Legislature:
Category:
Reset
Active:

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – panelli fotovoltajiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hemmx panelli fotovoltajiċi għall-ġenerazzjoni ta’ enerġija fl-istess kumpless? Jekk fin-negattiv, jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġu nstallati l-panelli?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2017, il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin ikkunsidrat li tinstalla panelli fotovoltajiċi għall-ġenerazzjoni ta’ enerġija fl-istess kumpless. Għaldaqstant bdiet ħidma biex naraw jekk hemmx xi skema fi ħdan l-unjoni ewropea jew lokali biex il-faċilità tingħata xi forma ta’ sussidju. Dan s’issa rriżulta fin-negattiv u minħabba restrizzjonijiet tal-fondi allokati ġie deċiż li din l-inizjattiva tiġi riveduta aktar ’il quddiem. Ta’ min isemmi li bħalissa fil-Faċilità hemm bosta proġetti kapitali li jridu jsiru u għaldaqstant il-fondi allokati qed jintużaw għal dawn il-proġetti urġenti.

Korp tal-Pulizija – road blocks

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il road block sar mill-Korp tal-Pulizija fil-weekend bejn il-Ġimgħa d-9 ta’ Frar 2018 u l-Ħadd 11 ta’ Frar 2018?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi bejn id-9 u l-11 ta' Frar, 2018 saru tnax-il road block mill-Korp tal-Pulizija.

Korp tal-Pulizija – klieb fil-Canine Section

Question

Jista’ l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm klieb fil-Canine Section tal-Korp tal-Pulizija, x’razza huma u l-età ta’ kull kelb?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi bħalissa hemm tlieta u tletin (33) kelb fil-Canine Section tal-Korp tal-Pulizija, kif jidher fit-tabella t'hawn taħt. Dettalji dwar ir-razza ta' kull kelb u l-età tiegħu jinsabu fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Razza Belgian Sheppard 19 German Sheppard 7 Labrador 3 Rottweiler 1 Springer spaniel 1 Irish Setter 1 Dutch Sheppard 1 Total 33

Korp tal-Pulizija – membri ta’ età bejn il-55 u 59 sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li għandhom età ta’ bejn il-55 u d-59 sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi fil-Korp tal-Pulizija hemm mija u wieħed u tletin (131) membru, fosthom ħamsin (50) kuntistabbli ta’ riserva, li għandhom età ta' bejn il-55 u d-59 sena.

Korp tal-Pulizija – membri ta’ età bejn 45 sa 54

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li għandhom l-età bejn il-45 u l-54 sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi fil-Korp tal-Pulizija hemm tliet mija u ħmistax (315)-il membru, fosthom sebgħin (70) kuntistabbli ta’ riserva, li għandhom età bejn il-45 u l-54 sena.

Korp tal-Pulizija – membri li għandhom ‘il fuq minn 60 sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li għandhom iktar minn 60 sena u għal kull wieħed jgħid fejn huwa stazzjonat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi fil-Korp tal-Pulizija hemm tnejn u disgħin (92) membru, li minnhom tnejn u sittin (62) huma riservisti, li għandhom iktar minn 60 sena'.

Kumpanija tat-Trasport Pubbliku – reklam għal ingaġġ ta’ sewwieqa

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-kumpanija tat-trasport pubbliku, jew kumpaniji jew individwi mqabbdin minnha, qed tirreklama biex iddaħħal 300 sewwieq mill-Pakistan kollha rġiel? Jekk dan hu l-każ, ma jħossx li dan imur kontra l-prinċipju ta' ‘equal opportunities employer’?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tikkonċerna direttament lill-Malta Public Transport Services Ltd li hija kumpanija privata. Għaldaqstant din l-informazzjoni mhix disponibbli li tingħata.

Kumpanija tat-Trasport Pubbliku – ingaġġ ta’ ħaddiema ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema ġodda mal-kumpanija tat-trasport pubbliku, f'liema grad, x'tip ta' xogħol jagħmlu u ta’ liema nazzjonalita huma, xahar b'xahar minn Jannar 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tikkonċerna direttament lill-Malta Public Transport Services Ltd li hija kumpanija privata. Għaldaqstant din l-informazzjoni mhix disponibbli li tingħata.

Malta Public Transport – ħaddiema li rriżenjaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema li rriżenjaw mill-impjieg, f'liema grad kienu, x'tip ta' xogħol kienu jagħmlu u ta’ liema nazzjonalità kienu mal-Malta Public Transport, xahar b'xahar minn Jannar 2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tikkonċerna direttament lill-Malta Public Transport Services Ltd li hija kumpanija privata. Għaldaqstant din l-informazzjoni mhix disponibbli li tingħata.

Kumpanija tat-Trasport Pubbliku — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati jaħdmu mal-kumpanija tat-trasport pubbliku u ta' liema nazzjonalità huma s-sena l-oħra (2017)?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tikkonċerna direttament lill-Malta Public Transport Services Ltd li hija kumpanija privata. Għaldaqstant din l-informazzjoni mhux disponibbli li tingħata.

Kumpanija tat-Trasport Pubbliku — sussidji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħadet b’kollox f’sussidji direttament mill-Gvern Malti l-kumpanija tat-trasport pubbliku s-sena l-oħra (2017)?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ sussidju li tħallas mill-Gvern lil Malta Public Transport Services Ltd matul is-sena 2017 kien ta’ €29,200,000.

Kumpanija tat-Trasport Pubbliku – fondi Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm gawdiet f’fondi Ewropej il-kumpanija tat-trasport pubbliku s-sena l-oħra (2017)?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtieġa lill-Ministru ikkonċernat – jiġifieri dak responsabbli mill-fondi ewropej ġaladarba il-MPT hija kumpanija privata u allura fil-libertà li tapplika taħt skemi bħal kull kumpanija oħra minn setturi differenti.

Ilma dieħel ġewwa residenza – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, peress li wara diversi rapporti ta’ ilma li daħal ġewwa mill-fili tal-faċċata, baqa’ ma sar xejn? Jista’ jara li almenu tissolva din il-problema, sakemm titranġa l-faċċata kollha li għal din is-sena żgur li mhux ser issir?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, dwar il-każ imsemmi, min naħa tal-Awtorita' tad-Djar kienu saru tiswijiet ġewwa l-appartament madwar sena ilu. Madanakollu, dwar id-dħul ta' ilma mill-fili tal-faċċata ser terġa ssir spezzjoni biex jiġi vverifikat l-ilment u naraw x'jista' jsir biex tissolva din il-problema.
Leg 13 PQ #4266 Sitting 84 2018-02-20 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħasil ta’ flus – rapporti investigattivi mill-Awtorità

Question

Ninnota b’sodisfazzjon li bis-saħħa tar-raba’ direttiva dwar il-ħasil ta’ flus, il-Malta Gaming Authority issa obbligata li tissorvelja l-online gaming b’aktar kontabilità u għalhekk waqqfet team tekniku ta’ monitoraġġ f’dan ir-rigward. Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk dan ifissirx li r-rapporti investigattivi tal-Awtorità, bħalma hu prassi fl-Ewropa, ser jiġu ppubblikati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat mill-Awtorità Maltija dwar il-Loghob li taħt ir-Raba’ Direttiva dwar il-Ħasil ta’ flus, ir-rwol tal-istess Awtorità huwa li tkun l-awtorità supervisorja fuq is-settur tar-remote gaming għan-nom tal-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzioni Finanzjarja. L-obbligi tal-Awtorità skont il-liġi huma li r-rapporti li jsiru minn-naħa tagħha jingħaddu lill-Korp għall-Analizi ta’ Informazzioni Finanzjarja u hija prerogattiva tal-istess Korp li jieħu deċiżjoni dwar liema azzjonijiet jittieħdu abbażi ta’ dawn ir-rapporti u skont dak li tippermetti l-liġi. Ninsab informat mill-Awtorità Maltija dwar il-Logħob li l-prassi hija li jiġu ppubblikati s-sanzjonijiet jew multi li jingħataw.
Leg 13 PQ #4267 Sitting 84 2018-02-20 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Monitoraġġ ta’ kumpaniji

Question

Nirreferi għall-inċident li ġie rrapportat fil-gazzetti u s-sitt taħrikiet li kienu nħarġu mill-Italja f’Lulju tas-sena 2015. Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’passi ttieħdu biex dak li ġara dakinhar ma jerġax iseħħ u jissaħħaħ kemm il-moniteraġġ ta’ kumpaniji u liċenzjati ġodda u eżistenti in line mar-riskju li dan is-settur iġib miegħu? X’kienet ir-raġuni li min kien skorett reġa’ nħarġitlu l-liċenzja fis-sena 2016? X’falla? X’inhuma l-monitoring policies attwali? Minn dak l-inċident ‘l hawn, il-proċeduri nbiddlu? Jekk iva, b’liema mod?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-Awtorita’ kontinwament taġġorna l-proċeduri ta’ moniteraġġ u supervizjoni tagħha kemm għal operaturi ġodda kif ukoll għal operaturi ezistenti sabiex dawn iżommu l-pass mal-iżviluppi regalotarji u teknologiċi ta’ din l-industrija daqstant dinamika. Fost l-inizjattivi mehuda mill-Awtorita’ hemm it-tishih tad-dipartiment ta’ "due diligence" billi żdiedu r-rizorsi umani u tekniċi, inbidlu l-proċessi ta kif isir id-"due diligence", qed jintuzaw agenziji internazzjonali fi ġbir ta’ intelligenza dwar individwi u kumpaniji u ngħata taħriġ speċjalizzat. L-Awtorita’ qiegħda tindaga aktar fil-fond dwar is-sorsi tal-fondi u l-ġid tal-applikanti. L-Awtorita’ tinvesti wkoll fil-moniteraġġ kontinwu tal-operaturi permezz ta’ audits indipendenti li jsiru fuq l-operaturi minn zmien ghal zmien kif ukoll spezzjonijiet speċifiċi kontra l-Hasil ta’ Flus u l-Finanzjar tat-Terrorizmu. Dan il-moniteraġġ aktar rigoruż wassal f’ żieda fl-infurzar mill-awtorita’ u għal numru akbar ta’ licenzji sospizi u cancellati minhabba ragunijiet ta’ Infurzar. 2015 2016 2017 (Jan – June) Numru ta’ Liċenzji Sospizi 23 2 4 Numru ta’ Liċenzji Kanċellati 13 21 1 L-Awtorita’ ma għandha l-ebda persuni li nstabu li huma skoretti u reggħet inharġitlhom licenzja. Li gara kien totalment l-oppost. Persuni li mill-istharrig ta’ due diligence li sar fuqhom instabu li huma skoretti ma nħargitilhomx liċenzja, filwaqt li kien hemm persuni ohra li abbandunaw il-licenzja meta ntebhu bl-istharrig u tfittix wiesgħa li tagħmel l-Awtorita fuq l-applikanti. Breakdown of Suspended licences Suspended 2015 (23 in total) 3 issued in 2006 2 issued in 2010 1 issued in 2011 3 issued in 2012 6 issued in 2013 8 issued in 2014 Suspended 2016 (2 in total) 2 issued in 2012 Suspended (1st half 2017) (4 in total) 1 issued in 2011 1 issued in 2012 2 issued in 2015 Breakdown of Cancelled Licences Cancelled in 2015 (13 in total) 2 issued in 2010 5 issued in 2011 4 issued in 2012 2 issued in 2013 Cancelled in 2016 (21 in total) 2 issued in 2010 5 issued in 2012 3 issued in 2013 9 issued in 2014 1 issued in 2015 1 issued in 2016 Cancelled (1st half of 2017) (1 in total) 1 issued in 2011
Leg 13 PQ #4268 Sitting 84 2018-02-20 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Malta Gaming Authority – spettur imkeċċi

Question

Ġie rraportat f’gazzetta ewlenija li Spettur tal-Malta Gaming Authority ġie mkeċċi fis-sena 2015 għax irrapporta skorrettezzi. Jista’ l-Ministru jgħarrafna dwar il-każ? X’inhi r-raġuni li qed tinżammlu t-talba tiegħu li jingħata l-protezzjoni ta’ whistleblower?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat mill-Awtorità dwar il-Logħob ta’ Malta li: - Il-persuna li għalih jirreferi dan l-artiklu ma kienx jokkupa r-rwol ta’ Spettur iżda kien IT Administrator . - Dan il-ħaddiem fl-ebda mument ma tkeċċa minħabba li rraporta skorrettezzi. Dan il-ħaddiem tkeċċa wara li ġew eżawriti l-proċessi dixxiplinarji fil-konfront tiegħu wara numru sostanzjali ta’ rapporti ta’ inkompetenza u insubordinazzjoni min-naħa tal-istess ħaddiem – kien hemm istanzi ta’ abbuż ta’ sick leave u ksur ta’ kunfidenzjalità fost affarijiet oħrajn. - L-iskorrettezzi allegati fl-artiklu ġew investigati mill-Awditur Intern Indipendenti tal-Awtorità fl-2014 meta ġew rapportati, u rriżulta li dawn l-allegazzjonijiet ma kinux fondati. - Kien biss aktar minn sentejn wara li tkeċċa li l-impjegat talab il-protezzjoni ta’ whistleblower . Peress li diġà kien hemm proċeduri pendent quddiem il-Qorti dwar dan il-każ, hija l-Qorti li trid tikkonferma jew le l-istatus ta’ whistleblower u mhux l-Awtorità.
Leg 13 PQ #4269 Sitting 84 2018-02-20 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gaming – riskju fuq is-sistema finanzjarja ta’ Malta

Question

Hu fatt li l-aċċess għall-gaming iżid ir-riskju fuq is-sistema finanzjarja ta’ pajjiżna. Ġie rrapportat li nhar il-5 ta’ Frar saret konsultazzjoni bejn l-Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob (MGA) u l-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) fuq l-implimentazzjoni tal-4 AMLD fuq is-settur tal-gaming. Id-Direttiva daħlet fis-seħħ f’Ġunju tal-2017. Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex, meta nagħrfu bl-increased risk li dan is-settur iġib, Malta ma rsistitx biex tkun minn tal-ewwel biex timplimenta dawn il-miżuri li huma neċessarji? Jista’ jgħid x’inhu r-risk assessment ta’ dan is-settur fuq is-sistema li l-konsultazzjoni tal-5 ta’ Frar u dak ta’ qabilha tirreferi għalih? Jista’ jgħid x’kienu l-konklużjonijiet? Jista’ jippubblika r-rapport?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-4th AMLD hija l-ewwel direttiva fuq il-ħasil ta’ flus li tinkludi tahtha operaturi ta’ remote gaming. Kien għalhekk li fil-bidu ta’ Lulju 2017, l-FIAU U l-MGA ppublikaw dokument ta’ konsultazzjoni pubblika dwar l-applikazzjoni tal-obbligazzjonijiet il-ġodda fis-settur tar-remote gaming. Id-dokument ippublikat fi Frar 2018 huwa dokument rivedut wara li ż-żewġ awtoritajiet studjaw ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika, kif ukoll is-suġġerimenti li rċevew mill-industrija. Għandu jiġi ċċarrat li dawn il-miżuri jservu bħala linji gwida, u wara li l-liġijiet li implimentaw l-4th AMLD diġà daħlu fis-seħħ.

POYC invoicing

Question

Il-Pharmacy Of Your Choice (POYC) invoicing qatt ma ġie aġġornat biex ikun EU GDP compliant għax id-data tal-iskadenza tal-mediċini mhux imniżżla. Nifhem li din il-proċedura mhijiex obbligatorja. Imma jekk il-POYC invoicing jimxi mal-linja gwida tal-EU GDP, l-iskadenza tal-mediċina b’xejn ma tagħlaqx fl-ispiżerji meta din qed tingħata b’expiry date li hi qrib ferm l-iskadenza. Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-prassi ta’ din il-best practice kif stipulata mill-EU GBD tiġi segwita?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm pjanijiet li l-prassi tal-best practice msemmija minnu kif stipulata mill-EU GDP tiġi segwita.
Leg 13 PQ #4271 Sitting 84 2018-02-20 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

Basktijiet tal-plastik – eco contribution

Question

Nirreferi għall-basktijiet tal-plastik b’mod partikolari dawk li jingħataw max-xirja. Dawn għandhom eco contribution għax jagħmlu ħsara lill-ambjent. Jirriżulta li min dak in-nhar ‘l hawn, ix-xirja qed titqiegħed f’boroż kbar ta’ lewn ċelesti jew abjad, imma għalkemm huma kontenituri tal-plastik mhumiex basket għax m’għandhomx widnejn. Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dan il-kontenitur tal-plastik jaqa’ wkoll taħt l-eco tax?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Bħalma l-Onor. Interpellant jaf, il-kwistjoni li qed jirreferi għaliha kienet twieldet minnufih mal-introduzzjoni tal-istess eko-kontribuzzjoni fl-2009. Il-Gvern attwali konxju mis-sitwazzjoni u qed jimmoniterja u jfittex ghal soluzzjoni fl-interess tal-ambjent, imma wkoll fl-interess tad-dixxiplina fiskali.

Adopt-A-Pet Allowances – adozzjoni minn Santwarji tal-Annimali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Adopt-A-Pet Allowance ta' €150 li tingħata lil kull min jadotta kelb jew qattus minn santwarju tal-annimali skont kif tħabbret fil-manifest elettorali, bdietx taħdem? Jekk iva, kemm-il allowance ingħatat s’issa? Jekk le, meta hemm pjan li tibda tingħata din l-allowance?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Adopt-A-Pet Allowance ta' €150 li tingħata lil kull min jadotta kelb jew qattus minn santwarju tal-annimali skont kif tħabbret fil-manifest elettorali, għada ma bdietx tingħata. Din l-allowance ħa tibda tingħata hekk kif tiġi stabilita s-sistema u jiġu allokati l-fondi neċċessarji.