Għalliema fl-iskejjel statali –festi pubbliċi li jiġu fil-weekend
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-għalliema fl-iskejjel statali ġewx innotifikati meta ser tingħata l-ġurnata leave ta’ dawk il-festi pubbliċi li jaqgħu fil-weekend, hekk kif anke kien ġie miftiehem fil-ftehim settorjali?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-għalliema kollha ġew informati permezz ta’ ċirkolari li l-ġurnata leave bħala kumpens ser tingħata l-Ħamis 5 ta’ April 2018.
Malta Airport Gate 1 – pjanijiet ta’ xogħlijiet infrastrutturali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk iż-żona ta' parkeġġ magħrufa bħala Malta Airport Gate 1 taqax taħt ir-responsabiltà tiegħu? Jekk iva, hemm pjanijiet ta' xogħlijiet infrastrutturali f'din iż-żona?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru kkonċernat.
Wied il-Għajn – persuni li jirċievu s-servizz ta’ psychiatric outpatients
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni minn Wied il-Għajn li qed jirċievu s-servizz bħala psychiatric outpatients u kemm minnhom għandhom care plan?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta` persuni minn Wied il-Għajn li qed jirċievu s-servizz bħala Psychiatric Outpatients huwa 111. Dawn il-persuni kollha jkollhom careplan skont l-esiġenzi tagħhom.
Qasam tas-saħħa mentali – nefqa fuq servizzi fil-komunità u servizzi residenzjali
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm intefqu flus fuq servizzi fil-komunità u fuq servizzi residenzjali fil-qasam tas-saħħa mentali fis-sena 2015, 2016 u 2017?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-nefqa totali għal servizzi fil-komunita’ li tinkludi ukoll servizzi residenzjali fil-komunita’ fil-qasam tas-saħħa mentali, fl-2015 kienet €7,198,265.00 filwaqt li fl-2016 kienet €7,755,133.00. L-informazzjoni għas-sena 2017 għadha qed tinġabar.
Nfakkar lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2012 in-nefqa għal-istess servizzi kienet €6,088,953.00. Dan juri żieda ta’ €1,666,180 f’investment għall-kura ta’ persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li jgħixu fil-komunità mill-Gvern preżenti.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu l-profili li qed isiru mill-impjegati taċ-Ċentri Leap? Kemm minn dawn il-familji li sarilhom il-profil, għandhom xi persuna b’diżabilità u f’liema lokalitajiet joqogħdu dawn il-persuni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, mill-profiling ta’ persuni b’diżabilita` li sar mis-social mentors tal-proġett LEAP, fi ħdan l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, (FSWS), inġabret informazjoni dettaljata dwar 687 persuna b’diżabilita`.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bil-lokalitajiet li joqogħdu dawn il-persuni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsultazzjoni sħiħa u serja saret mar-residenti ta' Wied il-Għajn f'din il-leġiżlatura u fuq xiex kienu l-konsultazzjonijiet li saru u meta saru?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li matul il-perjodu msemmi sar eżerċizzju ta’ konsultazzjoni pubblika dwar is-sit fejn kien hemm il-lukanda Jerma, fil-laqgħa annwali tal-lokalità li saret fid-19 ta’ Jannar 2018. Għal din il-laqgħa kien hemm attendenza numeruża fid-dawl anke li għaliha l-Kunsill stieden lill-iżviluppaturi tal-art sabiex jispjegaw il-proġett propost min-naħa tagħhom.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 4026, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istess individwu huwiex involut fl-assesjar tal-istudenti, kemm jekk assessjar b'mod orali u kemm jekk hux bil-kitba?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-individwu kkonċernat mhuwiex involut fl-assessjar tal-istudenti.
Skola Primarja ta’ San Ġorġ – xogħol ta’ tisbiħ u mmodernizzar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jsir xogħol ta’ tisbiħ u mmodernizzar fl-Iskola Primarja ta’ San Ġorġ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada dwar proġett ta' tisbiħ u mmodernizzar f'din l-iskola.
Skola Primarja ta’ San Ġorg – lift għal persuni b’diżabilità f’siġġu tar-roti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġi nstallat lift fl-Iskola Primarja ta’ San Ġorġ hekk kif attwalment hemm persuna b’diżabilità f’siġġu tar-roti u hemm nuqqas qawwi ta’ aċċessibilità?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada (FTS) se tkun qiegħda tinstalla platform lift fuq barra tal-iskola. Bħalissa l-FTS qiegħda tistenna l-permessi meħtieġa mill-Awtorità tal-Ippjanar.
Negozju tal-business management – involviment ta’ Chief of Staff
Question
Jista’ l-Prim Ministru jispeċifika x’inhu l-involviment, kemm dirett kif ukoll indirett, taċ-Chief of Staff tiegħu fin-negozju tal-business management?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba hija disponibbli pubblikament.
Trasferiment mill-Isptar Mater Dei għall-Isptar Karen Grech – każ ta’ persuna
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħmel kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li waqt li kienet qed tiġi trasferita mill-Isptar Mater Dei għall-Isptar Karen Grech għar-riabilitazzjoni, għal xi raġuni mhux determinata, waqt it-tali trasferiment intilfulha affarijiet personali kif ukoll hearing aids, liema hearing aids jammontaw għal aktar minn €1,000? Jista’ jinvestiga wkoll dan il-każ u jara x’jista’ jsir?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ qed jiġi segwit.
Fond għall-kunsilli lokali biex jappellaw jew jikkontestaw minn deċiżjonijiet mal-ippjanar
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk jeżistix fond għall-kunsilli lokali biex dawn ikunu megħjuna jappellaw u\jew jikkontestaw minn deċiżjonijiet marbuta mal-ippjanar?
Response (BONNICI, OWEN)
Stante li kull Kunsill Lokali ghandu l-possibbilta' li jingaggja professjonisti tal-ghazla tieghu li jithallsu fl-ahhar mill-ahhar minn fondi pubblici, nitlob lill-Onor Interpellant jaghti iktar informazzjoni dwar id-domanda tieghu.
Fond għall-kunsilli lokali biex jappellaw jew jikkontestaw minn deċiżjonijiet mal-ippjanar
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk jeżistix fond għall-kunsilli lokali biex dawn ikunu megħjuna jappellaw u\jew jikkontestaw minn deċiżonijiet marbuta mal-ippjanar?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru responsabbli mill-Kunsilli Lokali.
Birgu – Triq Sally Port u il-maħżen tar-regatta tal-klabb tal-Birgu — xogħlijiet
Question
Billi skont rapport tal-periti tal-Gvern, Triq Sally Port il-Birgu, tinsab fi stat perikoluż ħafna għax ittieklet bil-baħar, jista' l-Ministru jgħid meta jistgħu jibdew ix-xogħlijiet fuq din it-triq? Billi marbut mal-proġett tal-istess triq hemm ukoll, il-proġett tal-maħżen tar-Regatta tal-Klabb tal-Birgu, jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar meta jista' jinbeda x-xogħol relatat?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, il-pjanti tat-triq li Transport Malta qed tippjana li tiftaħ u li se tkun qed tgħaddi minn Ħ’Attard u tibqa’ sejra għal taħt ir-Rabat? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti li juru fejn qed taħseb Transport Malta li tagħmel dan ix-xogħol f’toroq u li se tkun qed tieħu raba’ maħdum? Jista’ jgħid, Transport Malta kemm-il metru kwadru ta’ raba’ se tkun qed tieħu biex jintuża għal xogħlijiet ta’ toroq li l-istess Transport Malta diġà għandha applikazzjonijiet mill-Awtorità tal-Ippjanar għal permessi meħtieġa?