Legislature:
Category:
Reset
Active:

Hospital Concession Agreement mal-Vitals Global Healthcare

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 3774, li kienet dwar l-ammont li l-Gvern kellu jħallas lill-Vitals Global Healthcare (VGH) għal kull sena (separatament) matul is-snin li kien ikopri l-Hospital Concession Agreement li l-Gvern għamel mal-VGH, u fit-tweġiba għaliha ngħad li l-pagamenti mill-Gvern lill-konċessjonarju matul il-perjodu tal-konċessjoni jsiru skont l-ammont ta’ servizzi li l-Gvern ikun qed jixtri, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għal liema servizzi tħallsu l-€50 miljun li l-Gvern ħallas lill-VGH matul is-snin 2016 u 2017?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3310.

Ċimiterju tal-Addolorata – kuntratt ta’ trasferiment ta’ oqbra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni preżenti ta’ dawk il-persuni li tul is-snin ħallsu deposit għax-xiri ta’ qabar ġewwa ċ-Ċimiterju tal-Addolorata u li sal-lum għadu ma sarx il-kuntratt finali ta’ trasferiment? Jista’ jgħid meta huwa mistenni li jsiru l-kuntratti ta’ trasferiment ta’ oqbra ġewwa l-istess ċimiterju?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif ix-xogħol fuq l-oqbra jitlesta, dawk kollha li għamlu konvenju għax-xiri ta’ qabar isirilhom kuntratt finali li jwassal għat-trasferiment.

Pensjoni — Każ ta' Anzjana

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettajli dwarha qed jingħataw separatament peress li ilha tliet xhur ma tieħu pensjoni u l-każ għadu ma ġiex solvut?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-benefiċċji tal-persuna msemmija twaqqfu minħabba investigazzjoni. Din il-persuna ntalbet għal diversi drabi tipprovdi dokumenti speċifiċi imma naqset milli tagħmel dan, bir-riżultat illi l-każ għadu mhux solvut.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — direct orders

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 520, jista' l-Ministru jgħid għal kull każ min huma l-kumpaniji jew individwi li ngħataw is-segwenti xogħlijiet b'direct order minn SportMalta, ir-raġuni għalfejn ingħataw b'direct order u jekk kienx hemm offerenti oħra li kienu interessati f'dan ix-xogħol? SportMalta - 06/09/2017 - €130,000.00 - Architecture & Engineering services for the proposed Shooting Range at Ta' Kandja SportMalta - 26/10/2017 - €141,500.00 - Negotiated Procedure for the Procurement of the Equipment for the Sooting Range at Ta' Kandja SportMalta - 15/11/2017 - €2,360,000.00 - Negotiated Procedure for the Supply and Installation of a Shotnet system at the Shooting Range at Ta' Kandja SportMalta - 28/11/2017 - €2,371,534.31 - Negotiated Procedure for the Construction of the Five metre backstop at Ta' Kandja Shooting Range SportMalta - 28/11/2017 - €160,231.00 - Negotiated Procedure for the Procedure for the Alterations & Finishes at Block B at Ta' Kandja Shooting Range SportMalta - 07/12/2017 - €219,102.54 - Supply and Installation of Main Electrical Switchgear at Ta' Kandja Shooting Range.

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ta’ Kandja – shooting range — xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta beda x-xogħol fuq ix-shooting range f'Ta' Kandja u meta mistenni jispiċċa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li x-xogħol beda fil-31 ta’ Ottubru 2017 u mistenni jitlesta sal-aħħar ta’ April 2018.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — direct orders

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 520, jista' l-Ministru jgħid għal kull każ min huma l-kumpaniji jew individwi li ngħataw is-segwenti xogħlijiet b'direct order minn SportMalta, ir-raġuni għalfejn ingħataw b'direct order u jekk kienx hemm offerenti oħra li kienu interessati f'dan ix-xogħol? SportMalta - 29/08/2017 - €40,466.17 - Malta Basketball Pavillion - Upgrading of the Public toilets and general tiling SportMalta - 29/08/2017 - €16,879.34 - Malta Basketball Pavillion - Upgrading of the Public toilets and general tiling SportMalta - 06/09/2017 - €80,000.00 - Architecture & Engineering services for the proposed Shooting Range at Ta' Kandja SportMalta - 06/09/2017 - €62,837.00 - Architecture & Engineering services for the proposed Shooting Range at Ta' Kandja SportMalta - 12/10/2017 - €60,000.00 - Project Manager to administer SportMalta projects SportMalta - 02/11/2017 - €32,265.00 - Prov. Of the Procurement Services SportMalta - 20/11/2017 - €33,264.00 - Services of a Site Officer at Ta' Kandja Shooting Range SportMalta - 28/11/2017 - €73,812.50 - Relocation of the Nissen Hut at Ta' Kandja Shooting Range SportMalta - 28/11/2017 - €86,056.40 - Negotiated Procedure for the HVAC Works in Clubhouse Building at Ta' Kandja Shooting Range SportMalta - 28/11/2017 - €47,157.00 - Manufacture, Supply & Fix of Internal/External Apertures at Block B (clubhouse) at Ta' Kandja Shooting Range SportMalta - 28/11/2017 - € 94,162.10 - Supply and Installation of Tiles and Sanitary ware at Block B (clubhouse) at Ta' Kandja Shooting Range SportMalta - 28/11/2017 - €112,322.43 - Mechanical & Electrical Work at Block B (clubhouse) at Ta' Kandja Shooting Range SportMalta - 07/12/2017 - €30,637.29 - Water Plumbing at Ta' Kandja Shooting Range SportMalta - 07/12/2017 - €106,166.10 - Main Cabling Works at Ta' Kandja Shooting Range SportMalta - 01/10/2017 - €11,900.00 - Topographic Survey at Ta' Kandja Site

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #3956 Sitting 82 2018-02-14 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konflitt ta’ interess ta’ Chief of Staff

Question

In vista tar-rapport fil-ġurnal Times of Malta ta’ nhar it-Tlieta 6 ta’ Frar 2018, fejn ġie rrapportat li l-Managing Director tal-kumpaniji taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatment, huwa involut fil-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament li huma involuti fin-negozju ta’ magni meħtieġa għar-riċiklar ta’ fliexken tal-plastic, in vista tal-proġett imħabbar mill-Prim Ministru dwar dan it-tip ta’ riċiklaġġ. Jista’ l-Prim Ministru jgħid (i) jekk skont hu, dan huwiex kunflitt ta’ interess da parti taċ-Chief of Staff tiegħu peress li l-persuna involuta hija fl-istess ħin il-persuna li tmexxi n-negozji taċ-Chief of Staff tiegħu, (ii) jekk iċ-Chief of Staff tiegħu ddikjarax dan il-konflitt ta’ interess u (iii) x’passi ħa l-Prim Ministru dwar dan il-konflitt ta’ interess?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Iċ-Chief of Staff fl-uffiċċju tiegħi m’għandu x’jaqsam xejn la direttament u lanqas indirettament fil-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament. Dan japplika wkoll għall-Kasco Group. Kull suġġeriment f’das-sens huwa falz u malizzjuż.

Ħlas mill-VGH lill-Gvern

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid b’kollox, il-Vitals Global Healthcare (VGH) kemm ħallsu lill-Gvern minn kemm ilhom joperaw f’Malta sad-data ta’ din il-mistoqsija u għal xiex sar dan il-ħlas?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-VGH ħallsu l-ammont dovut lill-Gvern kif stipulat fil-kuntratt tal-konċessjoni bejn l-istess partijiet li jinkludu concession fees u ħlasijiet għal servizzi addizzjonali fl-isptarijiet Karen Grech u t’Għawdex.

Birżebbuga – Triq tal-Papa u Triq tal-Ġebel – xogħol ta’ surfacing

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk Triq tal-Papa u Triq tal-Ġebel f’Birżebbuġa humiex se jsirulhom xogħol ta’ surfacing minn Transport Malta matul is-sena 2018?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra

Birżebbuġa Triq Mons Spir Penza u Triq it-22 ta’ Frar – xogħol ta’ surfacing

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk Triq Mons. Spir Penza u Triq it-22 ta’ Frar f'Birżebbuġa, humiex se jsirilhom xogħol ta’ surfacing?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra
Leg 13 PQ #3963 Sitting 82 2018-02-14 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Malta Film Studios – sejħa għall-offerti internazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument tas-sejħa għall-offerti msemmija f’mistoqsija parlamentari 3828 flimkien mad-dokument li jiċċertifika l-eżitu ta’ din is-sejħa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument tas-sejħa għall-offerti.
Leg 13 PQ #3964 Sitting 82 2018-02-14 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumpaniji li huwa involut Chief of Staff

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-kumpaniji kollha, kemm f’Malta kif ukoll dawk barra minn Malta, li ċ-Chief of Staff tiegħu huwa involut fihom hu jew il-konjuġi tiegħu, u f’kull każ jispeċifika jekk l-involviment hux fil-kapaċità ta’ ishmatarju jew ta’ direttur tal-kumpanija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li qed jitlob hija aċċessibbli pubblikament.
Leg 13 PQ #3965 Sitting 82 2018-02-14 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Negozji, ħwienet jew outlets li huwa involut Chief of Staff

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ negozji, ħwienet jew outlets kummerċjali oħra li ċ-Chief of Staff tiegħu huwa involut fihom hu jew il-konjuġi tiegħu, kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta u f’kull każ jispeċifika liema kumpanija hija sid ta’ dan in-negozju?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li qed jitlob hija aċċessibbli pubblikament.
Leg 13 PQ #3966 Sitting 82 2018-02-14 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Prodotti li jinnegozja Chief of Staff

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ prodotti li jinnegozja fihom iċ-Chief of Staff tiegħu u/jew il-konjuġi tiegħu u/jew il-kumpaniji kollha li huma involuti fihom, kemm direttament kif ukoll indirettament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li qed jitlob hija aċċessibbli pubblikament.

Każ ta’ pensjoni – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separament fejn din il-persuna ilha tliet xhur ma tieħu pensjoni u l-każ għadu ma ġiex solvut?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li għadni kif tajt f’mistoqsija parlamentari 3952. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant illi din il-mistoqsija parlamentari hija l-istess waħda bħal mistoqsija parlamentari 3952.

Kont tad-dawl u ilma – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara għalfejn il-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ilha ħafna ma tirċievi l-kont tad-dawl u l-ilma?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ilment imressaq ġie mistħarreġ, sar kuntatt ma’ din il-persuna u jirriżulta li saret talba sabiex isir trasferiment tal-kont tad-dawl u l-ilma minn persuna oħra għal fuq dan l-istess individwu. Bħala proċedura sabiex ikun jista' jsir dan il-proċess, kull kont pendenti li jkun hemm ikun irid jiġi mħallas qabel mal-ARMS tkun tista’ tipproċedi għat-trasferiment tal-kont. F’dan il-każ il-persuna li saret din l-interpellanza fuqha, mhux ilha ma tirċievi l-kontijiet, imma dawn qegħdin joħorġu b’mod regolari fuq il-persuna li għad għandha il-kont fuq isimha. F’dan ir-rigward, sar ukoll kuntatt ma’ din il-persuna ħalli tħallas il-pendenzi li għandha fuq dan il-kont u b’hekk ikun jista’ jsir it-trasferiment ta’ dan il-kont.

Sid ta’ residenza – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara min huwa s-sid tal-post abbandunat peress li jinsab ma’ ġenb ir-residenza tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jidhru separatament?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi L-Awtorità tal-Artijiet ma għandha l-ebda informazzjoni rigward ir-residenza msemmija, kif ukoll dawk li jmissu ma’ din ir-residenza.

Single mothers

Question

Skont il-mistoqsija parlamentari li għamilt f’Diċembru, jidher li hemm ‘il fuq minn 11,000 single parent li rċevew iċ-children's allowance fl-2017. F’Settembru 2017 l-EU SILC ħarġet statistika fejn l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) irraportat li 6,658 single parent households huma f’riskju ta faqar. Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn single mothers f’riskju ta’ faqar? Jista’ jagħti n-numru ta’ single mothers fl-2002, 2007, 2012 u 2017?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni li qed jitlob ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi iżda tinġabar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant illi mhux kull min jirċievi c- Children Allowance huwa f’riskju ta’ faqar, għax għalkemm ir-rata imħallsa tiddependi minn test tal-mezzi, hemm rata minima ta’ Allowance li titħallas lil kulħadd, anke meta id-dħul jeċċedi il-limitu stabbilit.

Ċirkolari dwar il-break tal-10 ta’ filgħodu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li nħarġet ċirkolari li tagħti struzzjonijiet dwar il-break tal-10 ta’ filgħodu fejn titlob li t-tfal ma joħorġux fil-bitħa u jindika min ħareġ din iċ-ċirkolari u għal-liema kulleġġi u skejjel tapplika?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li ma nħarġet l-ebda ċirkulari mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi f’dan ir-rigward. Madankollu, jekk l-Onor. Interpellant għandha dettalji dwar xi Kulleġġ jew skola partikolari, nitlobha tgħaddihomli.

Ħatra ta’ Ambaxxatur tal-Kultura għal Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal kemm hija l-ħatra tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala Ambaxxatur tal-Kultura għal Malta, u jindika jekk hemmx persuni oħra maħtura b’dan it-titolu, min huma u x’ínhu r-rwol mistenni minnhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-persuna indikata separatament hi maħtura Ambaxxatur għall-Kultura għal perjodu indefinit, sakemm ma jkunx hemm deċiżjoni mod ieħor. Dan hu t-tieni Ambaxxatur għall-Kultura li l-Gvern Malti qed jaħtar. Il-persuna l-oħra inħatret fl-2012. L-iskop li persuna tinħatar Ambaxxatur għall-Kultura hi li bil-kuntatti personali li jkollha minħabba n-natura tax-xogħol tagħha, twassal l-għarfien dwar l-istorja ta’ Malta, il-kultura u l-identità Maltija kull fejn tkun qed tagħmel ħidmietha. B’hekk, dawn l-Ambaxxaturi jwasslu l-isem tajjeb ta’ Malta fost ċrieki kulturali u nkomplu nattiraw lejn pajjiżna investiment kulturali. Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-persuna indikata minnha ma tieħu ebda ħlas għal dan ix-xogħol ta’ Ambaxxatur tal-Kultura.