Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar – allokazzjoni finanzjarja

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-allokazzjoni finanzjarja allokata lill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar sa mis-sena 2007 sas-sena 2017?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li rendikont tal-allokazzjoni finanzjarja allokata lill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar mis-sena 2007 sas-sena 2017 jinsab fit-tabella ta' hawn taħt: Sena finanzjarja Ammont € 2006/2007 888134.17 (Lm 381,276) 2007/2008 880321.45 (Lm 377,922) 2008/2009 904,934 2009(April-Diċembru)780,524 2010 1,170,851 2011 1,171,557 2012 1,251,265 2013 1,235,326 2014 1,233,873 2015 1,274,738 2016 1,314,346 2017 1,684,906

Wied Fulija — riabilitazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn wasal il-proċess għar-riabilitazzjoni ta’ Wied Fulija? X’passi ħadet il-Wasteserve fl-aħħar xhur u meta huwa mistenni li jkun hemm pjan ċar għall-implimentazzjoni tar-riabilitazzjoni ta’ dan il-Wied?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Wasteserv qegħdha fil-proċess tal-applikazzjoni għall-ogħtja tal-fondi, u permess tal-Awtorità tal-Ippjanar. Ladarba jkun approvat il-permess ta’ żvilupp, u fondi mill-Unjoni Ewropea, tinħareġ sejħa għax-xogħlijiet. Huwa pjanat li sal-aħħar ta’ 2018 ix-xogħol jibda' fuq il-post.

Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat minn kwalsiasi entità li taqa' taħtu, inkluż id-data u l-valur, mill-1 ta' Diċembru 2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — Segretarjat Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali - direct orders

Question

Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat minn kwalsiasi entità li taqa' taħtu, inkluż id-data u l-valur, mill-1 ta' Diċembru 2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 531.

Ministeru għas-Saħħa — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat minn kwalsiasi entità li taqa' taħtu, inkluż id-data u l-valur, mill-1 ta' Diċembru 2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba minnu. Ninfurmah ukoll li dawn id-direct orders ingħataw skont l- Artiklu 103 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjonijiet tal-Kummerċ — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat minn kwalsiasi entità li taqa' taħtu, inkluż id-data u l-valur, mill-1 ta' Diċembru 2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ ma ta’ l-ebda direct order mill-1 ta’ Diċembru 2016 sal-lum.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat minn kwalsiasi entità li taqa' taħtu, inkluż id-data u l-valur, mill-1 ta' Diċembru 2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (BORG, IAN)

Qed inpoġġi it-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn id-direct ordersingħataw skont l-Artiklu 103 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku. (Korrezzjoni : Ara PL 1257 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 86 tat-Tnejn 26 ta' Frar 2018.)

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u Suq tal-Propjetà - direct orders

Question

Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u Suq tal-Propjetà, jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat minn kwalsiasi entità li taqa' taħtu, inkluż id-data u l-valur, mill-1 ta' Diċembru 2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 535 tal-istess Seduta - 80.
Leg 13 PQ #3327 Sitting 80 2018-02-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Taqsima tal-Kultura

Question

Tista' l-Ministru tgħid min qed imexxi t-taqsima tal-Kultura f'Għawdex? Għaliex tneħħiet il-persuna li kienet qed tmexxi din it-taqsima sa ftit taż-żmien ilu? Kif intgħażlet il-persuna li ħadet dan il-post? Xi kwalifiki għandha din il-persuna biex tmexxi taqsima daqstant importanti għall-gżira ta' Għawdex? Tista' tgħid jekk kienx hemm persuni oħra li kienu għaddew mill-interview li kien sar għal head tal-Kultura f'Għawdex ftit tas-snin ilu u għaliex dawn ma ġewx avviċinati biex imexxu din it-taqsima?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li qed jirreferi għaliha ġiet temporanjament assenjata bħala Project Leader tal-Proġett tal-Mużew t’Għawdex li qed isir minn fondi Ewropej. Dan sar sabiex jiġi assigurat li l-proġett isir skont it-timeframes stabbiliti u minn meta ttieħdet din id-deċiżjoni li l-proġett ikollu Project Leader iffukat fuq il-proġett, il-progress kien notevoli. It-taqsima tal-Kultura, li llum taqa’ taħt id-Direttorat tat-Turiżmu, qed titmexxa mill-assistent tal-uffiċjal li kien qed imexxi din it-taqsima.

Sptar Ġenerali t’Għawdex – master plan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-master plan għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Jista’ jgħid hux se jkun hemm inkluż car park għall-karozzi u kemm se jkun jesa’ karozzi? Meta hu maħsub li jiġi approvat dan il-master plan? Jista’ jgħid x’inhi r-raġuni li minkejja li għadu ma ġiex approvat il-master plan tal-grounds tal-Isptar ta’ Għawdex, xorta saru applikazzjonijiet ġodda quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (BORG, IAN)

L-Awtorità tal-Ippjanar għandha quddiemha applikazzjoni numru PA 07491/16 li tipproponi “master-plan of the Gozo Hospital Site consisting of Major alterations, including part demolition and reconstruction, and refurbishment of existing Gozo General Hospital (Use class order 2A), to increase number of beds from 270 to 450 inclusive of all ancillary facilities. With reference to drawing (GGH-iAS-A'B-XX-A-1001) - Refurbishment of buildings 10 and 11 and demolition of buildings 12, 13, 14, 15 and 16. With reference to drawings (GGH-iAS-A'B-XX-A-1002)- New construction of buildings 17, 18, 19, 20 and 21. Reference is being made to a table, attached, showing all buildings, building types and areas.” Din l-applikazzjoni sarilha il-proċess ta’ screening u bħalissa l-Awtorità qiegħdha tistenna l-informazzjoni li ntalbet fl-iscreening letter sabiex tkun tista’ tivvalida u tibda tiproċessa din l-applikazzjoni. Skond il-pjanti li ġew sottomessi, hemm maħsub numru ta’ surface carparks li jesgħu total ta’ 521 karozza. Id-deċiżjoni fuq il-master plan għandha tittieħed fi żmien 100 ġurnata minn meta tiġi validata l-applikazzjoni, sakemm ma tintalabx sospensjoni skond Regolament 12(1) ta’ l-Avviż Legali 162/16. Apparti l-applikazzjoni għall-“master plan”, l-Awtorita ta’ l-Ippjanar għandha quddiemha applikazzjoni bin-numru PA 09895/17 li tipproponi “Demolition of part of existing hospital and erection of proposed stores”. Id-deċiżjoni fuq din l-applikazzjoni għadha pendenti. Il-lok u l-iskala tax-xogħol propost mhux meqjusa li jippreġudikaw il-“master plan”.

Tender għar-ristrutturar tad-Deep Water Quay fil-Marsa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li t-tender “CT2039/2017 Refurbishment and Upgrading Works (Phase 2) at Deep Water Quay Marsa Malta” ġiet ikkanċellata? Jista’ jgħid jekk reġgħetx ħarġet it-tender mill-ġdid u jekk iva, meta tagħlaq? Jekk le, x’kienet ir-raġuni li ma reġgħetx ħarġet it-tender? Jista’ jgħid kemm hu ppjanat li jiġi jiswa dan ix-xogħol u mil-liema fondi ser ikun iffinanzjat il-proġett u meta hu maħsub li jibda x-xogħol infrastrutturali?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond l-informazzjoni mgħotija lili minn Transport Malta, l-evalwazzjoni tat-tender CT2039/2017 reġa’ infetaħ u għadu għaddej. Dan wara li ntrebaħ Appell fuq ir-rakkomandazzjoni oriġinali biex il-proċess jigi kkanċellat. Ix-xogħol ikun jista’ jibda wara li jinħatar kuntrattur skont l-eżitu tal-evalwazzjoni ta’ dan it-tender jew inkella wara li jintemm proċess ieħor jekk tal-ewwel jerġa’ jiġi kkanċellat. Skont it-tabella tal-ftuħ tat-tender CT2039/2017 il-prezz ivarja bejn it-€18,545,567.80 u l- €31,649,564.08. L-iffinanzjar ta’ dan il-proġett ser isir mill-Gvern Centrali u għaldaqstant il-proċess tat-tender jaqa taħt id-Dipartiment tal-Kuntratti.
Leg 13 PQ #3372 Sitting 80 2018-02-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – Park and Ride

Question

Tista' l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li l-Park and Ride li kien qed jintuża għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex twaqqaf? Kemm kien ġie jiswa sakemm kien qed u baqa’ jiġi provdut is-servizz? Tista’ tgħid inħarġux tenders għal Park and Ride jew inkella ngħatawx permezz ta’ direct order?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Kunsilli Lokali – allokazzjoni ta’ flus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif inhi maqsuma l-allokazzjoni ta’ €46,219,000 bejn it-tmienja u sittin Kunsill Lokali, Kunsill Kunsill, li qed tiġi allokata lill-Kunsilli Lokali għas-sena 2018?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Allokazzjoni Finanzjarja għall-Kunsilli Lokali għall-2018 kif ukoll cirkulari li turi kif din ser tigi mqassma Kunsill Kunsill.
Leg 13 PQ #3398 Sitting 80 2018-02-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – għoti ta’ xogħol ta’ għamara lill-uffiċjali

Question

B’referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 2929, tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet kollha u tgħid, jekk il-Ministru tafx li l-għoti ta’ xogħol ta’ għamara lill-uffiċjali li mhumiex impjegati fis-sezzjoni tal-mastrudaxxi jmur kontra r-regolamenti, aktar u aktar meta dawn l-uffiċjali jkollhom xi grad fis-servizz ġenerali u għandhom paga ħafna aktar minn dik ta’ mastrudaxxa? F’każ li dawn l-uffiċjali jweġġgħu meta jkunu qegħdin jagħmlu tali xogħol ta’ għamara, dawn se jkunu koperti mill-Ministeru u jingħataw kumpens għad-danni li jkunu sofrew?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infrumata li dan ix-xogħol hu ta’ kwalità tajba u sar minn nies kompetenti fis-sena tax-xogħol tal-injam.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – binjiet f’Malta u madwar id-dinja – kera u maintenance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-ammont ta’ kera u/jew maintenance expenses kull sena, minn Marzu 2013 sal-lum, li tħallset fuq il-binjiet kollha li għandu l-istess Ministeru sew f’Malta kif ukoll madwar id-dinja? Lil min tħallset il-kera jew il-maintenance? U għalkemm żmien hi kull kirja u/jew maintenance?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – binjiet – restawr ta’ pitturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx restawr ta’ pitturi fi kwadri, soqfa u/jew ħitan, monumenti, li hemm fl-intern tal-binjiet kollha li jagħmel użu minnhom l-istess Ministeru minn Marzu 2014 sal-lum? Meta saru l-interventi u kemm ġew jiswew?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sar restawr fuq pittura waħda "Mary Magdalene", li tinsab ġewwa 'Palazzo Parisio' fis-sena 2016. Ix-xogħol ta' restawr sar minn Heritage Malta u ma kienx hemm ħlas involut.

Ambaxxati – nefqa f’pustaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefaq f’pustaġġ f’kull ambaxxata kull sena minn Marzu 2013 sal-lum?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-figuri ppreżentati jinkludu wkoll is-servizz ta' courriers.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – uffiċjali – clothing allowance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm uffiċjali fil-gradi kollha tal-istess Ministeru għamlu użu minn xi clothing allowance minn Marzu tal-2013 sal-lum?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn Marzu tal-2013 sal-lum kien hemm erbgħa u erbgħin uffiċjal li għamlu użu minn clothing allowance filwaqt li mis-sena 2008 sa Frar 2013 kien hemm ħamsin ufficjal li għamlu użu mill- clothing allowance

Ċina – Shangai – uffiċċju tal-Konsulat ta’ Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għadhiex taħdem fl-Uffiċċju tal-Konsulat ta’ Malta fil-belt ta’ Shangai fiċ-Ċina?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li d-dettalji dwarha ngħataw separatament ma għadhiex taħdem fl-Uffiċċju tal-Konsulat ta’ Malta fil-belt ta’ Shanghai fiċ-Ċina.