Estensjoni taż-żona industrijali ta’ Bulebel – żona alternattiva
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma qed issir, u jekk ma bdietx, jista’ l-Ministru jibda din il-ħidma biex jara kif tista’ tinstab żona alternattiva li fiha ma jkunx hemm raba’ fejn jittieħed għal estensjoni ta’ żona industrijali ta’ Bulebel limiti taż-Żejtun?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed isir analiżi sabiex jiġi stabilit liema partijiet jistaw possibilment jiġu żviluppati f’din iż-żona fl-aħjar interess kemm tal-lokalita’ kif ukoll tal-industrija. Nirreferi ukoll lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba għal-mistoqsija parlamentari 4322.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – ħlasijiet lill-persuna u/jew il-kumpanija
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista tal-ħlasijiet li saru lill-persuna u/jew il-kumpanija, li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet, kumpaniji u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu mill-2013 sakemm tiġi biex titwieġeb din il-mistoqsija? Jista’ jgħid jekk dawn ingħatawx b’directorder jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti? Jista’ jaqsam il-ħlasijiet sena b’sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt nfurmat li ma sar l-ebda ħlas mid-dekasteru tiegħi lill-persuna u /jew il- kumpanija, li d-dettalji dwarhom ngħataw separatament .
Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa – ħlasijiet lill-persuna u/jew il-kumpanija
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti lista tal-ħlasijiet li saru lill-persuna u/jew il-kumpanija, li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet, kumpaniji u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu mill-2013 sakemm tiġi biex titwieġeb din il-mistoqsija? Jista’ jgħid jekk dawn ingħatawx b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti? Jista’ jaqsam il-ħlasijiet sena b’sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma sar l-ebda ħlas lill-persuna u/jew il-kumpanija msemmija minnu separatament, mill-Ministeru għas-Saħħa u/jew mid-dipartimenti u l-entitajiet fi ħdanu.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – ħlasijiet lill-persuna u/jew il-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-ħlasijiet li saru lill-persuna u/jew il-kumpanija, li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet, kumpaniji u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu mill-2013 sakemm tiġi biex titwieġeb din il-mistoqsija? Jista’ jgħid jekk dawn ingħatawx b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti? Jista’ jaqsam il-ħlasijiet sena b’sena?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – ħlasijiet lill-persuna u/jew il-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-ħlasijiet li saru lill-persuna u/jew il-kumpanija, li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet, kumpaniji u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu mill-2013 sakemm tiġi biex titwieġeb din il-mistoqsija? Jista’ jgħid jekk dawn ingħatawx b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti? Jista’ jaqsam il-ħlasijiet sena b’sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li mid-Direttorat Strateġija u Sapport kif ukoll mill-entitajiet kollha fi ħdan il-Ministeru tiegħi, ħlief għal entità waħda li dwarha qed tingħata informazzjoni fil-paragrafu li jmiss, ma sarux ħlasijiet lill-persuna u/jew kumpanija li d-dettalji dwarhom ingħataw separatament.
L-unika entità fi ħdan il-MEDE li għamlet ħlasijiet lill-persuna u/jew kumpanija msemmija mill-Onor. interpellant kienet il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb kif ġej:
2016: Riklam għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb - direct order bi spiża ta' €885
2017: Riklam fuq facebook dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb - direct order bi spiża ta' €1,475
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġjar tal-Ilma – ħlasijiet lill-persuna u/jew il-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-ħlasijiet li saru lill-persuna u/jew il-kumpanija, li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet, kumpaniji u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu mill-2013 sakemm tiġi biex titwieġeb din il-mistoqsija? Jista’ jgħid jekk dawn ingħatawx b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti? Jista’ jaqsam il-ħlasijiet sena b’sena?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uniku xogħol li ngħata lill-kumpanija li d-dettalji dwara qed jingħataw separatament kien mill-Aġenzija għal Enerġija u l-Ilma u kien għall-valur ta’ €1,209.50 (VAT eskluża). Dan ix-xogħol ingħata b’direct order nhar il-Ħamis 4 ta’ Jannar 2018 u kien jirrigwardja avviż dwar reklutaġġ.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza – ħlasijiet lill-persuna u/jew il-kumpanija
Question
Tista’ l-Ministru tagħti lista tal-ħlasijiet li saru lill-persuna u/jew il-kumpanija, li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tagħha jew dipartimenti, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet, kumpaniji u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħha mill-2013 sakemm tiġi biex titwieġeb din il-mistoqsija? Tista’ tgħid jekk dawn ingħatawx b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti? Tista’ taqsam il-ħlasijiet sena b’sena?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li n-nefqa lill-kumpanija kkonċernata matul il-perjodu msemmi kienet ta’ €2,924.04. Din in-nefqa kienet relatata mar-reklamar tal-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3957, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ħallsu b’kollox, il-Vitals Global Healthcare (VGH) lill-Gvern minn kemm ilhom joperaw f’Malta sad-data ta’ din il-mistoqsija (u għalxiex sar dan il-ħlas b’mod itemised) u mhux sempliċement konferma li dawn ħallsu l-ammont dovut lill-Gvern kif stipulat?
Hospital Concession Agreement mal-Vitals Global Healthcare
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3926, li kienet dwar servizzi li għalihom il-Gvern ħallas €50 miljun lill-Vitals Global Healthcare (VGH) u li fit-tweġiba għaliha ġejt mitlub biex nirreferi għall-mistoqsija parlamentari 3310, u peress li fit-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari m’hemmx indikati dawn is-servizzi, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'kienu dawn is-servizzi li għalihom ħallas il-Gvern Malti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont imsemmi minnu kien ħlas fiss dovut lill-imsemmija kumpanija, skont it-termini maqbula fil-kuntratt iffirmat bejn il-Gvern u l-VGH.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 4023, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra u/jew dokument li biha l-Gvern awtorizza l-bejgħ ta’ Vitals Global Healthcare (VGH) lill-kumpanija privata Amerikana, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dokument huwa ta’ natura kummerċjali. Kif tiga ġie spjegat il-Gvern ta l-kunsens tiegħu.
Jista’ l-Ministru jinvestiga rapporti li x-xarabank fuq ir-rotta 120 qed tgħaddi mil-lokalità tal-Fgura mimlija, bil-konsegwenza li r-residenti tal-Fgura mhux qed igawdu minn dan is-servizz, jew xi drabi anke din ir-rotta ma sseħħx?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-jiem li ġejjin Transport Malta ser tkun qed twettaq spezzjonijiet minn diversi bus stopsmill-Fgura. Dan sabiex tinvestiga l-andament ta’ din ir-rotta f’dak li jirrigwardja jekk passiġġieri humiex ikunu jistgħu jagħmlu użu minn din ir-rotta peress li din tkun mimlija.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4300 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’inhi l-politika tal-Gvern fuq cryptocurrencies? Jista’ jgħid jekk hemmx kumpaniji barranin jew lokali li diġà huma jaħdmu minn Malta, f’dan il-qasam?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-politika tal-Gvern hija fuq it-teknolojiga Distributed Ledger.
Fuq dan il-ħsieb il-Gvern ippublika dokument għal-konsultazzjoni li qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dan id-dokument jinsab ukoll online fuq http://opm.gov.mt/en/Documents/FSDEI%20-%20DLT%20Regulation%20Document.pdf
Ilum dan il-qasam mhux regolat u għaldaqstant klassifikazzjoni statistika ta’ dawn il-kumpaniji ma tistax tinġabar.
Jista' l-Prim Ministru ġentilment iwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4031 u jgħid kemm kienu l-uffiċjali pubbliċi li għaddew mill-eżami għall-post ta’ Officer-in-charge Minor Staff, li s-sejħa għalih ħarġet fis-27 ta’ Settembru 2016 u r-riżultat ġie ppubblikat fit-18 ta' Novembru 2016? Jista’ jgħid:
a) kemm minn dawk li għaddew ġew appuntati f'dan il-grad;
b) jekk fis-Servizz Pubbliku hemmx postijiet vakanti f'dan il-grad u jekk fl-affermattiv meta hu maħsub li se jingħataw dawn l-
appointments
lil dawk il-persuni li għaddew u għadhom ma ġewx appuntati;
c) id-data sa meta hu validu dan ir-riżultat?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat illi ghall-post ta’ Officer-in-charge Minor Staff għaddew 15-il kandidat u ġew appuntati l-ewwel 11 skont l-ordni tal-mertu u l-vakanzi prezentament.
Trasferiment ta’ proprjetà immobbli f’Għawdex – atti pubbliċi
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3925, indirizzata lill-Ministru għall-Finanzi, fejn fit-tweġiba għaliha ġejt mitlub biex nirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat, liema mistoqsija kienet issegwi mistoqsijiet parlamentari oħra fejn ġiet mitluba l-istess informazzjon u ċjoè:
(a) mistoqsija parlamentari 3631 li kienet indirizzata lill-Prim Ministru u li fit-tweġiba għaliha ġejt infurmat li mill-bidu nett tal-eżistenza tar-Reġistru Pubblika, fl-1859, qatt ma kienet tinżamm l-informazzjoni mitluba;
(b) mistoqsija parlamentari 22599 tal-Legistaltura XII li kienet indirizzata lill-Ministru għall-Finanzi u li fit-tweġiba għaliha fil-fatt kienet ingħatat l-informazzjoni mitluba, u
(c) mistoqsija parlamentari 3775 li kienet indirizzataq lill-Prim Minsitru fejn fit-tweġiba għaliha ġejt mitlub biex nirreferi l-mistoqsija dwar informazzjoni b'rabta ma’ atti pubblici dwar trasferiment ta' proprjetà immobbli f'Għawdex lill-Ministru għall-Finanzi, jista' għaldaqstant il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3925 u jgħid kemm saru atti pubbliċi dwar trasferiment ta’ proprjetà immobbli f’Għawdex fis-snin 2016 u 2017 (separatament)?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ atti pubbliċi dwar trasferiment ta’ proprjetà immobbli f’Għawdex fis-snin 2016 u 2017 kien kif ġej:
2017
1,986
2016
1,963
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara li jsir kuntatt mal-anzjan lid-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament dwar trattament li għandu jsir bil-loppju, liema trattament li għandu jistenna għalih seba’ xhur, u l-anzjan jinsab b'uġigħ insapportabbli?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ qed ikun segwit.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara kif l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw seperatament u li jinsab rikoverat fl-isptar b'marda terminali, apparti li t-tobba stess iċċertifikaw li l-mard jinsab fi stadju avvanzat ġie rilaxxat u mibgħut id-dar? Jista’ jara l-każ, u jara li dan l-individwu jsib post f'home adattata fejn ikun jista’ jiġi assistit f'każ ta' emerġenza; f'każ li ma jistax jokkupa aktar sodda fl-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ qed jiġi segwit.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ġiet maqtugħa mill-benefiċċji soċjali minħabba li biegħet ir-residenza tagħha u bl-istess flus xtrat dar oħra?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, huwa normali li d-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali iwaqqaf il-benefiċċji meta jkun hemm tranżazzjonijiet ta’ flus. It-talba għal benefiċċju ġiet mistħarrġa mill-ġdid wara li l-benefiċjarja pprovdiet l-irċevuti, iżda ġiet mitluba tipprovdi iktar dokumenti u tikkjarifika xi mistoqsijiet illi d-dipartiment kellu fuq l-każ tagħha. Bħalissa d-Dipartiment qiegħed jara l-każ mill-ġdid, wara li s-Sinjura bgħatet aktar dokumenti kif mitlub.
Malta Airport Gate 1 – pjanijiet ta’ xogħlijiet infrastrutturali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk iż-żona ta' parkeġġ magħrufa bħala Malta Airport Gate 1 taqax taħt ir-responsabiltà tiegħu? Jekk iva, hemm pjanijiet ta' xogħlijiet infrastrutturali f'din iż-żona?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma li-Onor. Interpellant li l-Malta International Airport plc bħala l-konċessjonarju responsabbli qiegħed jippjana li jestendi l-faċilitajiet tal-Cargo u tal-parkeġġ li diġà hemm.
In-naħa ta’ Apron 1 se tiġi affetwata b’mod minimu f’dawn ix-xogħlijiet