Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #4033 Sitting 82 2018-02-14 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Kuntratt iffirmat mal-VGH

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt mal-kumpanija Vitals Global Healthcare (VGH), kuntratt li permezz tiegħu l-VGH ingħatat f’idejha t-tmexxija tat-tliet sptarijiet pubbliċi, inġiebx għall-attenzjoni u l-approvazzjoni tal-Ministeru għall-Finanzi, qabel ġie ffirmat?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lil-Onorevoli Interpellant illi l-proċeduri neċessarji u l-prassi kienu segwiti f’dan il-każ.
Leg 13 PQ #4034 Sitting 82 2018-02-14 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – negozjati mal-VGH

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għall-Finanzi kellux parti fin-negozjati mal-Vitals Global Healthcare (VGH), liema negozjati waslu biex jiġi ffirmat ftehim biex il-VGH imexxu tliet sparijiet pubbliċi? Jekk fl-affermattiv, x’kien ir-rwol tal-Ministeru għall-Finanzi?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Finanzi ma kellu ebda parti fin-negozjati mal-VGH.
Leg 13 PQ #4035 Sitting 82 2018-02-14 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

VGH — sidien

Question

Jista’ l-Ministru, bħala l-Ministru li taħtu taqa’ r-responsabilità dwar żviluppi fil-Public Private Partnerships, jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kienx infurmat min huma s-sidien tal-Vitals Global Healthcare?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza l-mistoqsija lill-Ministru Konċernat.
Leg 13 PQ #4036 Sitting 82 2018-02-14 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

VGH – ultimate beneficial owners

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-sidien aħħarin (ultimate beneficial owners) tal-Vitals Global Healthcare?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jindirizzi l-mistoqsija lill-Ministru Konċernat.
Leg 13 PQ #4037 Sitting 82 2018-02-14 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – Memorandum of Understanding mal-VGH

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għall-Finanzi kienx infurmat li l-Gvern, tramite l-Malta Enterprise, kien iffirma Memorandum of Understanding mal-Vitals Global Healthcare (VGH) qabel intemm il-proċess ta’ għażla, liema għażla waslet biex il-VGH jingħataw kuntratt biex imexxu tliet sptarijiet pubbliċi?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jindirizza dak li qed jiġi allegat lill-Ministru Konċernat.
Leg 13 PQ #4038 Sitting 82 2018-02-14 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Kumpanija – iffirmar ta’ Memorandum of Understanding ma’ Bidder

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hijiex il-prassi li kumpanija tiffirma Memorandum of Understanding ma’ wieħed mill-bidders li jkunu qegħdin jieħdu sehem f’proċess ta’ għażla? Ma jaħsibx il-Ministru li dan il-fatt kellu jiskwalifika lill-Vitals Global Healthcare (VGH) mill-proċess tal-għażla kif ġara fil-Montenegro f’każ identiku li kien jinvolvi wkoll lill-VGH?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirriferi għall-Mistoqsija Parlamentati numru 4037.
Leg 13 PQ #4046 Sitting 82 2018-02-14 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Direct orders bejn l-2008 u l-2013

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders mogħtija mid-dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż fejn japplika dawk li jaqgħu taħt is-Segretarji Parlamentari fid-dekasteru tiegħu) sena b’sena, bejn Marzu 2008 u Marzu 2013? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, l-ispiża ta’ kull direct order u lil min ingħatat kull direct order?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negożji Żgħar – Direct orders bejn l-2008 u l-2013

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders mogħtija mid-dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż fejn japplika dawk li jaqgħu taħt is-Segretarji Parlamentari fid-dekasteru tiegħu) sena b’sena, bejn Marzu 2008 u Marzu 2013? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, l-ispiża ta’ kull direct order u lil min ingħatat kull direct order?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – Direct orders bejn l-2008 u l-2013

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders mogħtija mid-dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż fejn japplika dawk li jaqgħu taħt is-Segretarji Parlamentari fid-dekasteru tiegħu) sena b’sena, bejn Marzu 2008 u Marzu 2013? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, l-ispiża ta’ kull direct order u lil min ingħatat kull direct order?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Enerġija u Immanniġġar tal-Ilma – Direct orders bejn l-2008 u l-2013

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders mogħtija mid-dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż fejn japplika dawk li jaqgħu taħt is-Segretarji Parlamentari fid-dekasteru tiegħu) sena b’sena, bejn Marzu 2008 u Marzu 2013? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, l-ispiża ta’ kull direct order u lil min ingħatat kull direct order?

Response (MIZZI, JOE)

Tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza – Direct orders bejn l-2008 u l-2013

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tad-direct orders mogħtija mid-dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha (inkluż fejn japplika dawk li jaqgħu taħt is-Segretarji Parlamentari fid-dekasteru tagħha) sena b’sena, bejn Marzu 2008 u Marzu 2013? Tista’ tagħti d-data meta ngħatat kull direct order, l-ispiża ta’ kull direct order u lil min ingħatat kull direct order?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #537 Sitting 81 2018-02-08 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — direct orders

Question

Tista' l-Ministru tagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat minn kwalsiasi entità li taqa' taħtha, inkluż id-data u l-valur, mill-1 ta' Diċembru 2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub. Nirrimarka li kull direct order ingħata skont l-Artiklu 103 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat minn kwalsiasi entità li taqa' taħtu, inkluż id-data u l-valur, mill-1 ta' Diċembru 2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba minnu. Ġentilment ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, dawn d-direct orders ingħataw skont, Artiklu 103 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali - direct orders

Question

Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali, jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat minn kwalsiasi entità li taqa' taħtu, inkluż id-data u l-valur, mill-1 ta' Diċembru 2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 538.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Parlamentari għal Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva - direct orders

Question

Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għal Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva, jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat minn kwalsiasi entità li taqa' taħtu, inkluż id-data u l-valur, mill-1 ta' Diċembru 2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari numru 538.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji - ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24 u ċjoè: Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji, jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #3399 Sitting 81 2018-02-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – senior management — allowances

Question

B’referenza għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 2729 u 2930, peress li ma ngħatawx tweġibiet għall-mistoqsijiet kollha, tista’ l-Ministru tgħid jekk tafx li tali tweġibiet jistgħu jiġu interpretati li uffiċjali mis-senior management tal-Ministeru għal Għawdex setgħu ngħataw xi allowance apparti dawk li huma nklużi fil-kuntratti rispettivi tagħhom? Jekk dan huwa minnu, ma taħsibx li f’ġieħ it-trasparenza, din il-Kamra għandha tkun taf x’kienu dawn l-allowances jew inkella jkun hemm risposta kategorika li dawn ma ngħataw l-ebda allowance apparti dak elenkat fil-kuntratt rispettiv tagħhom?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li l-ebda uffiċċjal mis-senior management ma ngħata xi allowance li ma hijiex inkluża fil-kuntratt rispettiv tagħhom.

Ir-Rabat Għawdex – investiment infrastrutturali f’apparat mediku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ investiment infrastrutturali sar, f'apparat mediku ġewwa ċ-Ċentru Kliniku ta' Triq Enrico Mizzi fir-Rabat, Għawdex mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum? Jista' jgħid fil-preżent min hu responsabbli mit-tmexxija ta' din il-Klinika jekk huwiex il-Gvern jew il-privat u jekk mill-privat min?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-preżent il-Gvern huwa responsabbli mit-tmexxija tal-imsemmi Ċentru Kliniku.
Leg 13 PQ #3404 Sitting 81 2018-02-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Dipartiment u entitajiet – oġġetti mħassra mill-inventarji rispettivi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid, f’kull Uffiċċju/sezzjoni ta’ kull dipartiment jew entità fid-dekasteru tagħha, kemm kien hemm oġġetti li ġew maqtugħa jew imħassra mill-inventarji rispettivi mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum? F’kull każ x’kien l-oġġett u l-valur tiegħu u x’kienet ir-raġuni li għalih inqata’ jew ġie mħassar mill-inventarju rispettiv? F’kull każ, min kien l-uffiċjal li ta l-approvazzjoni biex l-oġġett jitħassar jew jinqata’?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.