Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament ġie ttrattat b’mod privileġġjat minn ħaddiema oħrajn meta f’Novembru 2016 huwa kien ingħata l-awtorità li jissospendi lilu nnifsu mix-xogħol filwaqt li kompla jirċievi s-salarju sħiħ tiegħu mingħand il-Gvern, biex b’hekk baqa’ jirċievi paga sħiħa daqslikieku għadu jaħdem meta fil-fatt kien sospiż mix-xogħol?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nirreferi lill-Onor. interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1889 u Informazzjoni Addizzjonali mogħtija lill-Kamra fid-19 ta’ Ottubru u fit-30 ta’ Ottubru 2017 rispettivament.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ingħata trattament differenti minn ħaddiema oħra akkużati b’reati kriminali ħafna inqas serji, li ġew sospiżi mix-xogħol mill-ewwel filwaqt li matul il-perjodu ta’ sospensjoni tagħhom ma rċevewx proporzjon ta’ salarju ogħla min-nofs il-paga u f'ċerti każi anke kienu arrestati taħt kustodja preventiva għal perjodu ta' żmien?
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li isimha qed jingħata separatament fl-1 ta’ Ġunju 2013 ġiet maħtura f'pożizzjoni ta' fiduċja fi rwol ta’ Kap Eżekuttiv fir-Residenza għall-Anzjani San Vinċenz de Paule, fejn din kienet ingħatat l-approvazzjoni biex tkompli tagħmel xogħol privat ta’ tabib u tmexxi l-klinika privata tagħha f'San Pawl il-Baħar u dan bi ksur ta’ dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Etika li hemm fl-Ewwel Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, peress li din ir-Residenza sservi kemm bħala nursing home, kif ukoll bħala sptar, u għalhekk ix-xogħol privat ta' natura medika wassal biex joħloq kunflitt ta’ interess li jikkonfliġġi mal-eżerċizzju tad-dmirijiet uffiċjali tagħha bħala Kap Eżekuttiv tar-residenza in kwestjoni? Jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jieħu biex dan il-kunflitt u dan il-ksur tal-Kodiċi ta’ Etika jitwaqqaf?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet illi diġa kien hemm matul il-leġiżlatura preċedenti. Dawn it-tweġibiet ingħataw għall-mistoqsijiet parlamentari, 17325, 17326, 17327, 17518, 17519, u 19312.
Sovrintendenza u l-Ħarsien tal-Patrimonju Malti – riżorsi umani
Question
B’referenza għas-Sovrintendenza u l-Ħarsien tal-Patrimonju Malti, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu r-riżors uman (HR) tagħha u l-gradi li jokkupaw preżentament? Kemm żdied l-HR tagħha mis-sena 2014 għas-sena 2015 u kemm kien il-budget tagħha? Kemm żdied l-HR tagħha mis-sena 2015 għas-sena 2016 u kemm kien il-budget tagħha? Kemm żdied l-HR tagħha mis-sena 2016 għas-sena 2017 u kemm kien il-budget tagħha? Kemm hu l-budget tagħha għas-sena 2018?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab annessa ma’ din ir-risposta. Inzid nghid li fil-jiem li gejjin se jkun hemm zidiet ta' persuni fi grad ta' Executive.
GradeNo of Employees
Superintendent1
Officer in Scale 41
Manager1
Officer in Scale 71
Senior Executive1
Executive9 (One Executive is currently on loan to MGOZ)
Senior Principal1
Principal1
No of Employees / Budget –
20142015201620172018
HRBudgetHRBudgetHRBudgetHRBudgetHRBudget
11€350,00011€350,00014€470,00017€500,00016€600,000
FIAU – rapporti lill-Pulizija ta’ money laundering
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3565 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u li issa ġiet referuta lilu u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2735, jista’ l-Ministru jgħid kemm huma dawk ir-rapporti tal-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) li ġew mgħoddija lill-pulizija, ġew fil-fatt investigati mill-pulizija u kemm minn dawk investigati ġew konklużi u mressqa l-Qorti għas-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u 2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-snin kif mitluba fil-mistoqsija, il-Pulizija rċeviet diversi rapporti mill-FIAU, relatati mal-ammont ta' każi ta' ħasil ta' flus, kif indikati fit-tabella t'hawn taħt. Infurmat illi jkun hemm drabi fejn fuq l-istess każ l-FIAU jibagħtu aktar minn rapport wieħed u għalhekk it-tabella turi l-każi mibgħuta għal investigazzjoni u mhux l-ammont ta' rapporti. Jista jaghti l-kaz li n-numru ta’ rapporti li jigu sottomessi lil-pulizija mill-FIAU ivarja mal-ammont kif indikat mill-FIAU, u dan minħabba metodi differenti kif tinżamm u tinġabar l–istatistika mill-FIAU u mill-Pulizija. Barra l-ammont ta' każi mibgħuta għall-investigazzjoni, it-tabella turi kemm minn dawn għadhom qed jiġu investigati, dawk fejn l-investigazzjonijiet ġew konklużi u ma kienx hemm lok fejn jittieħdu passi fil-qorti u dawk fejn l-investigazzjonijiet ġew konklużi u kien hemm min tressaq il-Qorti.
Year
Files Received
Investigated / Evaltuate
Investigation / Evaluation still underway
Concluded (No action in court was taken)
Concluded with an Arraigned in Court
2013
25
25
5
17
3
2014
17
17
9
7
1
2015
16
16
5
9
2
2016
18
18
7
9
2
2017
16
16
13
3
0
L-istess proċess kien isir fis-snin ta’ qabel. Għal din ir-raġuni qed nissottometti tabella oħra tal-ħames snin ta’ qabel, jiġifieri mis-sena 2008 sas-sena 2012.
Year
Files Received
Investigated / Evaluated
Investigation / Evaluation still underway
Concluded (No action in court was taken)
Concluded with and Arraigned in Court
2008
41
41
4
33
4
2009
17
17
3
5
9
2010
20
20
2
14
4
2011
18
18
4
8
6
2012
21
21
3
13
5
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3751, jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-każijiet fis-sena 2016 u fis-sena 2017 (listi seperati) fejn l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) vvutat kontra l-vot tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA)?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li 24 vot tal-Prof. Victor Axiak kienu kontra d-deċiżjoni tal-PA Board, 5 drabi fl-2016 u 19-il darba fl-2017.
Qasam tad-Direttorat tal-Public Health – kampanji ta’ promozzjoni
Question
B’referenza għall-kampanji ta’ promozzjoni li jsiru mill-Qasam tad-Direttorat tal-Public Health jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti rendikont tan-numru ta’ riklami promozzjonali/avviżi li saru fis-sena 2017 lill-istazzjonijiet tat-televiżjoni kollha (jiġifieri kull stazzjon wieħed b’wieħed), lir-radjijiet kollha (jiġifieri kull radju wieħed b’wieħed) u lill-gazzetti kollha (jiġifieri kull gazzetta waħda b’waħda) u lil siti li huma news portals kollha (jiġifieri kull portal wieħed b’wieħed) u kemm kienet in-nefqa globali għal kull kategorija ta’ komunikazzjoni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taħt:
Sena
Mezz ta' Komunikazzjoni
Nefqa
2017
Radju
€35,719.55
2017
Web Banners
€5,534.00
2017
Gazzetti
€2,763.94
2017
Televizjoni
€15,983.69
2017
TOTAL
€60,001.18
Gaming – riskju fuq is-sistema finanzjarja ta’ Malta
Question
B’referenza ghall-mistoqsijiet parlamentari 4266 u 4269, jista’ l-Prim Ministru jekk hux il-ħsieb tal-Gvern jew tal-Awtorità Maltija dwar il-Logħob (MGA) li jippubblika r-rapport tan-National Risk Assessment (NRA) bħal mhi prassi f’pajjiżi oħra?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
In-National Risk Assessment (NRA) dwar il-Ħasil ta’ Flus, sar fuq livell Nazzjonali u mhux biss fuq is-settur tal-logħob. Mhux prassi li tali assessments jigu ppubblikati mill-awtoritajiet indipendenti li jikkummissjonawhom.
Inċentivi finanzjarji għal sewqan ta’ roti u pedelec
Question
B’referenza għal bosta inċentivi finanzjarji li ħarġu biex iħajru aktar nies biex isuqu rota jew pedelec u għalkemm din hi ħaġa tajba u ninkoraġġixi li din ma għandhiex tkun inizjattiva one off, imma b’inċentivi li jolqtu 250 ruħ biss fil-każ ta’ pedelec, u peress li wieħed jista’ jinnota li l-helmet ta’ protezzjoni issa mhijiex aktar obligatorja u qed issir distinzjoni bejn roti mikrija u dawk li ma jkunux, il-Ministru ma jaħsibx li dan jista’ jkun ta’ dannu għal saħħet is-sewwieq b’mod partikolari fil-konġestjoni ta’ traffiku li għandna u fin-nuqqas tas-cycle lanes li hawn f’Malta (li jingħaddu fuq id waħda)? Fuq liema statistika u riċerka Transport Malta bbażat id-deċiżjoni tagħha biex jitneħħew il-helmets ta’ protezzjoni, meta x-xenarju lokali ma jħajrikx li tuża pedelec?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema f’forma ta’ għotja finanzjarja għal min irid jixtri biċikletta assistita b’mutur li jaħdem bid-dawl (pedelec) hija l-ewwel waħda tax-xorta tagħha. Jekk din l-iskema tkun popolari, wieħed jikkunsidra tibdil fl-iskema għas-sena d-dieħla jew snin ta’ wara. Fejn jidħlu r-regolamenti tal-użu ta’ helmet kif ser jiġu mibdula, din ma tagħmilx distinzjoni bejn pedelec mikrija jew le.
Għalkemm l-użu ta’ helmet mhux mandatorju, Transport Malta xorta tinkuraġġixxi li sewwieqa ta’ roti u pedelec jagħmlu użu minn helmets għal sigurtà addizzjonali. Fir-rigward tat-tneħħija ta’ l-użu mandatorju ta’ helmets kienet ukoll talba ta’ lobby group ewlieni Bicycle Advocacy Group (BAG) li jippromwovi l-użu tar-roti li l-qafas mandatorju għall-użu ta’ helmet għandu jitneħħa. Ta’ min isemmi wkoll li fil-maġġoranza ta’ bliet Ewropej fejn jiġi offrut servizz ta’ bicycle sharing, l-użu ta’ helmet mhux wieħed mandatorju. Riċerka turi wkoll li fil-maġġoranza kbira tal-pajjiżi Ewropej, l-użu ta’ helmet mhux wieħed mandatorju.
Għalkemm in-numru ta’ cycle lanes eżistenti huwa limitat, partikularment minħabba l-wesgħat fil-maġġoranza tat-toroq, Transport Malta qed tniedi proġett pilota ffinanzjat minn Fondi Ewropej għall-introduzzjoni ta’ Safe Cycling Routes intiżi specjalment għal min irid juża r-rota jew pedelec bħala mezz ta’ transport personali. Dan minbarra l-introduzzjoni ta’ cycle lanes fi proġetti ġodda ta’ toroq. Il-proġett pilota huwa bbażat fuq il-kunċett ta’ spazju bejn l-utenti kollha li jagħmlu użu mit-triq. Dan il-proġett jikkonsisti interventi li jsaħħu s-sigurtà għal min juża’ r-rota fuq iż-żewg rotot identifikati, b’total ta’ 22km li fil-maġġoranza minnhom toroq urbani, fosthom, tnaqqis fil-veloċità tal-vetturi f'dawn it-toroq ta’ mhux aktar minn 30km jew anqas sa massimu ta’ 20km fis-siegħa, introduzzjoni ta’ CCTV għall-infurzar tal-veloċità f’ċertu sezzjonijiet ta’ dawn ir-rotot, introduzzjoni ta’ traffic lights f'numru ta’ junctions li jagħtu prijorità lis-sewwieqa tar-rota, introduzzjoni ta’ miżuri oħra li jnaqqsu l-veloċità tal-vettura, sinjali tat-traffiku speċifiċi kif ukoll titjib ġenerali ieħor f’sezzjonijiet ta’ dawn ir-rotot. Il-proġett jinkludi wkoll App li tikkumplimenta dan in-network.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk inħarġux struzzjonijiet ċari lil kull min jimpjega, inkluż l-organizzazzjonijiet u l-awtoritajiet tal-Gvern, dwar iż-żieda mandatorja ta’ €1.00 fil-ġimgħa b’żieda ma’ dik tal-għoli tal-ħajja ta’ €1.75 fil-ġimgħa? Jaf jekk hemmx awtoritajiet jew organizzazzjonijiet tal-Gvern li għadhom ma implimentawx iż-żieda mandatorja ta’ €1.00 fil-ġimgħa? Il-Ministeru għall-Finanzi għandu mezz biex ikun jaf jekk din iż-żieda mandatorja ġietx implimentata fis-settur privat kollu minħabba li ż-żieda mħabbra fid-diskors tal-budget jista’ jkun li ma tirriflettix dak imħabbar fl-Avviż Legali konċernat?
Valletta United Water Polo – titolu tal-Pitch — proċess
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal il-proċess biex il-club ta Valletta United Water Polo li jinsab f'Marsamxett Wharf fil-Belt Valletta, jingħata t-titolu tal-pitch tagħhom?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-art inkwistjoni ġiet mgħoddija lil Sportmalta bl-avviż legali 62/2015 u għalhekk din id-domanda għandha ssir lill-Ministru kkonċernat.
Valletta United Water Polo – titolu tal-Pitch — proċess
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal il-proċess biex il-club ta Valletta United Water Polo li jinsab f'Marsamxett Wharf fil-Belt Valletta, jingħata t-titolu tal-pitch tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi l-mozzjoni parlamentari li tipproponi t-trasferiment tal-art imsemmija lill-Valletta Waterpolo Club, flimkien mal-kuntratt, tressqet quddiem il-Parlament sabiex tiġi diskussa fil-Kumitat dwar il-Kontijiet tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 131 u ċjoè: Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati persuni f'xi dekasteru li jaqa' taħtha bejn l-1 ta' April u l-5 ta' Ġunju 2017?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li fil-perjodu stipulat ġew ingaġġati wieħed u sebgħin impjegat ġdid fil-Ministeru għal Għawdex.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 136 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid x’pożizzjoni jkollu persuna Third Country National li ilu ħames snin jirrisjedi u jaħdem legalment f'Malta? Dan għandu dritt li jingħata permess ta' residenza għall-ħames snin oħra, liema permess jinkorpora fih id-dritt li jaħdem? Kemm kien in-numru ta’ Third Country Nationals li kienu ilhom ħames snin jirrisjedu u jaħdmu f'Malta u li applikaw għall-permess ta' residenza ta' ħames snin xahar b'xahar fl-aħħar 24 xahar? Kemm minnhom ingħatalhom dan il-permess? Kemm minnhom ma ngħatalhomx permess? Minn liema pajjiż kienu ġejjin?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — appointment ta' konsulenza
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 137 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta’ konsulenza mill-11 ta’ Marzu 2013 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu, permezz ta’ direct order? X’kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta’ konsulenza? X’inhu l-valur ta’ kull kuntratt jew appointment ta’ konsulenza?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 138 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu ċjoè: Jista' l-Ministru jitlob lir-rappreżentant tal-Gvern fuq il-bord tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatment, il-lista ta’ avukati li nħatru minnha mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum għall-finijiet ta’ vetting ta’ kuntratti ta’ self u bejgħ/xiri u kuntratti oħra li jirrikjedu l-vetting ta’ riċerki, u jqiegħdha fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija msemmija hija kumpanija privata.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġar tal-Ilma — konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 139 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jagħti l-valur ta’ konsulenzi li ngħataw b’direct order, lil min u għalxiex, fl-entitajiet li għalihom hu responsabbli, mill-11 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ta’ min jgħid li dawn id-
direct orders
ingħataw skont l-Artiklu 103 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.
Fir-rigward tal-Enemalta, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 135 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Korporazzjoni Enemalta ħallset jew se tkun mitluba tħallas għall-konsulenzi legali u pariri legali mogħtija mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum? Min hija jew huma d-ditti legali li qed jipprovdu tali servizzi legali?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għal Enemalta plc. Minħabba f’hekk, l-iżvelar ta’ tali tagħrif jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kriterji jintużaw sabiex diplomatiċi/uffiċjali fil-Ministeru tiegħu jitpoġġew fuq il-lista u jaħdmu bħala duty officers wara l-ħin tax-xogħol? Kemm hemm minn dawn id-duty officers u kemm jitħallsu s-siegħa?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont kif ipprovdut fiċ-Ċikulari Interna nru. 3/2013 maħruġa mill-Ministeru fid-19 ta’ Frar 2013, kemm l-impjegati tas-servizz diplomatiku kif ukoll l-impjegati tas-servizz ċivili, minn skala 11 sa skala 6, huma eliġibbli li jservu fuq il-lista tad-Duty Officer Roster On-call Service. Kull min ikun imissu jkun on-call iservi għal perjodu ta’ 7 t’ijiem. Il-ħlas totali ta’ kull uffiċjal huwa ta’ Euro 100, li jingħata bħala allowance.
Għaqdiet Għawdxin – għajnuna/proġetti approvati mill-Overseas Development Aide
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għaqdiet Għawdxin ingħataw għajnuna/ġew approvati proġetti ffinanzjati mill-Overseas Development Aide, kull sena minn Marzu 2013 sal-lum?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant,filwaqt li ma naħsibtx li f’dan il-kaz għandha ssir distinzjoni bejn Malta u Għawdex, kien hemm żewġ għaqdiet li l-proġetti tagħhom ġew iffinanzjati.