Jista’ l-Ministru jserraħ ras ir-residenti tan-Naxxar li ġaladarba jibda jitħaddem il-kunċett tal-pulizija fil-komunità (Community Policing) fin-Naxxar, l-għassa tal-istess lokalità ser tinżamm miftuħa u tibqa tiffunzjona kif dejjem kienet sa issa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi fil-kaz tan Naxxar ġaladarba jibda jitħaddem il-kunċett tal-pulizija fil-komunità (Community Policing), l-għassa f’din il-lokalità ser tibqa miftuħa u tiffunzjona skond kif meħtieġ.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22483 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22367, jista’ l-Ministru jindika jekk sarux spezzjonijiet mill-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali f’dawn id-Djar Residenzjali:
a. Residenza San Ġużepp; u
b. St. Thomas Community Living?
X’rakkomandazzjonijiet saru f’kull waħda minn dawn id-Djar u meta saru dawn l-ispezzjonijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali matul dawn l-aħħar sentejn għamlet 28-il spezzjoni f'Residenza San Guzepp u 21-il spezzjoni f' St Thomas Community Living. Nuqqasijiet primarjament kienu rigward kura ta' kwalità u dwar l-immaniġġjar tas-servizzi.
Trasport Pubbliku – rotta mill-Baħrija għall-Belt Valletta
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hemmx ħsieb li jkun hemm rotta tat-trasport pubbliku mill-Baħrija għall-Belt Valletta biex jinqata’ l-inkonvenjent li r-residenti jridu kull darba jieqfu r-Rabat jew is-Siġġiewi biex jaslu l-Belt Valletta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment għal aktar kunsiderazzjoni.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min kien l-artist li għamel l-official portrait ta’ Joseph Muscat li sar għall-Cabinet Room u kemm tħallas?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif diġà hu magħruf pubblikament, il-pittura msemmija tal-Eks Prim Ministru Joseph Muscat hi xogħol l-artist Patrick Dalli u ngħatat b’donazzjoni lill-Istat biex tkun parti mill-kollezzjoni nazzjonali.
Ministeru għal Għawdex — ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ uffiċċju jew sular tal-quad towers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu laħaqx innegozja jew qed jinnegozja xi ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-quad towers?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm u ma hemm l-ebda negozzjat għaddej għal kiri jew xiri ta’ xi ufiċċju jew sular tal-quad towers minn dan il-Ministeru u anqas mill-entitajiet li jaqew taħt l-istess Ministeru.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ uffiċċju jew sular tal-quad towers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu laħaqx innegozja jew qed jinnegozja xi ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-quad towers?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ma ntlaħaq l-ebda ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-quad towers.
Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ uffiċċju jew sular tal-quad towers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu laħaqx innegozja jew qed jinnegozja xi ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-quad towers?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Ministeru tiegħi u d-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-Ministeru ma tawx jew innegozjaw xi ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-quad towers.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ uffiċċju jew sular tal-quad towers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu laħaqx innegozja jew qed jinnegozja xi ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-quad towers?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma għamlu jew qed jagħmlu l-ebda negozjati għall-kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-binja msemmija.
Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva — ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ uffiċċju jew sular tal-quad towers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu laħaqx innegozja jew qed jinnegozja xi ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-quad towers?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu la qatt innegozjaw u lanqas qed jinnegozjaw xi ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-Quad Towers.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ uffiċċju jew sular tal-quad towers
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu laħaqx innegozja jew qed jinnegozja xi ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-quad towers?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kemm il-Ministeru għas-Saħħa kif ukoll d-dipartimenti u l-entitajijet li jagħmlu parti mid-dekasteru tiegħu ma għamlu l-ebda negozju u lanqas ma qed jinnegozjaw dwar kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-quad towers.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il:
a)
investigation order
taħt l-art.4 tal-Att kontra Money Laundering, Kap.373 tal-Liġijiet ta’ Malta, ġew maħruġa mill-Qorti Kriminali mill-2017 sal-lum, sena b’sena;
b) attachment order taħt l-art.4 tal-Att kontra Money Laundering, Kap.373 tal-Liġijiet ta’ Malta ġew maħruġa mill-Qorti Kriminali mill-2017 sal-lum, sena b’sena;
c) monitoring order taħt l-art.4B tal-Att kontra Money Laundering, Kap.373 tal-Liġijiet ta’ Malta ġew maħruġa mill-Qorti Kriminali mill-2017 sal-lum, sena b’sena;
d) freezing order taħt l-art.10 tal-Att kontra Money Laundering, Kap.373 tal-Liġijiet ta’ Malta ġew maħruġa mill-Qorti Kriminali mill-2017 sal-lum, sena b’sena?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor Interpelalnt li l-esponenti jirrileva illi r-reġistratur għandu biss aċċess għar-reġistru fejn jigu reġistrati dawn l-atti fejn pero’ m’huwiex specifikat in-natura ta’ dawn ir-rikorsi u għaldaqstant jista’ jingħata biss ammont globali kif ġej:
2017
2018
2019
2020
2021
4
32
37
39
18
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Safar fuq xogħol tal-Gvern
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid
a. liema kienu s-safar fuq xogħol tal-Gvern li huwa kellu fl-2021 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza;
b. liema kienu mħallsa minn fondi tal-Unjoni Ewropea u liema kienu minn fondi nazzjonali;
c. min kellu fid-delegazzjoni tiegħu;
d. x’kienet l-ispiża totali ta’ kull safra msemmija?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub għall-perjodu bejn Jannar u Settembru 2021.
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — Safar fuq xogħol tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid
a. liema kienu s-safar fuq xogħol tal-Gvern li huwa kellu fl-2021 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza;
b. liema kienu mħallsa minn fondi tal-Unjoni Ewropea u liema kienu minn fondi nazzjonali;
c. min kellu fid-delegazzjoni tiegħu;
d. x’kienet l-ispiża totali ta’ kull safra msemmija?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm safra wahda fuq xoghol tal Gvern waqt 2021 li kienet f’Dubai, Il-Ministru gie kkumpanjiat min rappreżentant tal-Awtorità Maltija għall-Inovazzjioni Diġitali. L-ispiża totali kienet ta’ €2,950 u tħallset minn fondi nazzjonali.
Ministeru għall-Edukazzjoni — Safar fuq xogħol tal-Gvern
Question
Tista’ l-Ministru tgħid
a. liema kienu s-safar fuq xogħol tal-Gvern li huwa kellu fl-2021 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza;
b. liema kienu mħallsa minn fondi tal-Unjoni Ewropea u liema kienu minn fondi nazzjonali;
c. min kellu fid-delegazzjoni tagħha;
d. x’kienet l-ispiża totali ta’ kull safra msemmija?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li din is-sena sal-lum ma kellix safar fuq xogħol tal-Gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid min hu l-Perit u l-Inġinier (isem u kunjom) inkarigati mill-Ministeru fuq il-proġett ta' rikostruzzjoni ta' Triq Mġarr fin-Nadur?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ir-Rabat Għawdex – Triq San Ġużepp Labre – barriers u tape tal-pulizija mas-siġar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għala fix-xhur li għaddew kien hemm il-barriers tal-pulizija u għad hemm it-tape tal-pulizija mdawwar mas-siġar f' parti mill-parking biswit Triq San Ġużepp Labre fir-Rabat Għawdex?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi fil-post indikat mill-Onorevoli Interpellant, il-Pulizija għamlet barriers u Police tape temporanjament, għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika minħabba struttura perikoluża.
Infurmat ukoll li d-dipartment konċernat mit-tiswijiet ta’ din l-istruttura qed jieħu ħsieb li din tissewwa mill-aktar fis possibbli.
Ministeru għal Għawdex – persuni impjegati ma’ kuntratturi privati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17156 u 21028 u jgħid kemm kien hemm persuni impjegati ma' kuntratturi privati u li kienu qed jagħmlu xogħol ta' Security Guards għall-Ministeru għal Għawdex jew entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jagħti l-postijiet ġewwa Għawdex fejn kien qed jingħata dan is-servizz u f'kull post kemm kien hemm Security Guards u l-ħinijiet li kienu qed jagħtu dan is-servizz sena b'sena mis-sena 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża fuq dan is-servizz, jekk ingħatawx permezz ta' Tender jew Direct Order kif ukoll l-isem tal-kumpaniji li taw dan is-servizz sena b' sena mis-sena 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 21439 kollha kemm hi u tgħid kemm kien hemm persuni li applikaw biex jagħmlu l-eżami bil-computer (general ability test) għall-aħħar sejħa ta' Assistant Clerks, Clerks, Executive Officers, Assistant Principals u Principals mas-Servizz Pubbliku? Tista’ tgħid minn kull sejħa kemm għaddew minn dan l-eżami tal-computer? Kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma Għawdxin?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li fil-każ tas-sejħiet maħruġa f’April 2021, in-numru ta’ applikazzjonijiet u kemm għaddew għal kull sejħa huma kif miġjub hawn taħt:
Assistenti Skrivani: applikaw 331 li minnhom għaddew 134 (101 minn Malta, 33 minn Għawdex)
Uffiċjali Eżekuttivi: applikaw 486 li minnhom għaddew 288 (193 minn Malta, 95 minn Għawdex)
Assistenti Prinċipali: applikaw 330 li minnhom għaddew 173 (110 minn Malta, 63 minn Għawdex)
Prinċipali: applikaw 658 li minnhom għaddew 304 (223 minn Malta, 81 minn Għawdex)
Kunsill Lokali Ta’ Sannat – Triq Sannat — xogħlijiet
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21723, jista’ l-Ministru jgħid x'fadal isir mill-Kunsill Lokali Ta’ Sannat biex Triq Sannat, it-triq prinċipali li twassal għar-raħal Ta’ Sannat, issir fiha zebra crossing kif ukoll is-sinjal tan-nofs tat-triq biż-żebgħa li jifred karreġġjata minn oħra Jista’ l-Ministru jgħid fil-konkret (xahar u sena) meta ser isiru?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.