B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21669 li ngħatat fit-30 ta’ Ġunju 2021, fejn ingħad 'li l-każ huwa preżentement sospiż, fuq talba tal-Perit' jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar l-iżviluppi li kien hemm f’dawn l-aħħar tliet xhur u nofs dwar l-applikazzjoni PA/01467/21 Location of development: Site at Għar ta' Calypso, Triq Għajn Qamar, Xagħra Description of works: 'Proposed stabilisation of Calypso Cave, consolidation of friable rock face, the demolition of the existing sanitary facilities and construction of a visitors’ interpretation centre, new sanitary facilities and new walkways', u jgħid fiex wasal il-proċess ta' din l-applikazzjoni?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni għadha tinsab sospiża u dan sabiex l-applikant jippreżenta l-informazzjoni mitluba mill-Awtorità tal-Ippjanar li tiġbor fiha informazzjoni addizzjonali mitluba, fost l-oħrajn mill-Awtorità Dwar l-Ambjent u Risorsi u s-Sovrantendenza dwar il-Patrimonju Kulturali.
Kunsill Lokali tal-Mellieħa — manutenzjoni f'Misraħ iż-Żjara tal-Papa
Question
Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa jagħmel il-manutenzjoni meħtieġa fiż-żoni storiċi fil-Mellieħa bħal Misraħ iż-Żjara tal-Papa u t-taraġ ta wara l-knisja kif jidher fir-ritratti li qed jingħataw separatament?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li tingħata widen għat-talba konsistenti li qed jagħmlu residenti tal-Mellieħa sabiex terġa' tinfetaħ l-għassa tal-Mellieħa peress li din it-talba ilha ssir għal dawn l-aħħar 16-il xahar fil-Parlament u anke kienet riflessa f'petizzjoni li tressqet f'isem ir-residenti u li kienet iffirmata minn mijiet ta' persuni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li għaddejjin bix-xogħolijiet konklussivi fl-għassa tal-Mellieħa biex din tibda tintuża bħala uffiċini għall-Pulizija tal-Komunità.
Jista' l-Ministru jara li l-Awtorità tal-Ippjajnar tuża l-poteri tagħha li ttiha l-liġi u tobbliga b'mod immeddjar sabiex is-sit tal-kostruzzjoni li hemm mibdija jew abbandunati li qed jikkawżaw periklu għar-residenti isirulhom ċnut u dan peress li hemm siti li spiċċaw miżbliet żgħar?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-regolamenti dwar l-immanniġġjar ta’ siti tal-kostruzzjoni u l-infurzar tagħhom jaqa’ taħt ir-reponsabbiltà tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni. Ninsab infurmat li, fir-rondi li jwettqu l-uffiċċjali tal-imsemmija Awtorità, tittieħed azzjoni f’waqtha kull darba li jiġi nnutat xi ksur tar-regolamenti, inkluż fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-mistoqsija. Min-naħa tagħha, l-Awtorità tal-Ippjanar għandha s-setgħa li tintervjeni ai termini tal-Sub-artikolu 99(1) tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (Kap. 552) jekk kemm-il darba tkun qiegħda ssir ħsara lill-ġmiel jew is-siwi ta’ xi żona jew jekk ikun hemm bżonn li jitneħħa xi periklu. F’dan il-kuntest, jekk l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għas-sitwazzjoni f’xi lant tax-xogħol partikolari, nitolbu jgħaddili d-dettalji tas-sit sabiex tkun tista’ tittieħed azzjoni skont il-provvedimenti tal-liġi.
Kunsill Lokali tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar — korrispondenza fuq ċnut ta' siti ta' kostruzzjoni
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza kollha li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar kellhom mal-Awtorità tal-Ippjanar bejn Settembru 2018 u Settembru 2021 fejn l-Awtorità ntalbet mill-istess kunsilli skont il-liġi tintervjeni sabiex isiru ċnut madwar siti ta' kostruzzjoni mibdija jew abbandunati u li kienu u għadhom qed jikkawżaw perikli għar-residenti u dan peress li hemm siti minnhom li spiċċaw miżbliet żgħar?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.
Gozo Employment Scheme – fondi għall-Personal Emoluments (Salaries and Wages)
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma meħtieġa aktar fondi għall-Personal Emoluments (Salaries and Wages) u għall-Contractual Services u kemm hu previst li ser ikun hemm tnaqqis fl-infiq tal-Gozo Employment Scheme fl-estimi riveduti tal-2021?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jispjega għala s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru fit-13 ta' Ottubru 2021 ħabbar li Malta ser tibgħat 135,000 vaċċin kontra l-COVID-19 lill-Irwanda meta fi tweġiba li ta fis-seduta tas-6 ta' Ottubru 2021 għall-mistoqsija parlamentari 22268, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa ma għamel l-ebda referenza għal din l-għotja imma qal li qed issir ħidma biex jingħataw 30,000 vaċċin lil Eġittu? Għaliex intgħażlet l-Irwanda għal din l-għotja? Għandu assigurazzjoni l-Gvern Malti illi dawn il-vaċċini ser jintużaw mingħajr distinzjoni ta' razza, reliġjon, appartenenza politika jew tribali?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nirringrazzja lill-Onor. Interpellant tad-domanda tiegħu. Waħda mir-realtajiet li ħarġet fil-pandemija COVID-19 hi d-differenza kbira li teżisti fid-dinja f’dak li jirrigwardja l-aċċessibita’ għall-vaċċin. Għandek pajjiżi prinċipalment fuq in-naħa tal-Punent Majjistru fejn l-aċċess għall-vaċċin huwa miftuħ u hemm disponibilta’ għal kulħadd, filwaqt li f’partijiet oħra tad-dinja dan għadu mhuwiex il-każ, anzi bil-maqlub, il-vaċċini disponibbli huma ftit ħafna. Malta mhux talli ħasbet li jkollha tilqimiet biżżejjed għall-popolazzjoni li tgħix f’artha, talli qiegħda wkoll f’qagħda li bil-fatti tgħin u turi s-solidarjeta’ tagħha ma’ pajjiżi oħra. Dan hu li jiddistingwina bħala poplu li kien għaqli ferm biex iħaddem il-mekkaniżmu tal-akkwist fi ħdan l-Unjoni Ewropeja u qed juri ruħu bħala promotur tal-idea li ħadd ma jkun sikur mill-pandemija sakemm kulħadd ikun sikur, permezz tat-tilqima.
F'dawn l-aħħar xhur nedejna kampanja ta’ għotja ta’ għexieren ta' eluf ta' dożi ta' vaċċin lil pajjiżi li kienu qed jitħabtu biex jiksbu tilqimiet minn pajjiżi oħrajn. S’issa, din il-kampanja kienet tinvolvi donazzjonijiet minn Malta għal-Libja, l-Eġittu u r-Rwanda b’donazzjonijiet addizzjonali mistennija jiġu ffinalizzati fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin. Dan stajna nagħmluh b’kordinament mad-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa, li poġġa dawn il-vaċċini għad-dispożizzjoni ta’ pajjiżi oħra. Nistgħu ngħidu li dawn id-donazzjonijiet jinvolvu ħafna xogħol u l-affjatament bejn il-Ministeri konċernati tgħin ħafna.
Tajjeb li l-Onor. Interpellant ikun mgħarraf li l-azzjoni tal-Gvern Malti hija parti minn sforz Ewropew sabiex jingħataw kemm jista’ jkun vaċċini lil pajjiżi hekk imsejħa “esterni” jew mhux Ewropej. Aħna fil-fatt nikkordinaw dan ix-xogħol mal-kollegi ġewwa Brussell u jkollna rifużjoni ta’ 75% tal-ispejjeż tat-trasport mill-Unjoni Ewropeja. Dan huwa possibbli grazzi għall-EU Civil Protection Mechanism. Dan il-mekkaniżmu jinkludi fih lista ta’ pajjiżi li jkunu esprimew ix-xewqa li jiġu mgħejuna u l-pajjiżi Ewropej jaqblu bejniethom kif ser jitqassmu l-vaċċini disponibbli. Nixtieq nikkonkludi billi nassigura lill-Onor. Interpellant li rċevejna assigurazzjoni bil-miktub minn sħabna Rwandizi li kull doża li ġiet mogħtija b’donazzjoni sejra tintuża u kien għalhekk li l-Unjoni Ewropeja aċċettat li tħallas lura 75% tat-trasportazzjoni.
Fil-ġimgħat li ġejjin, sejrin inkomplu b’din il-kampanja u ċert li l-uffiċjali fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej, fil-Ministeru tas-Saħħa kif ukoll fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili ser ikomplu jaħdmu id f’id biex Malta tkun tista’ tagħmel id-differenza, minkejja ċ-ċokon tagħna, f’din it-tellieqa ta’ solidarjeta’ sabiex kull persuna tkun tista tirċievi l-vaccin kontra l-COVID 19.
Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda – voti proposti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif inhu ppjanat li jintefaq l-ammont ta' €400,000 li qed jiġi propost li jiġi vvutat għall-kandidatura għal siġġu fuq il-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda (Vot 5068)?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-ammont ta' €400,000 li qed jiġi propost li jiġi vvutat għall-kandidatura għal siġġu fuq il-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda (Vot 5068) se jintuża mhux biss biex nassiguraw li Malta tiġi eletta bl-aktar voti possibbli, fl-elezzjoni għal siġġu mhux permanenti fuq il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda li se ssir f’Ġunju tal-2022, imma se jikkonsisti fi preparazzjoni dettaljata, mifruxa fuq setturi diversi, sabiex nirrapreżentaw lil pajjiżna bl-a]jar mod possibbli fil-kontribuzzjoni tagħna għall-Aġenda tan-Nazzjonijiet Magħquda.
Il-vot se jintuża biex:
(i) Jiġu promossi l-kisbiet ta’ Malta fis-setturi differenti li jaqgħu taħt ix-xogħol tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda (eżempju: pubblikazzjoni ta' kotba u eżebizzjonijiet);
(ii) L-approfondiment u l-istabbiliment ta' aktar kuntatti ma' Stati Membri oħra tan-Nazzjonijiet Magħquda sabiex tiġi ssensibilizzata l-pożizzjoni Maltija (eżempju: xiri ta’ materjal tal-kampanja, avvenimenti ta’ 'networking’ u possibilment żjarat ta' studju f'Malta);
(iii) Taħriġ għal Uffiċjali fil-Ministeru u dawk li qegħdin barra minn Malta; kif ukoll tittejjeb l-infrastruttura tat-teknoloġija tal-informatika, u t-twassil tal-messaġġ lill-midja.
Jista' l-Ministru jispjega fejn qed jaħdmu l-impjegati mediċi (Allied Health Practitioner, Senior ECG technician, Enrolled Nurse, Nursing Aide, Health Assistant eċċ) li hemm fuq il-kotba tal-Ministeru?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-proprjetà li nxtrat fi New York u x'kienu l-kriterji li fuqhom intgħażlet il-proprjetà in kwistjoni? Qabel ma nxtrat din il-proprjetà, saret valutazzjoni tal-istess proprjetà?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lil Onor. interpellant il-proprjeta’ li nxtrat ġewwa New York nxtrat għall-prezz ta’ USD 8,400,000.
Il-kriterji tax-xiri kienu jinkludu:
- spazju addadat li jakommoda 15-il uffiċċjal, tali spazju li faċli li wieħed ikun jista’ jinkludi aktar uffiċċjali għal waqt avvenitmenti għal siġġu non permanenti fuq l-Kunsill ta’ Sigurta ta’ Nazzjonijiet Uniti mingħajr ma jkun hemm iffular ¿ejjed u modifiki mill-inqas;
- post xieraq fejn isiru laqgħat u attivitajiet oħra li jkollha, minn ¿mien għal ¿mien, ir-Rappre¿entanza Permanenti;
- Il-viċinanza tal-binja mill-Kwartri tan-Nazzjonijiet Uniti, kien ukoll fattur importanti minħabba l-movimenti tal-uffiċċjali bejn i¿-¿ewġ binjiet ta’ kuljum;
- Aċċessibilita’ tal-binja
Valutazzjoni tal-binja saret qabel din ma nxtrat. Il-prezz fis-suq tal-binja huwa stmat għal USD 9,300,000
Talba lill-awtoritajiet Ġermaniżi – aċċess għad-data dwar kontijiet sigrieti f’Dubai
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza kollha li l-Gvern Malti, lbieraħ il-Ħadd 25 ta’ Lulju, ġie rrapurtat li qal li huwa kiteb jew bagħat lill-awtoritajiet Ġermaniżi sabiex jitlob ikollu aċċess għad-data kollha dwar min għandu kontijiet sigrieti f’Dubai?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel referenza għall-mistoqsija parlamentari 22083.
Jista’ l-Prim Ministru jonora l-wegħda li kien għamel l-ex Prim Ministru Joseph Muscat f’Marzu 2015 (wara li qal li ħa l-parir mill-Avukat Ġenerali) u jippubblika l-lista ta’ ismijiet tal-politically exposed persons kollha li jissemmew fl-iSwiss Leaks, issa li huwa fatt maqbul minn kulħadd li n-nuqqas ta’ ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa mill-Gvern Malti wasslet għall-grey listing ta’ Malta?
Jista’ l-Ministru jonora l-wegħda li kien għamel l-ex Prim Ministru Joseph Muscat f’Marzu 2015 (wara li qal li ħa l-parir mill-Avukat Ġenerali) u jippubblika l-lista ta’ ismijiet tal-politically exposed persons kollha li jissemmew fl-iSwiss Leaks, issa li huwa fatt maqbul minn kulħadd li n-nuqqas ta’ ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa mill-Gvern Malti wasslet għall-grey listing ta’ Malta?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi jiena infurmat mill-Kummissarju tat-Taxxa li ma japprovax li din id-data titpoġġa fil-pubbliku.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il impjegat tal-Awtorità tal-Artijiet tkeċċa fl-2021? Jista’ jgħid għalfejn u jagħti d-data tat-tkeċċija? Jista’ jgħid liema minnhom qed jiġu investigati mill-Pulizija (FCID)?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li ma kien hemm ebda tkeccija mill-Awtorità tal-Artijiet fl-2021
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-użu tal-private jet kull meta huwa mar il-Libja fl-2021, inkluż f’Mejju u f’Lulju ta’ din is-sena? Jistax jgħid minn liema ditta inkera u kif saret l-għażla?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’Seduta oħra
Raħal Ġdid – Triq Sant’Ubaldesca – fdalijiet tal-bollards tal-ġebel
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-fdalijiet tal-bollards tal-ġebel li hemm fi Triq Sant’Ubaldesca, Raħal Ġdid jitneħħew mill-iktar fis, minħabba l-inċidenti stradali li qed ikun hemm regolarment minħabba fihom?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorità ta’ Transport f’Malta li ser tagħti struzzjonijiet biex dawn il-bollards jitneħħew kompletament.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ uffiċċju jew sular tal-quad towers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu laħaqx innegozja jew qed jinnegozja xi ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-quad towers?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li la l-Ministeru u lanqas l-entitajiet’ li jaqgħu taħtu ma nnegozjaw u mhux qed jinnegozjaw xi ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-Quad Towers.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ uffiċċju jew sular tal-quad towers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu laħaqx innegozja jew qed jinnegozja xi ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-quad towers?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li la l-Ministeru u lanqas xi entità li taqa’ taħtu ma nnegozja jew qed jinnegozja xi ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-Quad Towers, L-Imrieħel.