Jista’ l-Ministru jgħid x’nefqa kellha l-kumpanija tat-trasport pubbliku fi fuel is-sena l-oħra (2017)?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tikkonċerna direttament lill-Malta Public Transport Services Ltd li hija kumpanija privata. Għaldaqstant din l-informazzjoni mhux disponibbli li tingħata.
Kumpanija tat-Trasport Pubbliku – dħul minn bejgħ ta’ biljetti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi dħul kellha l-kumpanija tat-trasport pubbliku mill-bejgħ tal-biljetti s-sena l-oħra (2017)?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tikkonċerna direttament lill-Malta Public Transport Services Ltd li hija kumpanija privata. Għaldaqstant din l-informazzjoni mhux disponibbli li tingħata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom card tal-karozza tal-linja u li użawha għallinqas darba matul is-sena l-oħra (2017)?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa l-aħħar ta’ Diċembru tas-sena l-oħra, kien hemm 284,883 persuni li kellhom card tal-karozza tal-linja (it-tallinja card). Minn dawn kien hemm 201,597 persuni li għamlu użu minn din il-card għallinqas darba matul l-2017.
Persuni li għandhom card tal-karozza tal-linja – ċittadinanza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm, mill-persuni li għandhom card tal-karozza tal-linja u li użawha għallinqas darba s-sena l-oħra (2017), mhumiex ċittadini Maltin?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa l-aħħar ta’ Dicembru tas-sena l-oħra, meta persuna japplika għall-card tal-karozza tal-linja (tallijna card) dan ma kienx qed jintalab jistipula huwiex cittadin Malti jew le.
Għaldaqstant, l-informazzjoni mitluba mhijiex disponibbli.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 37 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 38 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u Suq tal-Proprjetà - ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 39 u ċjoè: Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u Suq tal-Proprjetà jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Tista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 40 u ċjoè: Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha hija responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 41 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta' impjegati, sija full-time u sija part-time mal-entitajiet illi jaqgħu taħt il-Minsteru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta` Soċjali, huwa kif ġej;
Fl-1 ta’ Diċembru 2016 kien hemm l-ammont ta’ 1,127 ħaddiem, fl-1 ta’ Mejju 2017 kien hemm l-ammont ta’ 1,210 ħaddiem u fit-3 ta’ Ġunju 2017 kien hemm 1,228 ħaddiem.
Direttur Maltin li jgħixu barra– Thematic Meeting on Diaspora Engagement Strategies f’Bamako, il-Mali
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2947, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li sar mid-Direttur Maltin li Jgħixu Barra għal-laqgħa li attenda Thematic Meeting on Diaspora Engagement Strategies li saret bejn l-4 u s-7 ta’ Ottubru 2016, f’Bamako, il-Mali?
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ – kontribuzzjoni lil Diplo Foundation
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-kontribuzzjoni (finanzjarja jew f’kull forma oħra ta’ għajnuna) tal-Ministeru tiegħu lid-Diplo Foundation minn Jannar 2014 sal-lum?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill 2014 sal-lum tħallsu wieħed u erbgħin elf, tlett mija u ħames ewro u tnejn u sebgħin ċenteżmu (€41,305.72) f'kera tal-uffiċini tad-Diplo Foundation u mitejn u tmenin elf ewro (€280,000) f'kontribuzzjonijiet oħra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ – kontribuzzjoni lil Small States of Excellence
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-kontribuzzjoni (finanzjarja jew f’kull forma oħra ta’ għajnuna) tal-Ministeru tiegħu lis-Small States of Excellence? Fejn hu l-uffiċċju tagħhom fil-premises tal-Ministeru u xi staff ipprovdilhom?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-ftehim li l-Gvern Malti għamel mal-Commonwealth, Malta qiegħda tikkontribwixxi €100,000 liċ-Ċentru fuq bażi annwali. Barra minnhekk, il-Gvern ingaġġa s-servizzi ta’ uffiċjal għoli f’livell ta’ Deputat Direttur (ekwivalenti għall-grad ta’ Assistent Direttur fis-servizz publiku) li l-paga tiegħu hija addizjonali għal dan l-ammont. Il-Gvern qed ukoll jipprovdi uffiċċju fil-binja numru 172, ġo Triq Melita, fil-Belt Valletta li jifforma parti mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, minn fejn qed jopera bħalissa kif ukoll tagħmir elettroniku għaż-żewġ impjegati ta’ dan iċ-Ċentru, jiġifieri d-Deputat Direttur kif ukoll it-Technial Advisor imħallas mill-ComSec.
Jista’ l-Ministru jgħid liema ambaxxati/kummissjonijiet għolja/rappreżentanti permanenti u konsli ġenerali jagħmlu użu minn xi kont tal-facebook/twitter jew xi forma ta’ media soċjali ieħor b’mod uffiċjali?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-lum m'hemm l-ebda account ta' media soċjali uffiċjali imma l-Ministeru qed jipprepara policy biex fil-ġejjieni qrib ikun hemm kontijiet uffiċjali.
Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda – kandidatura ta’ Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel il-Ministeru fir-rigward tal-kandidatura ta’ Malta għal siġġu fuq il-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda fl-2022?
Response (ABELA, CARMELO)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru, flimkien mal-Missjoni Permanenti ta’ Malta għan-Nazzjonijiet Magħquda, qed jagħmel evalwazzjoni dettaljata ta’ diversi aspetti relatati mal-kandidatura ta’ Malta. Fost oħrajn, qed tiġi mfassla n-narrattiva tal-kandidatura li telenka l-pożizzjoni ta’ Malta fuq diversi temi u r-rwol u l-inizzjattivi li pajjiżna addotta fid-diversi Organizzazzjoniet Internazzjonali li Malta hija membru tagħhom mill-Indipendenza ‘l hawn.
Enemalta – ħaddiema li ġew trasferiti f’dipartimenti jew entitajiet tal-Gvern
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-ħaddiema tal-Enemalta jew xi sussidjarja tagħha li ġew trasferiti f'dipartimenti jew entitajiet oħra tal-Gvern? Jista’ jgħid kull wieħed minn dawn xi grad kellu mal-Enemalta u x’tip ta’ xogħol kien jagħmel mal-Enemalta u issa xi grad għandu mal-Gvern jew entità fejn intbagħat u x’tip ta’ xogħol qed jagħmel mal-Gvern jew mal-entità li qed magħha? Kemm minn dawn il-ħaddiema li kienu mal-Enemalta u issa marru ma’ dipartimenti jew entitajiet tal-Gvern huma persuni residenti f'Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-Għawdxin li kienu jaħdmu l-Enemalta, issa qed jaħdmu Għawdex u xi grad kellhom mal-Enemalta u issa xi grad għandhom fid-Dipartiment jew entità li qed jaħdmu magħha f'Għawdex illum?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid preżentement min huma l-membri tal-eżekuttiv tal-Gozo Youth Council, liema kunsill kien twaqqaf fil-Leġiżlatura l-oħra taħt l-awspiċi tal-Ministru ta' qabel? Tista' tgħid min innomina lill-membri preżenti?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba li rriżultaw xi rregolaritajiet, bħalissa għaddej eżerċizzju mill-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Organizzazzjonijiet Volontarji biex tinstab soluzzjoni.
Ministeru għal Għawdex –Senior Management — allowances
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2729, tista' l-Ministru tgħid:
a. kemm uffiċjali mis-
senior management
tal-Ministeru għal Għawdex inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha ngħataw
allowances
matul din is-sena (2017) kemm dawk statutorji kif ukoll dawk li mhumiex?
b. il-grad ta’ kull uffiċjal kif ukoll it-tip ta’ allowance li rċieva?
c. min ta l-approvazzjoni għal għoti ta’ tali allowance?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2787, tista' l-Ministru tgħid:
a. mil-liema lokalitajiet f'Għawdex kienu dawn il-persuni li ġew ingaġġati u f'kull każ kemm kien ilhom jirreġistraw mal-ETC jew JobsPlus għax-xogħol;
b. f'kull ingaġġ li sar meta nħarġu l-calls, fejn ġew ippubblikati l-calls, kemm damu miftuħa u x'tip ta' kwalifiċi u esperjenza ried ikollhom? Kemm applikaw u kemm intgħażlu għal kull sejħa;
c. każ b'każ ta' dawk li ġew ingaġġati x'tip ta' xogħol qed jagħmlu llum u jekk intbagħtux jagħmlu xi korsijiet u jekk iva x'korsijiet kienu;
d. kemm minn dawk ingaġġati f'dan il-perjodu diġà ngħataw promozzjoni; u
e. hemm il-ħsieb li jiġu ngaġġati iżjed labourers matul is-sena 2018?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.