Bord tal-Kummissjoni tal-Vjolenza Domestika — membri
Question
Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-membri tal-Bord tal-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-Bord tal-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika huma:
Kummissarju: Is-Sur Joseph Gerada
Membri: Is-Sa Charlene Barbara
Is-Sa Stephania Fenech
Dr Lara Dimitrijevic
Is-Sa Louise Calleja
Dr Charles Cassar
Is Sa Amanda Grech
Is- Sa Renee Laiviera
Dr Cheryl Azzopardi
Dr Josef Masini Vento
B'referenza għax-xogħlijiet li qed isiru l-Isla, eżatt fi Triq is-Sur, jista' l-Ministru jgħid x’inhi n-natura tax-xogħol li qed isir, f'liema stadju wasal u meta huwa stmat li dan ix-xogħol jintemm?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ix-xogħlijiet fi Triq is-Sur, Isla, jikkonsistu primarjament fit-tibdil tal-main tad-drenaġġ, tibdil tal-main tal-ilma u formazzjoni ta’wiċċ bl-asfalt. Waqt ix-xogħlijiet instab illi kien jezisti culvertgħall-ilma tax-xita , u liema culvert kien imsaqqaf b’xorok tal-ġebel. Diversi minn dawn ix-xorok huma maqsumin, u kellu jinbidel id-disinn tal-wiċċ minn asfalt għall-konkos. Il-culvert tal-ilma tax-xita irid jitnaddaf u jsiru inlets ġodda peress illi kien hemm inlet waħda biss. Peress illi dawn ix-xogħlijiet jikkonsistu f’varjazzjoni tal-kuntratt, saru l-istimi neċessarji kif ukoll l-approvals interni, u ix-xogħol reġa tkompla f’nofs Frar 2018.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru xogħlijiet biex jitranġa l-Moll tal-Birgu fejn jitrakkaw id-dgħajjes tal-barklora ħalli jiffaċilitaw l-aċċess abbord għal dawk li jaqsmu l-Belt bid-dgħajjes?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet biex jitranga l-Moll tal-Birgu fejn jitrakkaw id-dgħajjes tal-barklora għandhom isiru matul ix-xahar ta’ Marzu.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-kariga tal-individwu li d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separtament fil-Berġa ta' Kastilja? Jista' jgħid x'faċilitajiet qed jagħmel użu minnhom l-imsemmi persuna fil-Berġa ta' Kastilja u x'persunal ġie assenjat biex jassisti lill-istess individwu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-persuna li qed jagħmel riferenza għaliha l-Onor. Interpellant għandu l-inkarigu ta’ delegat speċjali. Kif naħseb li jifhem l-Onor. Interpellant, il-persuna li qed jagħmel referenza għaliha għandu bżonn uffiċċju biex jopera u għandu 4 persuni jassistuh.
Il-persuna li hemm riferenza għaliha fl-mistoqsija ngħata l-inkarigu tiegħu bl-istess mod li l-Onor. Interpellant innifsu ingħata inkarigi fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru bħala person of trust bejn l-2003 u l-2004 bħala Projects Coordinator u bejn l-2007 u l-2012 bħala part-time legal advisor.
Korporazzjoni Intrapriża ta’ Malta dwar il-produzzjoni tal-kannabis għall-użu mediċinali – letter of intent
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti l-ismijiet tat-tliet kumpaniji li ngħataw letter of intent mill-Korporazzjoni Intrapriża ta’ Malta dwar il-produzzjoni tal-kannabis għall-użu mediċinali f'Malta, kif stqarr huwa stess f'intervista fuq Radju Malta nhar is-Sibt 10 ta' Frar 2018 waqt il-programm "Għandi xi ngħid"? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn it-tliet letters of intent?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata mill-Malta Enterprise peress li din hija kkunsidrata kunfidenzjali kif koperta bil-kunfidenzjalita’ imposta skont l-Artiklu 21(5) tal-Att dwar l-Intrapriża ta’ Malta tal-11 t'Awwissu 2003 u l-Artiklu 33 tal-Att dwar il-Promozzjoni ta’ Negozji tal-5 ta' Lulju 1988.
Korporazzjoni Intrapriża ta’ Malta dwar il-produzzjoni tal-kannabis għall-użu mediċinali – letter of intent
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tat-tliet kumpaniji li ngħataw letter of intent mill-Korporazzjoni Intrapriża ta’ Malta dwar il-produzzjoni tal-kannabis għall-użu mediċinali f'Malta, kif stqarr huwa stess f'intervista fuq Radju Malta nhar is-Sibt 10 ta' Frar 2018 waqt il-programm "Għandi xi ngħid"? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn it-tliet letters of intent?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'meritu eċċezzjonali f’servizz lejn Malta ta l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u dan wara l-laqgħa li huwa kellu mal-istess individwu f'Settembru 2014 kif ukoll qabel ma l-istess individwu ġie maħtur, mill-President ta’ Malta, fuq il-parir tiegħu bħala Prim Ministru, Kumpann Onorarju tar-Repubblika ta’ Malta nhar it-13 ta' Diċembru 2014?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kif kien tħabbar pubblikament lura fl-2014, il-persuna li qed isemmi fl-interpellanza tiegħu kien onorat għall-kontribut tiegħu lejn it-tisħiħ tar-relazzjonijiet ta’ ħbiberija bejn il-popli ta’ Malta u tar-Renju tal-Għarabja Sawdita. Dan il-persuna ilu għal snin sħaħ b’interess speċjali f’Malta u r-rabtiet ma’ pajjiżna huma għolja fuq l-aġenda tiegħu.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-listi ta’ Nutara f’Malta u f'Għawdex li juru s-sena sa meta l-atti tagħhom inter vivos u causa mortis ġew depożitati fl-Arkivju Notarili?
Response (BONNICI, OWEN)
Qiegħed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' Nutara f’Għawdex li juru s-snin sa meta l-atti tagħhom u Testmenti Pubbliċi ġew depożitati fl-Arkivju Nutarili. Il-lista tan-Nutara f'Malta tista tinkiseb online fuq is-sit https://justice.gov.mt/en/ntg/Pages/Notaries-Volumes-in-Archives.aspx
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ordni ta' investigazzjoni talab li jinħareġ l-Avukat Ġenerali skont l-Artikolu 4 tal-Att kontra Money Laundering (Kap. 373 tal-Liġijiet ta' Malta) mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid fir-rigward ta' min intalbu li jinħarġu dawn l-ordnijiet ta' investigazzjoni u liema ġew milqugħa mill-Qorti Kriminali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru tirriżulta mid-dokument li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fir-rigward tal-ismijiet li qegħdin jintalbu, ma jidhirlix illi l-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata minħabba s-sigriet tal-investigazzjoni u d-dritt tal-privatezza.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża fuq uniformijiet għall-membri tal-Korp tal-Pulizija għas-sena 2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-ispiża fuq uniformijiet għall-membri tal-Korp tal-Pulizija għas-sena 2017 kienet ta' tliet mija u ħamsa u ħamsin elf, ħames mija u sebgħa u ħamsin ewro (Euro 355, 557).
Każijiet ta’ vjolenza fuq membri tal-Korp tal-Pulizija waqt il-qadi ta’ dmirijiethom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każijiet ta’ vjolenza fuq membri tal-Korp tal-Pulizija waqt il-qadi ta’ dmirijiethom matul is-sena 2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2017, il-pulizija rreġistrat mija u wieħed u sebgħin (171) każ ta’ aggressjoni, atteġġjament vjolenti jew theddid fil-konfront ta' Membri tal-Korp, waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.
Depot tal-Pulizija – stallazzjoni ta’ panelli fotovoltajiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fid-Depot tal-Pulizija ġewwa l-Furjana jiġu nstallati panelli fotovoltajiċi sabiex tiġi ġġenerata enerġija għall-konsum fl-istess binja?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi għalkemm diġà hemm ammont żgħir ta' panelli fotovoltajiċi għall-ġenerazzjoni tal-enerġija fid-Depot tal-Pulizija, fil-preżent, ma hemmx il-ħsieb li jitwaħħlu aktar f'dan il-lok.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ġewwa l-Għases tal-Pulizija jiġu installati panelli fotovoltajiċi għall-ġenerazzjoni ta’ enerġija għall-konsum fl-istess għases?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi fil-preżent ma hemmx ħsieb li jitwaħħlu panelli fotovoltajiċi għall-ġenerazzjoni tal-enerġija għall-konsum ġewwa l-għases.
Għases f’Malta u Għawdex – ċelel fejn jinżammu persuni waqt li jkunu taħt arrest
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema għases ġewwa Malta u Għawdex hemm ċelel sabiex jinżammu persuni fihom waqt li jkunu taħt arrest?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi persuni li jkunu taħt arrest f’Malta, jinżammu fil-Lock Up fil-Furjana. Ġewwa l-Għases tal-Qawra u ċ-Ċirkewwa, hemm żewġ ċelel u ċella waħda rispettivament, però dawn jintużaw biss jekk ikun hemm bżonn, biex jinżammu persuni għal perjodu qasir qabel jittieħdu d-depot. Rigward Għawdex, hemm tmien ċelel fl-għassa tar-Rabat (Victoria) li jintużaw għal persuni waqt li jkunu taħt arrest, skont il-provediment tal-LS 9.08. Ma hemmx ċelel fl-irħula ta' Għawdex.
Ftehim iffirmat bejn il-Gvern Malti u r-Repubblika tal-Korea
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-memorandum ta’ ftehim li kien ġie ffirmat fir-Repubblika tal-Korea f’Novembru tal-2015 bejn il-Gvern Malti u r-Repubblika tal-Korea?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra id-dokument mitlub.
Trasport Pubbliku – multi għal nuqqas ta’ osservanza ta’ ħinijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn kemm ilu responsabbli għat-trasport pubbliku sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm ħallset f’multi l-kumpanija tat-trasport pubbliku għal nuqqas ta’ osservanza tal-ħinijiet u x’ħin suppost jitilqu l-vjaġġi li obbligata tagħmel?
Response (BORG, IAN)
Waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 4189, ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Ġunju u Diċembru 2017 Transport Malta ħarġet total ta’ €144,475 f’multi li jikkoncernaw il-puntwalità u affidabilità lill-operatur tat-trasport pubbliku.
Trasport Pubbliku – multi għal nuqqas ta’ osservanza ta’ ħinijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħallset f’multi l-kumpanija tat-trasport pubbliku għal nuqqas ta’ osservanza tal-ħinijiet x’ħin suppost jitilqu l-vjaġġi li obbligata tagħmel fl-2015, fl-2016, u fl-2017?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li multi mahruga lill-operatur tat-trasport pubbliku fir-rigward ta’ puntwalità u affidabilità bdew jigu applikati minn April ta’ l-2016. Ir-raguni ghal dan kienet minhabba l-problemi industrijali li kien affaċċja ruħu magħhom l-operatur tat-trasport pubbliku, fejn in-network il-ġdid kellu jiġi introdott aktar tard milli kien ippjanat u kien biss għall-aħħar ta’ Diċembru 2015 li l-maġġoranza tan-network il-ġdid seta’ jiġi ntrodott. Dan fisser li l-operatur tat-trasport pubbliku kellu bżonn perjodu ta’ żmien sabiex ikun jista’ jiffamiljarizza ruħu mar-rotot il-ġodda qabel ma’ jiġi espost għall-multi marbuta ma’ puntwalità u affidabilità.
L-ammont totali ta’ penali maħruga lil operatur tat-trasport pubbliku fir-rigward ta’ puntwalità u affidabilità huwa hekk kif gej:
2016: € 82,125
2017: €183,559
Qed nifhem li waqt li żdied b’mod rekord in-numru ta’ passiġieri u vjaggi li qed isiru permezz ta’ dan is-servizz, ser nara, kif rajt sa’ mill-ewwel ġurnata tiegħi, li jitħaddmu b’mod mill-aktar rigoruzi dawn l-artikli importanti fl-obbligi kuntrattwali bejn il-partijiet.
Trasport Pubbliku – rapport dwar l-aħħar vjaġġ tal-karozza tal-linja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi jieħu l-Ministeru tiegħu kontra l-kumpanija tat-trasport pubbliku partikolarment meta passiġġieri jirrappurtaw li l-aħħar vjaġġ tal-karozza tal-linja ta’ xi ġurnata lejn xi lokalità, ma jkunx sar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-kuntratt iffirmat bejn Transport Malta u Malta Public Transport f’Jannar 2015, fir-rigward tal-proviżjoni tat-trasport pubbliku ġewwa Malta jistipula “thresholds” fix-xahar għal kull rotta ta’ kemm huwa permissibli li jinqabżu vjaġġi qabel ma jiġu applikati il-multi ikkontemplati. Dan mingħajr distinzjoni tal-ġurnata jew il-ħin li dawn il-vjaġġi ma jsirux.