Aġenzija Identità Malta – direttivi tas-Segretarju Permanenti Ewlieni
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'direttivi ħareġ is-Segretarju Permanenti Ewlieni lill-Aġenzija Identità Malta mis-sena 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari skont dak li jipprovdi l-artikolu 38 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (Kap. 497 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn id-direttivi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nfurmat li ma’ kien hemm ebda direttiva speċifikament lill-Agenzija Identitá Malta.
Aġenzija Identità Malta – linji gwida mis-Segretarju Permanenti Ewlieni
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'linji gwida ħareġ is-Segretarju Permanenti Ewlieni lill-Aġenzija Identità Malta mis-sena 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari skont dak li jipprovdi l-artikolu 38 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (Kap. 497 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il-linji gwida?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nfurmat li ma kien hemm ebda linja gwida speċifikament lill-Agenzija Identitá Malta.
Każijiet fejn persuni ġew imħarrka talli pejpju f’postijiet fejn huwa pprojbit
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ persuni li ġew imħarrka talli pejpu f'postijiet pubbliċi fejn it-tipjip huwa pprojbit matul is-sena 2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2017 kien hemm elfejn, mitejn u ħamsa u erbgħin (2,245) każ ta’ persuni li ġew imħarrka mill-Pulizija talli pejpu f'postijiet pubbliċi fejn it-tipjip huwa pprojbit.
Birkirkara, Iklin, Ħal Lija u Ħal Balzan – rapporti ta’ każijiet ta’ serq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati każi ta’ serq ġewwa Birkirkara, Iklin, Ħal Lija u Ħal Balzan fix-xahar ta’ Jannar 2018?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li matul ix-xahar ta' Jannar 2018, l-ammont ta' serq li ġie rrapurtat ġewwa Birkirkara, l-Iklin, Ħal Lija u Ħal Balzan kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:
Ħal Balzan
Birkirkara
L-Iklin
Ħal Lija
3
24
5
xejn
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm żwiemel fis-sezzjoni tal-Kavallerija bħalissa u l-età ta’ kull wieħed minn dawn iż-żwiemel?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fil-preżent fis-Sezzjoni tal-Kavallerija tal-Pulizija bħalissa hemm tlettax (13)-il żiemel. L-età tagħhom hija kif jidher hawn taħt:
3 – 20 sena
4 – 19-il sena
4 – 16-il sena
1 – 14-il sena
1 – 13-il sena
Iż-Żurrieq: Vjal ix-Xarolla u Ħal Safi: Triq il-Kuċċard — xogħlijiet
Question
Peress li l-Ministru fir-risposti tiegħu għall-mistoqsijiet parlamentari 2851 u 3012 qal li x-xogħol fuq Vjal ix-Xarolla ż-Żurrieq u Triq il-Kuċċard Ħal Safi nbeda fil-11 t' April 2017, jista’ l-Ministru jgħid jekk stqarrija maħruġa minn Malta Transport, hekk kif ġiet irrapportata fil-media tal-Partit Laburista, ix-xogħol kien beda kważi seba xhur qabel u ċjoè fit-30 ta' Settembru 2016 hijiex minnha jew le?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — direct orders
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 535, jista’ l-Ministru jgħid min kienu dawk l-individwi/kumpaniji li ħadu kull waħda mid-direct orders hekk kif imniżżla fil-lista sottomessa mar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 535? Minn min saret it-talba għal kull waħda minn dawn id-direct orders? Min approva kull waħda minn dawn id-direct orders?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat minn kwalsiasi entità li taqa' taħtu, inkluż id-data u l-valur, mill-1 ta' April 2013 sal-31 ta' Novembru 2016? Min kienu dawk l-individwi/kumpaniji li ħadu kull waħda minn dawn id-direct orders? Minn min saret it-talba għal kull waħda minn dawn id-direct orders? Min approva kull waħda minn dawn id-direct orders?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li kull meta xufier tat-trasport pubbliku ma jkunx disponibbli biex jagħmel il-vjaġġ, minflok ma jintbagħat xufier ieħor, dak il-vjaġġ partikolari ma jsirx, b'detriment għal min juża’ t-trasport pubbliku?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tikkonċerna direttament lill-Malta Public Transport Services Ltd li hija kumpanija privata. Għaldaqstant din l-informazzjoni mhux disponibbli li tingħata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il karozza 'chauffeur driven' ġew irreġistrati, xahar b'xahar, mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titniżżel hawn taħt:
2013
2014
2015
2016
2017
2018
Jan
4
7
7
10
7
31
Feb
4
8
8
8
9
Mar
6
10
5
6
18
Apr
4
7
8
10
15
May
7
4
13
13
26
Jun
10
10
11
8
35
Jul
7
10
12
18
24
Aug
3
3
14
14
34
Sept
7
4
6
11
11
Oct
6
9
18
7
46
Nov
6
5
12
14
24
Dec
9
17
7
8
26
Total
73
94
121
127
275
31
Triq li mix-Xemxija sat-telgħa ta’ Selmun – xogħol
Question
Peress li t-triq prinċipali li tagħti mix-Xemxija sat-telgħa ta’ Selmun (inkluż il-pont tal-Mistra) kompliet tiddeterjora, jista’ l-Ministru jawtorizza biex b’mod immedjat jinbeda x-xogħol tat-tiswijiet/bini mill-ġdid ta’ din it-triq li l-istat diżastruż li tinsab fiha qed jikkawża inkonvenjent kbir mhux biss lir-residenti li joqogħdu fiż-żona, iżda wkoll lill-eluf ta’ sewwieqa li jgħaddu minn din it-triq kuljum?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li se jsiru interventi biex jitneħħew perikli fi triq imsemmija u d-direttorat tat-toroq qed jaħdem fuq pjanti biex din it triq tinbena mill-ġdid. Bħal issa għaddejjin b’taħdidiet ħalli naraw kif ser naħdmu mingħajr ma jintmissu s-siġar li hemm f’din it-triq.
Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar – toroq li ser ikunu qed isiru mill-ġdid
Question
Jista’ l-Ministru jindika liema huma t-toroq li ser ikunu qed isiru mill-ġdid fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar matul is-snin 2018 u l-2019?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed tagħmel spezzjonijiet regolari f’toroq arterjali u distributorji u fil-ġimghat li ġejjin se jkunu qed isiru aktar interventi skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern fir-rigward ta’ tisbiħ tul il-promenade tal-Għadira fil-Mellieħa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed tagħmel spezzjonijiet regolari f’toroq arterjali u distributorji u fil-ġimghat li ġejjin se jkunu qed isiru aktar interventi skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kriterji li ntużaw fl-iskema pożittiva “Tħaddir fil-Komunitajiet” u li tagħha tħabbru r-riżultati fl-aħħar jiem?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kriterji li jintużaw għal din l-iskema huma il-“Guidelines on Trees, Shrubs and Plants for Planting and Landscaping in the Maltese Islands” ippublikati mill-MEPA fl-2002 li jagħtu tagħrif dwar is-siġar, arbuxelli u ħxejjex li huma awtorizzati u addattati għat-taħwil fiż-żoni urbani ta’ Malta. Minn dawn il-pjanti mbagħad jintgħażlu dawk li huma aktar addattati għal ambjent partikolari tal-post fejn ser jitħawlu sabiex inkunu ċerti li dawn jikbru b’saħħithom. Din is-sena ser jitħawlu diversi speċi ta’ siġar u arbuxelli bħal siġar ta’ Guda, deru, arbutus, rihan, ġenista, gummar, siġar tal-virgi u ħafna oħrajn.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-fondi li ntefqu mill-Gvern fuq l-inizjattiva EDEN sena b’sena fis-snin bejn l-2014 u l-2017?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-snin imsemmija l-Gvern nefaq €32,273.02 (tnejn u tletin elf, mitejn, tlieta u sebgħin Ewro, u żewġ ċenteżmi) fuq l-inizjattiva EDEN.
Mellieħa u San Pawl il-Baħar – Ministeru għat-Turiżmu — proġetti mwettqa u nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-proġetti mwettqa u x’kienet in-nefqa tal-Ministeru tat-Turiżmu (li tinkludi wkoll l-Awtorita tat-Turiżmu ta’ Malta (MTA)) fil-lokalitajiet tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar (Buġibba u Qawra nklużi) fis-snin bejn l-2013 u l-2017 (sena b’sena)?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu wetqet bosta proġetti u xogħlijiet fiż-żona tat-Tramuntana ta’ Malta, partikolarment fil-lokalitajiet tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar.
2013
Żvilupp fil-ponta tal-Qawra
2014
Tisbiħ u manutenzjoni fuq il-promenade tax-Xemxija
2015
Xogħol ta’ restawr fuq it-Torri Wignacourt u WWII Beachpost
Assistenza finanzjarja lil Din l-Art Ħelwa għar-restawr tal-istatwa ta’ San Pawl fuq il-ġżejjer
Uffiċju għall-Informazzjoni għat-Turisti ġewwa Buġibba
Żdied ammont sostanzjali ta’ ramel li ġie mpurtat mill-Ġordan
Ftuħ ta’ latrina pubblika ġdida bil-faċilitajiet kollha għall-għaddasa fiż-żona taċ-Ċirkewwa
Xogħol ta’ tisbieħ u manutenzjoni fuq il-promenade kollu ta’ Buġibba u l-Qawra
Xogħol ta’ tisbieħ u manutenzjoni fil-pjazza ta’ Buġibba
Xogħol ta’ tisbieħ u manutenzjoni fiż-żona biswit it-Torri ta’ Wignacourt
Manutenzjoni fuq il-pjattaforma tal-konkrit fil-ponta tal-Qawra
Xogħol ta’ road marking u tabelli ġodda fiż-żona tal-Bajja ta’ Buġibba
Manutenzjoni fuq il-bankijiet tal-Bajja tal-Għadira
Manutenzjoni fuq id-dawl tal-Bajja ta’ Buġibba
2016
Installazzjoni ta’ festun kompletament ġdid tul il-promenade ta’ San Pawl il-Baħar
Installazzjoni ta’ festun ġdid tul il-promenade kollu tal-Għadira
Xogħol ta’ manutenzjoni fi Triq il-Pijunieri (bi sħab mad-Dip. tax-Xogħlijiet)
Installati numru ta’ bins ġodda fil-Bajjiet tal-Għadira, Golden Sands u Għajn Tuffieħa
Xogħol ta’ tisbiħ u titjib fiż-żona tal-Qawra Point
Inbnew u ġew irranġati bankini u rampi fil-Bajja tal-Għadira
Walkways ġodda fil-Bajja tal-Għadira
Numru ta’ siġġijiet bir-roti ġodda fil-Bajja tal-Għadira u Golden Sands għall-użu minn persuni bi bżonnijiet speċjali
Żewġ hoist chairs sabiex persuni bi bżonnijiet speċjali jkunu jistgħu jinżlu mill-art għall-baħar b’dan il-makkinarju
Manutenzjoni u bdil fuq l-arbli li jeħel magħhom il-festun fil-Bajja tal-Għadira
Manutenzjoi u tiswija fuq il-picnic tables fil-Bajja tal-Għadira
Railings ġodda fuq il-promenade tal-Bajja tal-Għadira
Manutenzjoni u tisbiħ fil-latrini tal-Bajja tal-Għadira u Golden Bay
Numru ta’ bankijiet ġodda tul il-promenade ta’ San Pawl u Buġibba
Road marking u tabelli ġodda li jindikaw diversi parking bays li jistgħu jagħmlu użu minnhom persuni bil-blue badge
Xogħol ta’ road marking u tabelli ġodda fil-Ponta tal-Qawra
Tranġar tal-clinic eżistenti li jużaw il-life guards matul ix-xhur tas-sajf
Tneħħija ta’ ammont sostanzjali ta’ ħadid perikoluż minn qiegħ il-baħar fil-Ponta tal-Qawra
Xogħol fuq railings u arbli dekorattivi fil-promenade tal-Qawra
Introduzzjoni ta’ servizz ta’
free Wi-fi
fil-Bajjiet ta’ Golden Bay u Qawra Point
Bdil tat-tabelli kollha tat-traffiku tul il-promenade ta’ ħdejn it-Torri ta’ Wignacourt
Servizz t’ambulanza għal żmien il-Milied fiż-żona ta’ Buġibba
Panella solari fil-Bajja tal-Qawra biex tipprovdi elettriku fil-
lifeguard tower
2017
Toroq ta’ madwar il-Kosta ta’ Buġibba u l-Qawra (proġett sar minn TM b’fondi mill-MOT mill-fondi tal-Eko-Kontribuzzjoni)
Proġett ta’ tisbiħ u titjib fiż-żona għall-għaddasa fiż-żona taċ-Ċirkewwa
Xogħol ta’ tisbiħ u manutenzjoni fil-promenade kollu tal-Għadira
Manutenzjoni estensiva fuq numru ta’ winċijiet tal-opri tal-baħar fil-lokalita’ ta’ San Pawl il-Baħar
Xogħol fuq ir-railings tal-promenade ta’ ħdejn it-Torri ta’ Wignacourt
Xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-bankijiet kollha fil-Pjazza ta’ Buġibba
Manutenzjoni u tisbiħ tal-latrini fil-viċinanzi tal-Bajja tal-Qawra
Xogħol ta’ manutenzjoni fi Triq il-Pijunieri (bi sħab mad-Dip tax-Xogħlijiet)
Numru ta’ CCTV cameras fil-Bajjiet ta’ Buġibba Perched Beach, Golden Bay u l-Għadira
Manutenzjoni fuq il-pjattaforma tal-konkrit fil-Bajjar tal-Armier
Tabelli ġodda u road markings fil-Mellieħa u San Pawl il-Baħar
Arbli ġodda fil-Bajja tal-Għadira (bi sħab mad-Dip tax-Xogħlijiet)
Walkways ġodda tal-injam u oħrajn ta’ materjal sintetiku bil-bajjiet tal-Armier, Little Armier, Golden Bay, Għadira u Ġnejna
Installazzjoni ta’ bollards ġodda fl-Għadira
Finanzjament ta’ parti mill-proġett li sar mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa fi Triq San Pubbliju
Xogħol ta’ tisbiħ fiż-żona tat-Tunnara fil-Bajja tal-Għadira (bi sħab mad-Dip tax-Xogħlijiet)
Skedat numru ta’ ħasil tal-promenade fl-akwata tat-Torri ta’ Wignacourt
Xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-bankijiet tul il-promenade tax-Xemxija
Xogħol ta’ żebgħa fuq it-traffic lights, traffic barriers eċċ tul il-promenade tal-Għadira u Ċirkewwa
Armar mill-ġdid tal-festuni tal-Bajja tal-Għadira u tul il-kosta ta’ San Pawl il-Baħar
Għajnuna lill-Kunsilli Lokali ta’ San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa biex jintrama dawl dekorattiv fiż-żmien il-Milied
Servizz t’ambulanza għal żmien il-Milied fiż-żona ta’ Buġibba
L-Ammont totali ta’ dan l-invesitment jammonta għall-€12,196,900.