Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex –Pulizija każijiet ta’ bejgħ ta’ alkoħol lill-persuni taħt l-età

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet f'Għawdex fejn il-Pulizija ħadet passi għaliex inbiegħ jew ingħata alkoħol lill-persuni taħt l-età, mill-1 ta' Jannar 2015 sal-lum, sena, b'sena,?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li mis-sena 2015 sal-lum, ma kien hemm ebda każ fejn il-Pulizija f'Għawdex ħadet passi għaliex inbiegħ jew ingħata alkoħol lill-persuni taħt l-età.

Kunsilli Lokali – ittra mibgħuta mingħand Green MT

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jafx li numru ta' Kunsilli Lokali rċevew ittra mingħand Green MT fejn infurmathom li mhux ser ikomplu jiġbru l-iskart riċiklabbli wara l-aħħar ta' Frar 2018 u dan għax l-iskema trid tiġbor 5000 tunnellata ta' skart riċiklabbli inqas minn snin oħra? Jista' jgħid x'ser jagħmlu dawn il-Kunsilli Lokali li rċevew din l-ittra ta' terminazzjoni bikrija ta' kuntratt bl-iskart riċiklabbli tal-lokalità tagħhom? Il-Ministeru ħa passi fuq dan u jekk ħa, x'kienu dawn il-passi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li seba' Kunsilli Lokali minn Għawdex infurmaw lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali b’kopja ta’ ittra li rċevew dwar it-terminazzjoni tas-servizz. Il-Ministeru permezz tas-Segretarjat Parlamentari qed jaħdem mall-Ministeru responsabbli, dak tal-Ambjent, fejn qed tkun analizzata s-sitwazzjoni. Dan billi l-iskema biex jinġabar l-iskart riċiklat jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità dwar l-Ambjent u r-Riżorsi (l-ERA) li qegħdha wkoll tanalizza l-pożizzjoni skont it-termini tal-Liġi billi jiġi assigurat li s-servizz ma jieqafx.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – Direct orders bejn l-2008 u l-2013

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders mogħtija mid-dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż fejn japplika dawk li jaqgħu taħt is-Segretarji Parlamentari fid-dekasteru tiegħu) sena b’sena, bejn Marzu 2008 u Marzu 2013? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, l-ispiża ta’ kull direct order u lil min ingħatat kull direct order?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġett Kapitali – Direct orders bejn l-2008 u l-2013

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders mogħtija mid-dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż fejn japplika dawk li jaqgħu taħt is-Segretarji Parlamentari fid-dekasteru tiegħu) sena b’sena, bejn Marzu 2008 u Marzu 2013? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, l-ispiża ta’ kull direct order u lil min ingħatat kull direct order?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #4059 Sitting 84 2018-02-20 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Direct orders bejn l-2008 u l-2013

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tad-direct orders mogħtija mid-dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha (inkluż fejn japplika dawk li jaqgħu taħt is-Segretarji Parlamentari fid-dekasteru tagħha) sena b’sena, bejn Marzu 2008 u Marzu 2013? Tista’ tagħti d-data meta ngħatat kull direct order, l-ispiża ta’ kull direct order u lil min ingħatat kull direct order?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – Direct orders bejn l-2008 u l-2013

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders mogħtija mid-dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż fejn japplika dawk li jaqgħu taħt is-Segretarji Parlamentari fid-dekasteru tiegħu) sena b’sena, bejn Marzu 2008 u Marzu 2013? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, l-ispiża ta’ kull direct order u lil min ingħatat kull direct order?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Bord tan-National Commission for the Promotion of Equality (NCPE) — membri

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-membri tal-Bord tan-National Commission for the Promotion of Equality (NCPE)?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-membri tal-Bord tan-National Commission for the Promotion of Equality (NCPE) huma: Kummissarju: Is-Sa Renee Laiviera Membri: Is-Sa Claudine Borg Is-Sa Lorraine Spiteri Is-Sa Mary Galea Debono Is-Sur Mario Mallia Il-Prof Mark Anthony Falzon Dr Vanni Xuereb Is-Sur Oliver Scicluna

Nisa li jaħdmu fiċ-ċivil li huma f’Decision Making Position

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa l-persentaġġ ta’ nisa li jaħdmu maċ-Ċivil u li huma f’decision-making position jiġifieri minn Kap ta’ Dipartiment ‘il fuq?

Response (DALLI, HELENA)

Preżentament hemm 264 rġiel u nisa li qegħdin f’decision-making postions. Minn dawn 30.3% huma nisa filwaqt li 69.7% huma rġiel.

Ħaddiema maċ-ċivil li jibbenefikaw minn Work-Life Balance

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu maċ-Ċivil li qed jibbenefikaw minn dawn il-miżuri ta’ Work-Life Balance: (i) Maternity Leave u (ii) Paternity Leave?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Ħaddiema maċ-ċivil li jibbenefikaw minn Work-Life Balance

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu maċ-Ċivil li qed jibbenefikaw minn dawn il-miżuri ta’ Work-Life Balance: (i) Work on Reduced Hours (ii) Teleworking (iii) Flexi Time? Tista’ tgħid ukoll, għal kull kategorija, kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Shelters għan-nisa vittmi tal-vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm shelters għan-nisa li huma vittmi tal-vjolenza domestika f’pajjiżna? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm nisa u tfal li fil-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija qed jgħixu f’shelter? Kemm minnhom huma ta’ nazzjonalità Maltija u kemm huma ta’ nazzjonalità barranija?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, f’Malta hawn b’kollox ħames shelters għan-nisa li jisfaw vittmi ta’ vjolenza domestika. Ta’ min jirrimarka li tlieta minn dawn ix-shelters huma First Stage Shelters, li joffru kenn residenzjali lin-nisa u t-tfal tagħhom u li jkollhom bżonn għajnuna b’mod urġenti, f’sitwazzjonijiet fejn ikun hemm riskji għoljin ta’ sigurtà. In-numru ta’ nisa u tfal illi qed jgħixu f’dawn ix- shelters , jammonta għal sitta u għoxrin mara u tlieta u tletin tifel u tifla. Mis-sitta u għoxrin mara, tmintax huma Maltin filwaqt illi tmienja huma ta’ nazzjonalità barranija. Mit-tlieta u tletin tifel u tifla, tnejn u għoxrin huma Maltin filwaqt illi ħdax huma ta’ nazzjonalità barranija.

Skema ‘Support to Voluntary Organisations’

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ liema għaqdiet ibbenefikaw minn fondi taħt l-iskema ‘Support to Voluntary Organisations’ għas-snin 2016 u 2017? Jista’ f’kull każ jagħti l-isem tal-għaqda, l-ammont li ħadet kull għaqda u l-lokalità li minnha tiġi kull għaqda?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. (Korrezzjoni: Ara dokument PL 1470 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 100, nhar it-Tnejn 16 ta' April 2018)

Spiżerija tal-Għażla Tiegħek – każ ta’ individwu

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkomunika mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, minħabba diffikultà li għaddha minnha fl-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek dwar għoti ta' pilloli li jenħtieġ b'urġenza, imma mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek qalulu li għad m'għandhomx il-go ahead li dawn jingħataw?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-mediċina msemmija separatament minnu ma tinsabx fuq il-formolarju tal-Gvern, din tinxtara speċifikament għall-pazjent. Il-proċedura titlob li jkun hemm permess speċjali li joħroġ mid-Dipartiment għall-Affarijiet Farmaċewtiċi. F’dan il-każ dan id-dipartiment irċieva ordni fil-5 ta’ Frar tal-2018, mill-ispiżerija kkonċernata għal żieda fl-intitolament. Dakinhar stess il-POYC talab lid-DPA biex dan il-permess jinħareġ urġenti. L-istess permess ġie approvat u maħruġ fis-7 ta’ Frar 2018 u immedjatament fl-istess ġurnata l-mediċina ntbagħtet fl-ispiżerija kkonċernata. Il-mediċina ġiet dispensata fit-8 ta’ Frar 2018.

Raħal Ġdid – ilmenti minn residenti

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi segwit ilment minn residenti ta' Triq it-Tramuntana f’Raħal Ġdid fejn qed jilmentaw li ma kenux infurmati mill-Awtorità tal-Ippjanar dwar gate, peress li n-notifika twaħħlet fin-naħa l-oħra tal-Pjazza Agatha Barbara u saru jafu biha b'kumbinazzjoni u minħabba Summary Procedure, allura ż-żmien biex wieħed jinduna kien qasir? Jista' jara jekk huwx possibli li jiġi rrevokat il-permess u ssir konsultazzjoni mir-residenti sabiex wieħed jistabilixxi l-impatti li qed jiġu mponuti fuq din it-triq 'dead end'?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4096, l-Awtorità tal-Ippjanar ma tistax tirrispondi din il-mistoqsija mingħajr ma jkollha referenza ċara għal liema applikazzjoni qed jirreferi għalija l-Onor. Interpellant. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant ipoġġi quddiem il-Kamra n-numru tal-applikazzjoni sabiex l-istess Awtorità tkun f’pożizzjoni li tirrispondi d-domanda mressqa.

Avukat Ġenerali – ordni ta’ sekwestru skont l-Artikolu 4 tal-Att kontra Money Laundering

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ordni ta' sekwestru talab li jinħareġ l-Avukat Ġenerali skont l-Artikolu 4 tal-Att kontra Money Laundering (Kap. 373 tal-Liġijiet ta' Malta) mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid fir-rigward ta' min intalbu li jinħarġu dawn l-ordnijiet ta' sekwestru u liema ġew milqugħa mill-Qorti Kriminali?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Membru għar-risposta mogħtija f'mistoqsija parlamentari 4102 u għad-dokument hemm anness.
Leg 13 PQ #4104 Sitting 84 2018-02-20 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema – konsultazzjoni fuq upgrading taż-żona tax-Chalet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'konsultazzjoni għamel mal-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema dwar il-proposta tal-Gvern li jsir upgrading taż-żona tax-Chalet, f’Tas-Sliema mill-10 ta' Lulju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li se jsiru laqgħat u konsultazzjoni mal-kunsill qabel ma jittieħdu deċiżjonijiet.
Leg 13 PQ #4105 Sitting 84 2018-02-20 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – laqgħa ma’ persuna

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 2767, jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament talbitx appuntament biex tiltaqa' miegħu? Jekk iva, jista' jagħti d-data ta' meta saret din it-talba kif ukoll ir-raġuni għal din it-talba?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament qatt ma talbet appuntament biex tiltaqa’ miegħi.

Rapport ta’ serq minn knejjes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ serq minn knejjes matul is-sena 2017? Jista’ jgħid f’liema lokalitajiet kienu dawn il-knejjes u x’kienu l-oġġetti li ġew misruqa, il-valur tal-istess oġġetti u l-valur tal-flus li ġew misruqa? Jista’ jgħid jekk kienx hemm persuni li tressqu l-Qorti b'rabta ma' dawn il-każijiet u jekk iva kemm kien in-numru ta’ persuni li tressqu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi matul is- sena 2017, il-pulizija irreġistrat tnax (12)-il każ ta’ serq minn knejjes jew kappelli. Il-lista t'hawn taħt tinkludi nformazzjoni dwar il-lokalita’ fejn sar ir-reat, deskrizzjoni tal-oġġetti misruqa, il-valur skont u meta kien provdut, kif ukoll referenza għat żewġ każi li ġew solvuti u każ ieħor fejn l-oġġetti misruqa ġew ritornati taħt is-sigriet tal-qrar: LOKALITÀ OĠĠETTI MISRUQA U L- VALUR VALLETTA MADWAR 100 EWRO MINN KAXXA TAD- DONAZZJONIJIET VALLETTA MADWAR 20 EWRO MINN KAXXA TAD- DONAZZJONIJIET BIRKIRKARA MADWAR 400 EWRO MIS- SAGRISTIJA GHAJNSIELEM - GHAWDEX OĠĠETTI RELIĠJUŻI - KALĊI B' VALUR TA' 1,500 EWRO U U OSTENSORJU TAR-RELIKWA 50 EWRO Ir-refurtiva giet ritornata lura taht is-sigriet tal-qrar . HAMRUN STANDS TAL- ĦADID GĦALL- ARRANĠAMENTI TAL- FJURI B' VALUR MHUX INDIKAT. BORMLA ĠOJJELLI U OĠĠETTI RELIĠJUŻI BĦAL PISSIDI, ĊIBORJU & KALĊIJIET B' VALUR TA' MADWAR 15,000EWRO Il-kaz kien solvut u fis-7 ta' Settembru, 2017, tressqu zewg persuni l-Qorti. Il-kaz ghadu sub judice ŻEJTUN 13,976 EWRO F' ĠOJJELLI Il-kaz kien solvut u fit-18 ta' Jannar 2018 , tressqet persuna l-Qorti. Il-kaz ghadu sub judice SIGGIEWI MEJDA TAL PLASTIK U TVALJA TAL- BIZZILLA B' VALUR MHUX INDIKAT PAOLA MADWAR 500 EWRO MINN KAXXI TAD- DONAZZJONIJIET HAMRUN 2 FLOODLIGHTS B' VALUR TA' 180 EWRO U KAXXA TAD- DONAZZJONIJIET LI TISWA 150 EWRO B' MADWAR 20 EWRO FI FLUS ĠO FIHA ZEJTUN ĠOJJELLI B' VALUR TA' 500 EWRO U AMMONT TA' FLUS MHUX MAGHRUF MINN KAXXI TA' DONAZZLONIJIET PIETA' 200 EWRO MIL-KAXXA TAD-DONAZZJONI

Kummissjoni għar-Riforma Ħolistika fil-Qasam tal-Ġustizzja – miżura numru 148

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi implimentata l-miżura numru 148 kif imniżżla fir-rapport finali tal-Kummissjoni għar-Riforma Ħolistika fil-Qasam tal-Ġustizzja tat-30 ta' Novembru 2013 u ċjoè sabiex issir is-separazzjoni tal-funzjonijiet tal-Avukat Ġenerali?

Response (BONNICI, OWEN)

L-Onorevoli Membru huwa informat illi r-rakkomandazzjoni msemmija fl-interpellanza trid tiġi kunsidrata fil-kuntest ta’ riforma kostituzzjonali aktar wiesgħa u ta’ evalwazzjoni tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi konkreti ta’ kull miżura.

Imħallfin, Maġistrati u Ġudikaturi — ħatriet

Question

Jista’ l-Ministru jindika d-dati tal-ħatra tal-persuni li fil-preżent iservu bħala Imħallfin, Maġistrati u Ġudikaturi li jippresjedu t-Tribunal għal Talbiet Żgħar u l-ismijiet rispettivi tagħhom? Jista' jindika d-dati ta' meta dawn l-istess persuni ġew elevati għal Imħallef jew Maġistrat skont il-każ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li d-data tal-ħatra tal-Imħallfin, Maġistrati u Ġudikaturi sedenti fil-qrati u tribunali hija kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Qed jiġi indikat ukoll id-data ta’ meta maġistrat ġie elevat għal imħallef fejn dan kien il-każ.