Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #3405 Sitting 81 2018-02-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – overtime maħdum

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm inħadem overtime fil-Ministeru tagħha u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Tista’ tipprovdi din iċ-ċifra globali separatament għal kull entità/dipartiment?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Transport Malta – fondi allokati għal toroq f’Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm allokat fondi Transport Malta biex isiru toroq f'Għawdex matul is-sena 2017 u fejn saru dawn it-toroq? Jista' jgħid kemm inġabu fondi tal-Unjoni Ewropea tramite Transport Malta matul l-2017 biex isiru toroq f'Għawdex? Għal liema toroq inġabu dawn il-flus?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Studenti Għawdxin li qed jistudjaw Malta

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' studenti Għawdxin li qed jistudjaw Malta? Jista' jgħid f’liema istituzzjonijiet edukattivi jattendu dawn l-istess studenti Għawdxin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ftehim bejn Malta u Polonja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ftehim ta' kull tip sar bejn Malta u l-Polonja mill-ħatra tal-Ambaxxatriċi Maltija sal-lum?

Response (ABELA, CARMELO)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-ħatra tal-Ambaxxatriċi Maltija sal-lum kien hemm ftehim bilaterali wieħed li ġie ffirmat bejn Malta u Polonja, kif elenkat hawn taħt: Pajjiż Data tal-Iffirmar Isem tal-Ftehim Dħul fis-Seħħ Polonja 29 ta’ Settembru 2017 Ftehim fuq Rappreżentazjoni għall-ħruġ ta’ Viżi għal Malta 29 ta’ Settembru 2017

Tiġdid tal-arranġament Emphyteusis mal-Ordni ta’ San Ġwann f'Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx it-tiġdid tal-arranġament emphyteusis mal-Ordni ta’ San Ġwann f'Malta (SMOM) li skada ftit ta’ żmien ilu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interepellant li l-process għadu għaddej. Filwaqt li ż-żmien tal-enfitewsi għalaq, l-awtoritajiet kompetenti, estendew l-enfitewsi temporanjament, sakemm l-kontenut u l-kundizzjonijiet ta’ ċens ġdid jiġu determinati.

Cultural Diplomacy Fund – proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm proġetti li jaqgħu taħt il-Cultural Diplomacy Fund tal-istess Ministeru, ġew approvati minn Marzu 2013 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll fejn u meta twettqu, kemm ġew jiswew u min kien inkarigat minn kull proġett? Jista’ jgħid kemm proġetti ma ġewx approvati u x’kienu r-raġunijiet?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġetti segwenti kienu dawk li twettqu u l-Kap tal-Missjoni rispettiva ikun inkarigat mill-implimentazzjoni tal-proġett relevanti. Progetti li saru fl-2013 Minn 25 proġett sottomessi minn għaxar missjonijiet, ġew magħżula 20 proġett: Isem tal-Proġett Post fejn Twettaq Ammont € Malta ħadet sehem fl-EU Literature Night permezz tal-awtur Malti Immanuel Mifsud L-Irlanda (Dublin) 500 Short film Festival bl-isem ‘Cine Malte Les Possibiltes d’une Ile’ li sar fl-Louxor alais de Cinema u ntwerew trailers minn Simshar u Agora li nħadem kollu f’Malta Franza (Pariġi) 6000 Il-Band Maltija Beangrowers tat kunċert fil-Gruner Salon. Il-Ġermanja (Berlin) 4476.78 Kunċert mill-Cosmos Wind Qartet Ensamble. Il-Ġermanja (Berlin) u L-Olanda (The Hague) 6778.42 Wirja bl-isem ‘Written in Stone’ mill-fotografu Kris Micallef flimkien ma Prof. Alex Torpiano u Prof Jo Ann Cassar li taw lectures fil-Fondazzjoni Mahmoud Darwish. Palestina (Rammallah) 5600 Kompozitur Chris Muscat ħa sehem fil-Festival L’Europe en Musique Il-Belġju (Brussels) 2280 Kunċert mill-Batera Duo f’Washington u New York USA 8218 Taħdita minn Prof. Thomas Stolz li għamel taħdita dwar l-ilsien Malti fl-Ambaxxata ta’ Malta f’Berlin. Il-Ġermanja (Berlin) 932 Kunċert mis-Soprano Gillian Zammit akkumpanjata minn Lucia Miccallef fuq il-pjanu fil-Passionkirche f’Berlin Il-Ġermanja (Berlin) 5105.87 Il-Mużiċist Ruben Zahra organizza numru ta’ workshops fiċ-ċentru Mużikali Għarbi Ennajma Ezzahra u kunċert fejn kienu uzatu strumenti tradizzjonali fosthom ir-Rebab. Tuneżija (Tuneż) 2800 Andrew Alamango għamel riċerka u tella’ wirja ta’ recordings antiki ta’ Muzika Maltija f’Tuneż. Tuneżija (Tuneż) 990 Kunċert mill-baritonu Malti Joseph Lia It-Turkija (Istanbul) 2560 Preżentazzjoni tal-proġett ‘Lost Voices’ ta’ Andrew Alamango L-Awstrija (Vjenna) 2000 Kunċert mil-pjanista Gabi Sultana Il-Belġju (Brussels) u Danimarka (Kopenħagen) 3740 + 4995.80 Il-kantanta Francesca Galea u il-kittarist Sandro Zerafa ħadu sehem f’Les Sons d’Un Ile li kien l-ewwel Malta Jazz & ContemporaryMusic Fesitval Franza (Pariġi) 6400 Workshops mill-perkussjonista Renzo Spiteri li saru fl-Iskola Ewropea Luxembourg II, fi Bretagne. Il-Lussemburgu 1400 Wirja ta’presepju Malti fil-Katidral ta’ San Michel. Il-Belġju (Brussels) Big Band Brothers ħadu sehem fil-Festival annwali ta’ Carthage. Tuneżija (Tuneż) 2500 Malta ħadet sehem fil-Euro Kids Festival bil proġett ‘Ħrejjef’ ta’ Ruben Zahra. USA 3535 Pubblikazzjoni tal-ktieb ‘L-Art tal-Kliem’ li hu xogħol ta’ Clare Azzopardi, Nathalie Grima u Gilbert Calleja. Israel (Tel Aviv) 3680 Proġetti li saru fis-sena 2014 Fis-sejħa li saret għal proġetti fl-2014, ġew sottomessi 24 proġett minn 9 missjonijiet. Minn dawn ġew aċċettati 14 il-proġett sabiex jieħdu fondi allokati: Andrew Alamango preżenta Lost Voices u diversi workshops għall-komunita’. Il-Palestina (Ramallah) 5000 Malta ħadet sehem fl-edizzjoni tal-2014 ta’ Words on the Street f’Nassau Street permezz tal awtur Malti Pierre Mejlak. L-Irlanda (Dublin) 500 NAFRA daqqu f’Mermaid Arts Centre, Bray.Co L-Irlanda (Dublin) 3800 Kunċert Barokk mil-Les Bougies Baroques taħt id-direzzjoni ta’ Mro.Ian Peter Bugeja. Il-Ġermanja (Berlin) 6996.55 Qari ta’Letteratura Maltija waqtEurope Literary mill-awtur Malti Pierre Mejlak. Il-Ġermaja (Berlin) 7,715.05 Jazz Festival f’Berlin u Varsavja bis sehem ta’ artisti Maltin bħal Domnic Galea, Adrian Brincat, Joe Debono, Manuel Pulis u Sandro Zerafa Il-Ġermanja (Berlin) u Polonja (Varsavja) 1,180 + 7800 Wirja mill-artist Raphael Vella bl isem Raising a Revolutionary li saret fl-Acedemy of Fine Arts Polonja (Varsavja) 7700 Malta ħadet sehem fil EuroKids bil-poġett Complete History of Malta USA 3535 Kunċert mill-Baritone Jospeh Lia Italja (Ruma) 9240 Kunċert minn Gabi Sultana fil ġonna tal-Accademia Filarmonica ta’ Ruma Italja (Ruma) 975 Charles Bellia ġa sehem fid-39 Edizzjoni tal-International Exhibition 100 Cribs Italja (Ruma) 3680 Wirja ta’ arti kontemporanja bl-isem ta’ Regret tal-artisa Ruth Bianco. Franza (Pariġi) 6545 Malta Jazz Festival bl-isem Les Sons d’un Ile 2014 li ħadu sehem Charles Gatt, Dominic Galea Trio u Warren Galea Franza (Pariġi) 6400 Wirja ta’ Arti kontemporanja li nħadmet fuq il-post bl-isem Ghost Trip tal-artist Austin Camilleri. Il-wirja saret fil-Henderon Centre, Beiging, China. Iċ-Ċina (Beijing) 3450 Proġetti li saru fis-sena 2015 Matul 2015, ġew mressqa 23 proġett mill-missjonijiet, li minnhom ġew mwettqa 10 proġetti: ETNIKA ta’ kunċert fil-Europe House Londra fl-1 ta’ Mejju 2015. UK 5000 L-Ambaxxata Maltija f’Washington DC organizzat fetħet il-bibien tagħha għall-pubbliku waqt l- EU Open House Day li sar fid-9 ta’ Mejju 2015. Aktar minn 1,000 persuna żaru l-Ambaxxata. USA 404 Malta pparteċipat fil-festival popolari tal-Jazz ‘ My Unique Jazz Festival’ li sar f’Kunstfabrik Schlot f’Berlin. Malta kienet rappreżentata mill-mużiċisti Dominic Galea u Alan Portelli. Ġermanja (Berlin) 1639 Malta ħadet sehem fl-edizzjoni annwali ta’ Words on the Street flimkien ma’ 11-il pajjiż ieħor. Malta kienet rappreżentata b’xogħol tal-awtur Karl Schembri li nqara mid-DJ u preżentatriċi tar-radju Irlandiż Ruth Scott. l-Irlanda (Dublin) 500 Fl-okkażjoni tal-50 anniversarju minn meta Malta saret membru tal-Kunsill tal-Ewropa, ittellgħet wirja ta’ fotografija ta’ foto-ġurnalist Darrin Zammit Lupi bl-isem ta’ ISLE LANDERS fil-foyer tal-Palais d’ Europe fi Strasburgu. Franza (Strasburgu) 8000 Malta ħadet sehem fl-14-il edizzjoni tas- Salon des Pintres et Sculpteurs de Saint Tropez b’xogħlijiet ta’ tliet artisti Maltin Kurt Arrigo, Caroline Navarro u James Vella Clark rispettivament. Franza (St. Tropez) 3131,17 REGVNM tikonsisti f’sensiela ta’ ritratti li ttieħdu taħt il-baħar u ġiet esebita ġewwa BOZAR fi Brussel Il-Belġju (Brussels) 4195 Il-pjanista Charlene Farrugia interpretat xogħlijiet ta’ Charles Camilleri u Karl Fiorini fost l-oħrajn fil-Ballroom tar-Royal Castle f’Varsavja. Polonja (Varsavja) 5500 Matul il- Malta Culture Week f’Berlin Dr Thomas Freller ta lecture bl-isem ta’ Diving into 3,000 years of Maltese history. Il-preżentazzjoni saret fil-bini storiku tal- Mendelssohn Remise f’Berlin. Ġermanja (Berlin) 500 Il- Maltese Argotti Ensemble taw kunċert fil- Friedenskirche Charlottenburg f’Berlin bħala parti mill- Malta Culture Week . Ġermanja (Berlin) 6147.90 Proġetti li saru fis-sena 2016 Matul 2016, ġew rċevuti 17 il-proposta. Minn dawn, kienu 9 li ġew approvati: l-Asdod Mediterranean Festival – NAFRA Ensemble Israel (Tel-Aviv) 5500 Kunċert mill-kompozitur Mro Wayne Grima UK (Londra) 8050 Euro-KIDS Festival MOVEO USA (Washington) 15000 Wirja ta’ Norbert Attard f’ għeluq il-ħamsin sena mill-Anniversarju li Malta iffirmat il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet Umani. Strasburgu 2000 Dublin UNESCO City of Literature permezz ta’ Walid Nabhan u l ktieb l-Ezodu taċ-Ċikoni Irlanda (Dublin) 500 Kunċert minn Gabi Sultana fl-Accadamia Filarmonica Romana Italija (Ruma) 2170 Dwett bejn Nadine Galea u Cecilia Sultana De Maria The Hague 3140 Qari mill -kittieb Malti Immanuel Mifsud f’ Kenyon Institute East Jerusalem. Palestina (Rammallah) 1800 Maltese Jazz Trio Noir li taw jam session flimkien ma artisiti ewropej oħra. Ġermanja (Berlin) 2299 Proġetti li saru fis-sena 2017 Matul 2017, ġew milqugħa sittax il-applikazzjoni mill-missjonijiet sabiex jkunu kkunsidrati għal fondi tal-kultura diplomatika. Minn dawn ġew approvati 9 proġetti: European Music Festival – Kunċert mit-tenur Nico Darmanin akkumpanjat mil pjanista Gabi Sultana USA (Washington) 7000 Kunċert minn Folk Band Maltija ETNIKA USA (Washington) 11940 Kunċert minn ETNIKA Ġermanja (Berlin) 9194 Kunċert ta’ Chamber Music mill-kompositur Malti Christopher Muscat Ġermanja (Berlin) 9508 Kunċert mill-pjanita Gabi Sultana li sar ġewwa Mendessohn Remise, Passionskirche Berlin (Ġermanja) 3898 Qari ta’ Letteratura mill- awturi Maltin Claudia Gauci u Walid Nabhan li saret f’Lettreage, Literaturhas. Berlin (Ġermanja) 2926 Berlin Film Screening u diskussjoni fuq it-tema li sar Filmksunst 66, Zeughauskino, Kino Sputnik. Berlin (Ġermanja) 3971 Wirja fotografika tal-fortifikazzjonijiet minn Daniel Cilia Italja (Ruma) 3500 Kunċeti muzikali mill- grupp KAFENA Kanada (Toronto) 8700

Studenti Għawdxin tal-MCAST – sussidju tal-kera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex numru ta’ studenti tal-MCAST Għawdxin ilhom sitt xhur mingħajr is-sussidju tal-kera meta normalment dan jitħallas aktar frekwenti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li s-sussidju li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant ma jitħallasx mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u, għaldaqstant, dan il-Ministeru ma jkollux l-informazzjoni mitluba.
Leg 13 PQ #3452 Sitting 81 2018-02-08 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għal Għawdex

Studenti Għawdxin li qed jistudjaw f’Malta — akkomodazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid xi pjanijiet għandha sabiex ittaffi n-nuqqas ta’ akkomodazzjoni affordabli għall-istudenti Għawdxin li qed jistudjaw f’Malta?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex qed jesplora l-possibiltà li jkun hemm hostel li tilqa fiha l-istudenti Għawdxin.
Leg 13 PQ #3453 Sitting 81 2018-02-08 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija – inħawi tal-Barmil – xogħlijiet – kumpens lill-bdiewa

Question

Peress li x-xogħlijiet li qed isiru bħalissa fl-ispazju industrijali fl-inħawi tal-Barmil ix-Xewkija Għawdex minn Public Private Partnership qed isiru f’għelieqi li sa issa kienu maħdumin minn bdiewa Għawdxin, tista' l-Ministru għal Għawdex tgħid jekk hemmx finanzjament ippjanat min-naħa tal-Gvern biex jagħmel tajjeb għal ħsara u dannu li sofrew dawn l-istess bdiewa? Ma taħsibx il-Ministru li dawn il-bdiewa jixraqilhom kumpens peress li tħallew iħawlu jew jiżirgħu l-uċuh tar-raba’ mingħajr ma kienu avżati li ser jitilfu kollox din is-sena?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 13 PQ #3869 Sitting 81 2018-02-08 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi

Bank Ċentrali – Early Retirement Scheme

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux minnu li ħaddiema li ħadu l-Early Retirement Scheme mill-Bank Ċentrali, reġgħu ddaħħlu jaħdmu fuq bażi ta' contract workers? Jista’ jgħid kemm hemm ħaddiema u x'inhu s-salarju tagħhom?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi żewġ ħaddiema li kienu ibbenefikaw mill-Early Retirement Scheme (skema ta’ rtirar kmieni) mill-Bank Ċentrali f’Marzu 2007 u f’Jannar 2012 rispettivament, kienu lahqu l-eta ta l-irtirar statutorja f’Dicembru 2011 u f’Dicembru 2015 rispettivament. Dawn iz-zewg persuni reġgħu ddaħħlu, f’Jannar 2018 u f’Mejju 2017 rispettivament, jaħdmu fi-Currency Services Office fuq kuntrat definit fuq bazi kazwali u temporanja biex jagħmlu xogħol speċifiku f’dan l-ufficju. Dan l-impjieg temporanju huwa regolat minn JobsPlus. Ir-rata ta ħlas hija €9.24 għal kull siegħa xogħol, ekwivalenti ghal dik ta grad ta Officer I. Din ir-rata tinkludi l-benefiċji kollha inkluz leave u leave tal-mard. Dawn l-uffiċjali jattendu għax-xogħol skond l-eziġenzi.
Leg 13 PQ #3872 Sitting 81 2018-02-08 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Ittra ta’ awtorizzazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra u/jew dokument li biha ta l-awtorizzazzjoni sabiex il-Vitals Global Healthcare (VGH) tkun tista’ tgħaddi l-interess tagħha fit-tliet sptarijiet pubbliċi lill-kumpanija privata Amerikana, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern mexa skont il-mekkaniżmu stipulat fil-kuntratti ta’ din il-konċessjoni.

Kuntratt iffirmat bejn il-Gvern u l-VGH

Question

In vista tar-rapport fis-Sunday Times of Malta tal-4 ta’ Frar 2018 intitolat “'No-risk’ investment for Vitals” jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument jew Annex tal-kuntratt bejn il-Gvern u l-Vitals Global Healthcare (VGH) li allegatament ipoġġi fuq il-Gvern l-oneru li jħallas lill-VGH €100,000,000 (mitt miljun) flimkien mad-dejn kollu tal-VGH, f’każ li jiġi tterminat il-kuntratt? Jista’ jgħid għaliex ma semma xejn dwar dan il-kuntratt waqt id-dibattitu riċenti fil-Parlament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-dokument imsemmi jifforma parti mill-kuntratt li diġà tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, partijiet mill-liema kuntratt jinsabu redatti minħabba s-sensittività ta’ ċerta nformazzjoni.

Family Clinics

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistux family clinics fil-bliet u rħula Maltin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) nidiet f’dawn l-aħħar 3 snin diversi servizzi fil-kommunità bil-għan illi jinltaħqu familji li jeħtieġu interventi professjonali sabiex jirċievu tali assistenza. Għal dan il-għan, twaqqaf is-servizz tal-Home Based Therapeutic Service (HBTS). Dan jipprovdi għajnuna terapewtika lill-familji ‘multistressed’ ġewwa l-kommunita` tagħhom. Dawn il-familji jkollhom diversi problemi kumplessi relatati ma’ faqar, vizzji ta’ droga, vjolenza fil-familja, problemi ta’ saħħa mentali u fejn jidħlu problemi relatati mat-tfal li jitneħħew mill-familji oriġinali tagħhom. Din l-għajnuna tingħata minn tim terapewtiku li jadotta metodi multidixxiplinari. Il-professjonisti li jaħdmu fit-tim ġejjin minn professjonijiet varji, li jinkludu terapisti tal-familja, psikoterapewtiċi, psikologi u counsellors. It-tim jipprovdi diversi interventi terapewtiċi, li jinkludu terapija individwali mal-adulti u tfal, terapija mal-familja kif ukoll parenting li huwa bbażat fuq l-Incredible Years Parenting Programme, kif indikat fil-policy dwar Postive Parenting. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, dawn is-servizzi qed ikunu pprovduti lill-familji f’dawn il-lokalitajiet u Ċentri madwar Malta u Għawdex; · Cottonera – Ċentru LEAP · Għargħur – Ċentru LEAP · Qawra – Ċentru LEAP · Għajnsielem Għawdex – Ċentru tas-servizzi tal-FSWS f’Għawdex Hemm ippjanat illi s-servizzi msemmija jitferxxu f’aktar lokalitaijiet f’Malta u f’Għawdex.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – bdil ta’ mains tal-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra liema xogħlijiet se tkun qiegħda twettaq il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) kemm bħala bdil ta’ mains tal-ilma kif ukoll xogħol fis-sistema tad-drenaġġ, fil-lokalità ta’ Birżebbuġa b’mod partikolari fi Triq San Patrizju u l-Bajja s-Sabiħa? Jista’ jgħid ukoll jekk hux ippjanat li jsiru xogħlijiet oħra apparti fit-toroq imsemmija? Jista’ jgħid meta dan ix-xogħol se jkun qed jibda u f’liema toroq se jkun qed isir? B’dawn ix-xogħlijiet liema benefiċċji se jagħtu lil din il-lokalità u r-residenti, u x’passi se jittieħdu biex jitnaqqas l-inkonvenjent waqt li jsiru x-xogħlijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma ser tkun qed tbiddel kemm il-mains ta’ l-ilma, kif ukoll tad-drenaġġ fit-toroq imsemmija li huma: Triq San Patrizju, Triq il-Bajja s-Sabiħa, Triq Żaren Dalli, parti minn Triq Birżebbuġa, parti minn Triq Għar Dalam u Triq S. Cachia Zammit fil-Qajjenza, fejn f’din it-triq, ix-xogħlijiet diġa nbdew. Ix-xogħlijiet l-oħra huma ppjanati li jsiru mill-kuntrattur diġa ngaġġat fil-proġett ta’ tpoġġija ta’ cable tal-Enemalta tul l-istess rotta. Ix-xogħol huwa ppjanat li jibda mmedjatament wara li jitlesta x-xogħol tal-cable, apparti f’partijiet fejn ix-xogħlijiet jistgħu jsiru fl-istess ħin. Il-benefiċċju prinċipali huwa li tiġi fix-xejn ir-riparazzjoni ta’ servizzi qodma li frekwentement jkunu jirrikjedu xi manutenzjoni. B’hekk it-triqat li se jiġu asfaltati ġodda se jkunu ggarantiti fit-tul għal benefiċċju tar-residenti u l-passanti. Waqt ix-xogħlijiet, minkejja li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma m’hiex direttament responsabbli mill-pjan tal-immaniġjar tat-traffiku, xorta waħda, jekk jkun meħtieġ, se tinvolvi ruħha attivament fil-pjan. Barra min hekk, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma se taċċerta li l-ilmenti li jistgħu jinqalgħu fil-kors tal-proġett, jiġu ndirizzati malajr kemm jista’ jkun bil-għan li tiġi minimizzat l-inkonvenjenza.

Żona ta’ akwakultura tas-Sikka l-Bajda – screening process

Question

Nirreferi għaż-żona ta’ akwakultura tas-Sikka l-Bajda fin-nofstanhar ta’ Malta li hija żona ODZ marittima u post temporarju li qed jiġi segwit b’monitoraġġ mill-Awtorità tal-Ippjanar, filwaqt li d-Dipartiment tas-Sajd u l-Agrikoltura qed iħejji analiżi xjentifika f’rapport. Hu fatt li n-numru ta’ gaġeġ tat-ton ilhom li żdiedu ferm aktar minn dak li hu stipulat fil-permess (12) tal-operat u jirriżulta wkoll li ddaħlet pre-screening application biex il-gaġeġ jiżdiedu għal 24 gaġġa. Jista’ l-Ministru jgħid għalkemm dan is-sit hu temporarju? Jista’ jgħid meta kienet l-aħħar darba li sar monitoraġġ f’din iż-żona mill-Awtorità tal-Ippjanar? Jista’ jgħid kif ser jiġi affettwat l-iscreening process ta’ din l-entità fl-ambitu ta’ dan ix-xenarju? L-Awtorità tal-Ippjanar tieħu inkonsiderazzjoni li l-applikant hu reċidiv f’dan ir-rigward?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għalkemm ħarġu żewġt permessi temporanji mill-Awtorita’ tal-Ippjanar fiż-żona msemmija, kull tip ta’ monitoraġġ u nfurzar fuq installazjonijiet ta’ akwakultura qed isir mid-Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura, għalhekk nistiednek titlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru ikkonċernat.

Żona ta’ Akwakultura tas-Sikka l-Bajda

Question

Nirreferi għaż-żona ta’ akwakultura tas-Sikka l-Bajda fin-nofstanhar ta’ Malta li hija żona ODZ marittima u post temporarju li qed jiġi segwit b’monitoraġġ mill-Awtorità tal-Ippjanar filwaqt li d-Dipartiment tas-Sajd u l-Agrikoltura qed iħejji analiżi xjentifika f’rapport. Huwa nnotat li n-numru ta’ gaġeġ tat-ton żdiedu ferm aktar minn dak li hu stipulat fil-permess (12) tal-operat u jirriżulta wkoll li ddaħlet pre-screening application biex jiżdiedu għal 24 gaġġa. Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal ir-rapport xjentifiku? Jista’ jgħid meta hu l-ħsieb li jitlesta? X’inhuma l-parametri li qed jiġu studjati? X’inhu l-oġġettiv?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm tħejjijiet mid-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura biex titwaqqaf żona ġdida tal-akkwakultura fil-grigal ta’ Malta, li għandha bżonn studji skont ir-Regolamenti tal-2017 dwar il-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali u r-Regolamenti tal-2006 dwar il-Protezzjoni tal-Flora, Fawna u Ambjenti Naturali. L-ERA ħarġet it-termini ta’ riferiment sabiex isiru dawn l-istudji. F’Jannar tal-2018, l-ERA rċiviet id-Deskrizzjoni tal-Proġett għal din il-proposta biex jirduppjaw in-numru ta’ gaġġeġ tat-tonn minn tnax għal erbgħa u għoxrin. Id-deċiżjoni dwar din il-proposta teħtieġ studji skont ir-Regolamenti tal-2017 dwar il-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali u r-Regolamenti tal-2006 dwar il-Protezzjoni tal-Flora, Fawna u Ambjenti Naturali, bil-għan li jiġu mistħarrġa l-impatti fuq l-ambjent. L-applikant ġie nnotifikat mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi fis-6 ta' Frar 2018 b’din id-deċiżjoni. Il-proċess għadu fil-bidu tiegħu, u dettalji ulterjuri dwaru jkunu jistgħu jingħataw aktar ‘il quddiem.

Akwakultura — monitoraġġ

Question

Nirreferi għal akwakultura. Jista’ l-Ministru jgħid x’monitoraġġ isir min-naħa tad-dipartiment li kollox hu segwit skont is-sengħa u regolamenti internazzjonali? Il-kwoti tat-ton u l-closed cycle fish għas-sena 2018, baqgħu l-istess bħal 2017? Jista’ jgħid kemm huma għal kull kategorija għas-snin 2017 u 2018?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Sajd u Akkwakultura jagħmel monitoraġġ regolari fuq il-fish farms. Dan il-monitoraġġ huwa mmirat fuq it-trawwim tal-ħut innifsu. Il-frekwenza tal-kontrolli tvarja wkoll skont it-tip ta’ proċess li jkun qiegħed iseħħ fil-farm partikolari, kif ukoll skont ir-rekwiżiti li joħorġu minn obbligi internazzjonali. Ta’ min jinnota li ċertu proċessi, bħal waqt il-qatla tat-tonn jirrikkjedu l-preżenza kontinwa ta’ Uffiċjali tad-Dipartiment u Osservaturi Reġjonali. M’hemm l-ebda kwota għall-closed cycle fish. Fir-rigward tal-kwoti tat-tonn, m’hemm l-ebda relazzjoni bejn il-kwota tat-tonn maqbud mid-dgħajjes awtorizzati Maltin u dak li jiġi trasferit fil- farms Maltin. Il-kwota tat-tonn ( Eastern Bluefin Tuna ) fil-Mediterran żdiedet b’20% mill-2017 għall-2018. Bħala sajjieda Maltin il-kwota awtorizzata għas-sena 2017 kienet ta’ 270,996 Kg u l-kwota għas-sena 2018 hija ta’ 319,440 Kg.

Akwakultura tat-tonn – żoni offshore

Question

Nirreferi għal Akwakultura tat-tonn. Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il żona offshore għandha? Qatt saru twiddibiet min-naħa tad-Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura f’dan ir-rigward?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa issa hawn żona tal-akkwakultura offshore waħda, li tinstab fix-Xlokk ta’ Malta u nbeda il-proċess sabiex tiġi identifikata żona oħra offshore fil-Grigal ta’ Malta. Ma kien hemm bżonn ta’ l-ebda twiddiba min-naħa tad-Dipartiment f’dan ir-rigward, minn meta dawn ġew rilokati fiż-żona tal-Akkwakultura.

NPICU — sodod

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3428 jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il sodda għandha n-Neonatal Paediatric Intensive Care Unit (NPICU)? Waqt il-peak tax-xogħol, dan in-numru jiżdied b’sodod extra? B’kemm l-aktar? Jista’ l-Ministru jagħti l-figuri ta’ kemm żdiedu s-sodod bejn Mejju u Ottubru 2015? Jista’ jagħti l-figuri ta’ kemm żdiedu s-sodod bejn Mejju u Ottubru 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-NPICU hemm 21 sodda/cots għad-dispożizzjoni tal-pazjenti żgħar tagħna. L-average bed occupancy rate kienet ta’ 81% fl-2015 u 87% fl-2016 filwaqt li n-numru ta’ admissions/transfers f’dan il-Unit kien ta’ 449 fl-2015 u 472 fl-2016.

IVFs

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huma l-IVFs li saru fis-snin 2015, 2016 u 2017 xahar b’xahar, u għal kull sena separatament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-2015 saru 311 proċedura tal-IVF. Minn dawn saru 176 proċedura ġewwa Mater Dei u 135 proċedura ġewwa klinika privata. 2015 Mater Dei Jannar 22 Marzu 32 Mejju 26 Lulju 24 Settembru 33 Novembru 39 Total 176 Klinika Privata Marzu 59 Lulju 37 Novembru 39 Total 135 Total 311 Matul l-2016 saru 273 proċedura tal- IVF, li minn dawn saru 202 proċedura ġewwa Mater Dei u 71 proċedura ġewwa klinika privata. 2016 Mater Dei Jannar 29 Marzu 24 April 27 Ġunju 25 Lulju 33 Settembru 25 Novembru 39 Total 202 Klinika Privata Marzu 15 Lulju 32 Ottubru 24 Total 71 Total 273 Nfakkar lill-Onorevoli Interpellant illi din l-informazzjoni diġa ġiet impoġġija fuq il-mejda tal-kamra fir-rapporti Annwali tal-Awtorita’ għall-Protezzjoni tal-Embrijun. Din l-informazzjoni hija aċċessibli ukoll pubblikament minn fuq il- website ta’ din l-istess Awtorita’. L-informazzjoni għall-2017 qegħda tiġi kkumpilata u mistennija titpoġġa fuq il-Mejda tal-kamra fiż-żmien li ġej.