l-użu tal-mediċina Rivaroxaban jiġi estiż għal aktar kundizzjonijiet fix-xhur li ġejjin.
Leg 13 PQ #22516 Sitting 498 2021-10-19 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – impjegati self-employed — servizz

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22264 u jgħid kemm ġew ingaġġati individwi self-employed sabiex jagħtu servizz lill-Ministeru għal Għawdex, sena b'sena mill-2010 'l hawn u x'inhi n-natura tal-ingaġġ tagħhom? Kemm hu t-tul ta' dawn il-kuntratti ta' ingaġġ u x’inhi r-rimunerazzjoni li qed tingħata għal dawn l-ingaġġi? Jistax il-Ministru jikkonferma illi dawn l-ingaġġi ma jsirux mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku peress li dawn m'humiex uffiċjali pubbliċi?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 22459.

PBS – Public Service Obligations — proġetti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġetti li l-PBS ser twettaq fl-2022 li ssemmew fid-diskors tal-Budget għas-sena d-dieħla (Taqsima 7.5) ser jiġux iffinazjati mill-għotja li l-Gvern igħaddi lill-istess kumpanija taħt il-ftehim dwar l-Obbligu għal Servizz Pubbliku jew hux ser ikun hemm finanzjament addizjonali da parti tal-Gvern fir-rigward?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mudell ta’ finanzjament ta’ dan il-proġett għadu qed jiġi diskuss flimkien mal-Ministeru tal-Finanzi.

Cruiseliners – Staff mid-Dipartiment tas-Saħħa biex jiċċekkja ċ-Ċertifikat tal-Vaċċin tat-turisti

Question

Peress li rċivejt xi ilmenti minn sidien ta’ ħwienet speċjalment fil-Belt u anke xufiera tat-taxi minħabba li passiġġieri li jidħlu fuq cruise liners mhux qed jitħallew jinżlu l-art biex jixtru, jieklu jew imorru b’taxi f’xi destinazzjoni u billi lil dawn is-sidien qed jgħidulhom li t-turisti fuq il-cruise liners mhux qed jitħallew jinżlu l-art minħabba li d-Dipartiment tas-Saħħa m’għandux biżżejjed staff biex jiċċekkja ċ-ċertifikati tal-vaċċin kontra l-Covid-19 (SARS-CoV-2) biex dawn it-turisti jkunu jistgħu jinżlu l-art, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jikkonferma jekk dan hux il-każ? Jekk iva hemm il-ħsieb li din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata ħalli b’hekk ma jkompliex jintilef kummerċ f’settur li jiddependi fuq it-turisti b’mod partikolari dawk l-eluf li jiġu bi cruise liners?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Intepellant illi minħabba l-pandemija tal-COVID-19 (SARS-CoV-2) jeżistu protokolli maqbula mall-partijiet involuti dwar tali materja. Preżentament l-industrija qed taħdem b’sistema ta’ bubbles fejn il-passiġġieri jinżlu l-art u jittieħdu dawra ma’ Malta mingħajr ma jkun hemm waqfien f’postijiet. Turisti, residenti jew baħrin li jkunu se jieqfu Malta issirilhom il-verifikazzjoni neċessarja taċ-ċertifikat tat-tilqim u l-passenger locator form qabel dawn iħallu l-port. Għaldaqstant din mhiex kwistjoni ta’ riżorsi umani imma tal-protokolli eżistenti.
Leg 13 PQ #22531 Sitting 498 2021-10-19 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Il-Mellieħa – Skola Primarja – xogħlijiet fuq l-estensjoni – permessi u pjanti approva mill-Awtorità tal-Ippjanar

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi/pjanti approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar dwar xogħlijiet fuq l-estensjoni tal-iskola primarja tal-Mellieħa?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess imressaq min-naħa tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada jinsab quddiem l-Awtorità għall-Ippjanar u għadu għaddej.
Leg 13 PQ #22532 Sitting 498 2021-10-19 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Skola primarja tal-Mellieħa – sala ewlenija

Question

Tista’ l-Ministru tikkonferma jekk is-sala ewlenija eżistenti fl-iskola primarja tal-Mellieħa hiex ser titwaqqa u flokha tinbena sala moderna u attrezzata sabiex tkun tista’ tintuża mill-iskola kif ukoll mill-għaqdiet mhux governattivi li hemm fil-Mellieħa?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett jinkludi l-kostruzzjoni ta’ sala fil-parti tal-estensjoni, kif ukoll ir-rinovar tal-iskola kollha eżistenti.
Leg 13 PQ #22533 Sitting 498 2021-10-19 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Skola Primarja tal-Mellieħa – Xogħlijiet fuq estensjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta mistenni jitlesta x-xogħol fuq l-estensjoni tal-iskola primarja tal-Mellieħa?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-programm tax-xogħlijiet ikun iffinalizzat wara li jiġi ffinalizzat il-proċess li hemm quddiem l-Awtorità għall-Ippjanar, toħroġ is-sejħa għall-offerti u jintagħżel il-kuntrattur li se jagħmel ix-xogħlijiet.
Leg 13 PQ #22534 Sitting 498 2021-10-19 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Skola Primarja tal-Mellieħa — parkeġġ

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm mistenni jkun jesgħa karozzi l-parkeġġ li għandu jinbena u li se jkun jagħmel parti mill-estensjoni tal-iskola primarja tal-Mellieħa? F’kemm-il sular ser ikun jikkonsisti l-istess parkeġġ? Meta mistenni jitlesta x-xogħol fuq dan l-istess parkeġġ?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni preżenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar tinkludi żewġ sulari taħt l-art bħala parkeġġ għal madwar mitt vettura. Il-programm tax-xogħlijiet ikun iffinalizzat wara li jintemm il-proċess li hemm quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar, toħroġ is-sejħa għall-offerti u jintagħżel il-kuntrattur li se jagħmel ix-xogħlijiet.
Leg 13 PQ #22535 Sitting 498 2021-10-19 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Skejjel primarji tal-Mellieħa, Naxxar, Qawra, San Pawl il-Baħar u skola medja tan-Naxxar — studenti

Question

Tista’ l-Ministru tghid kemm hemm studenti llum jattendu l-iskejjel primarji tal-Mellieħa (inkluż b’mod separat dawk fl-annex biswit l-iskola), in-Naxxar, il-Qawra, San Pawl il-Baħar kif ukoll fl-iskola medja tan-Naxxar? (b’mod individwali)

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fit-tabella t'hawn taħt: K1 K2 Y1 Y2 Y3 Y4 Y5 Y6 Y7 Y8 Maria Regina College Mellieħa Primary 56 74 55 65 87 66 74 80 Maria Regina College Naxxar Middle School 330 396 Maria Regina College Naxxar Primary 75 73 60 62 61 68 52 58 Maria Regina College Qawra Primary 117 106 88 102 90 72 94 78 Maria Regina College St Paul's Bay Primary 54 69 59 73 71 71 57 66