Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ċens – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward ċens peress li qalulu li se jkun ikkuntattjat però għadu bla risposta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-file ġie approvat u li l-applikant ser ikun qed jirċievi notifika f’qasir żmien.

Awtorità tax-Xogħol – każ ta’ inġustizzja fuq persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li qed tallega li saret inġustizzja magħha mill-Awtorità tax-Xogħol?

Response (BARTOLO, EVARIST)

B'referenza għad-dettalji li ngħataw separatament, qiegħed ngħaddi informazzjoni dwar dan il-każ direttament lill-Onor. Interpellant b'mod kunfidenzjali.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – kont ta’ anzjan

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li għalkemm uffiċjali mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma marru għandu, għadu ma rċieva l-ebda kont dovut lilu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ilment imressaq minnu ġie nvestigat u jirriżulta li wara li l-ARMS ħadet il-provvedimenti kollha meħtieġa sabiex jintbgħat qarrej tal-arloġġi fuq il-post, ittieħdu wkoll il-miżuri meħtiega sabiex jinħareġ il-kont. Dan fil-fatt sar, bil-klijent iħallas l-ammont dovut.
Leg 13 PQ #4039 Sitting 83 2018-02-19 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Dipartiment tal-Kuntratti – due diligence exercise fuq VGH

Question

Jista’ l-Ministru bħala l-Ministru responsabbli mid-Dipartiment tal-Kuntratti, jgħid jekk il-Ministeru li huwa jmexxi u d-Dipartiment tal-Kuntratti kenux involuti fid-due diligence exercise li sar fuq il-Vitals Global Healthcare?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4033.
Leg 13 PQ #4040 Sitting 83 2018-02-19 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

VGH – due diligence report

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-due diligence report li sar fuq il-Vitals Global Healthcare (VGH)? Jista’ jgħid jekk kienx konxju, fiż-żmien meta l-VGH ingħataw il-kuntratt biex imexxu tliet sptarijiet, li din il-kumpanija ma kellha l-ebda esperjenza fil-qasam tas-saħħa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirriferi għat-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari 4039.
Leg 13 PQ #4041 Sitting 83 2018-02-19 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi u Dipartiment tal-Kuntratti – approvazzjoni tat-termini tal-kuntratt mal-VGH

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għall-Finanzi u d-Dipartiment tal-Kuntratti approvawx it-termini tal-kuntratt li ngħataw il-Vitals Global Healthcare (VGH), it-termini li ġew deskritti minn esperti bħala one-sided favur il-VGH u allura ma jipproteġux biżżejjed l-interessi tat-taxpayer Malti?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirriferi ghat-tweġiba tieġħi għall-mistoqsija parlamentari 4033.
Leg 13 PQ #4042 Sitting 83 2018-02-19 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

VGH – termini tal-kuntratt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Ministeru għall-Finanzi ġie nfurmat li l-Vitals Global Healthcare (VGH) ma kenux qegħdin iżommu mat-termini tal-kuntratt li ngħatalhom? Jista’ jgħid jekk il-Ministeru jew wieħed mid-dipartimenti li jmexxi, tawx parir jew intalbux parir, fid-dawl tan-nuqqas ta’ VGH, ta x’għandu jsir f’ċirkostanzi fejn kuntrattur ma jonorax l-obbligi tal-kuntratt?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirriferi għall-mistoqsijiet parlamentari 3290 u 3291.
Leg 13 PQ #4043 Sitting 83 2018-02-19 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

VGH – pagamenti mgħoddija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pagamenti li għaddew u qed jgħaddu għand il-Vitals Global Healthcare (VGH) humiex qegħdin isiru bl-approvazzjoni tal-Ministeru għall-Finanzi? Jekk fl-affermattiv, jista’ l-Ministru jgħid x’aċċertazzjoni qiegħda ssir u x’aċċertazzjoni saret biex tassigura li x-xogħol u s-servizzi marbuta ma’ dawn il-pagamenti attwalment sar?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru Konċernat.
Leg 13 PQ #4044 Sitting 83 2018-02-19 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

VGH – negozjar u bejgħ tal-kuntratt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk intalbitx l-approvazzjoni tal-Ministeru tiegħu u/jew tad-Dipartiment tal-Kuntratti biex il-Vitals Global Healthcare jinnegozjaw u jbiegħu l-kuntratt li rebħu mingħand il-Gvern? Jekk fl-affermattiv, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumentazzjoni marbuta ma’ din it-talba?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru Konċernat.

EPC — każijiet ta' kirjiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn iċ-ċertifikat għar-rekwiżiti dwar il-bini għall-użu tal-enerġija (EPC) qiegħed jintalab ukoll f'każijiet ta' kirjiet qosra (short-let), u mhux f'każijiet ta' bejgħ jew bini ġdid biss?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #4051 Sitting 83 2018-02-19 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – Direct orders bejn l-2008 u l-2013

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders mogħtija mid-dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż fejn japplika dawk li jaqgħu taħt is-Segretarji Parlamentari fid-dekasteru tiegħu) sena b’sena, bejn Marzu 2008 u Marzu 2013? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, l-ispiża ta’ kull direct order u lil min ingħatat kull direct order?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #4052 Sitting 83 2018-02-19 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għall-Turiżmu – Direct orders bejn l-2008 u l-2013

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders mogħtija mid-dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż fejn japplika dawk li jaqgħu taħt is-Segretarji Parlamentari fid-dekasteru tiegħu) sena b’sena, bejn Marzu 2008 u Marzu 2013? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, l-ispiża ta’ kull direct order u lil min ingħatat kull direct order?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali – Direct orders bejn l-2008 u l-2013

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders mogħtija mid-dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż fejn japplika dawk li jaqgħu taħt is-Segretarji Parlamentari fid-dekasteru tiegħu) sena b’sena, bejn Marzu 2008 u Marzu 2013? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, l-ispiża ta’ kull direct order u lil min ingħatat kull direct order?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – Direct orders bejn l-2008 u l-2013

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders mogħtija mid-dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż fejn japplika dawk li jaqgħu taħt is-Segretarji Parlamentari fid-dekasteru tiegħu) sena b’sena, bejn Marzu 2008 u Marzu 2013? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, l-ispiża ta’ kull direct order u lil min ingħatat kull direct order?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qiegħed jinġabar. Għaldaqstant l-informazzjoni mitluba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima – Direct orders bejn l-2008 u l-2013

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders mogħtija mid-dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż fejn japplika dawk li jaqgħu taħt is-Segretarji Parlamentari fid-dekasteru tiegħu) sena b’sena, bejn Marzu 2008 u Marzu 2013? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, l-ispiża ta’ kull direct order u lil min ingħatat kull direct order?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.

Ministeru għas-Saħħa – Direct orders bejn l-2008 u l-2013

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti lista tad-direct orders mogħtija mid-dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż fejn japplika dawk li jaqgħu taħt is-Segretarji Parlamentari fid-dekasteru tiegħu) sena b’sena, bejn Marzu 2008 u Marzu 2013? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, l-ispiża ta’ kull direct order u lil min ingħatat kull direct order?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Malta Public Transport – sejħa pubblika fil-Pakistan

Question

B’referenza għas-sejħa pubblika li għamlet il-Malta Public Transport fil-Pakistan fejn ir-riklam juri b’mod ċar li l-istess kumpanija qiegħda tagħmel sejħa diskriminatorja fuq diversi livelli fosthom: (i) diskriminazzjoni kontra n-nisa (“male bus drivers”) u (ii) diskriminazzjoni skont l-età (“25-40years”), tista’ l-Ministru tgħid jekk din is-sejħa hijiex aċċettabbli għaliha u jekk il-Ministeru tagħha hux se jieħu passi fil-konfront tal-imsemmija Malta Public Transport?

Response (DALLI, HELENA)

Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza qed tinvestiga dan il-każ.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — organigram

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organigram tal-Ministeru li għalih hija responsabbli? Tista’ wkoll tindika min huma l-persuni li jokkupaw il-karigi speċifiċi fl-istruttura tal-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Minħabba raġunijiet ta’ Data Protection, l-ismijiet tal-persuni ma jistgħux jingħataw

Ħaddiema u professjonisti li tħarrġu fuq il-Vjolenza Domestika

Question

B’referenza għall-istqarrija numru PR180260 (5 ta’ Frar 2018), tista’ l-Ministru tgħid f’liema professjonijiet u kemm kien in-numru ta’ ħaddiema u professjonisti li tħarrġu s’issa fuq il-vjolenza domestika kif indikat fl-istess stqarrija?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li sa Jannar 2018, 716 professjonist attendew kors ta' taħriġ ta' tlett ijiem dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru. Dawn il-professjonisti jinkludu tobba u infermiera, għalliema ta' gwida u tal-PSCD, ħaddiema psikosoċjali, professjonisti soċjali u komunitarji bħal ħaddiema soċjali, uffiċjali tal-pulizija, qwiebel, uffiċjali tal-probation, u avukati. Dan it-taħriġ ingħata wkoll lill-professjonisti minn NGOs, mill-Università ta' Malta, mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, mill-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika u mill-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza. Ma’ dawn 33 imħallef u maġistrat attendew kors ta' taħriġ ta' ġurnata fuq il-vjolenza abbażi tal-ġeneru. L-istess professjonisti ġew mistiedna biex jattendu t-tieni stadju ta’ taħriġ li se jkun offrut matul din is-sena.

Shelters għan-nisa vittmi tal-vjolenza domestika

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn shelters għan-nisa li huma vittmi ta’ vjolenza domestika f’pajjiżna? Tista’ tgħid ukoll kemm hemm nisa u tfal li fil-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, qed jgħixu f’shelter? Kemm minnhom huma ta’ nazzjonalità Maltija u kemm huma ta’ nazzjonalità barranija?

Response (DALLI, HELENA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.