Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #4416 Sitting 88 2018-02-28 Oral · Final From: CLAYTON BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi

VAT dikjarat x’titħallas minn stabbilimenti tal-catering

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien iddikjarat bejgħ u allura kemm kienet iddikjarata VAT li kellha titħallas minn stabbilimenti li huma fis-settur tal-catering mis-sena 2010 sal-2017? Kemm fil-verità tħallset minn din il-VAT iddikjarata? Jista’ jagħti rendikont ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet u ħlasijiet sena b’sena?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #4417 Sitting 88 2018-02-28 Oral · Final From: CLAYTON BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi

Dħul u ħlas ta’ taxxa minn kirjiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont, sena b’sena, ta’ kemm kien iddikjarat dħul minn kirjiet u kemm tħallset taxxa fuq dan id-dħul dikjarat minn meta kienet introdotta l-miżura fejn id-dħul fuq il-kirjiet beda jiġi ntaxxat bir-rata ta’ 15% final withholding tax? Jekk possibbli fir-risposta tista’ ssir distinzjoni bejn il-kirjiet residenzjali u l-kirjiet kummerċjali?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fejn qegħdin nirraportaw rapport ta’ dawk il-pagamenti magħmula bil-formola TA24 għas-snin 2014, 2015 u 2016 kemm għall-individwi kif ukoll għall-kumpaniji. S’issa ma tinżammx data jekk il-kirjiet humiex residenzjali jew kummerċjali.
Leg 13 PQ #4418 Sitting 88 2018-02-28 Oral · Final From: CLAYTON BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi

Impjegati — paga dikjarata ta iktar minn €60,000 fis-sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn persuni impjegati f’Malta li kellhom il-paga dikjarata li tammonta għal iżjed minn €60,000 fis-sena mis-sena 2010 sas-sena 2016? F’liema settur tal-ekonomija huma mpjegati dawn il-persuni?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

VGH – infiq ta’ fondi pubbliċi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti rendikont dettaljat ta’ kif u fuq xiex intefqu l-fondi pubbliċi; ta’ aktar minn €50,000,000 li għaddew lill-Vitals Global Healthcare (VGH) sa minn meta din ħadet f’idejha t-tliet sptarijiet f’Malta? Jista’ jagħti garanzija li l-fondi pubbliċi ntużaw kollha skont il-liġijiet u regoli stabbiliti għall-użu ta’ fondi pubbliċi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4421.

VGH – request for Proposals

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-Request for Proposals fis-settur tas-Saħħa li ħareġ il-Gvern fl-2015 u li eventwalment intrebaħ minn Vital Global Healthcare (VGH)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-dokument tas-sejħa għall-offerti kien disponibbli biss għal min wera interess, bl-akkwist tad-dokument relattiv soġġett għall-iffirmar ta’ non disclosure agreement minħabba n-natura sensittiva tal-informazzjoni.
Leg 13 PQ #1026 Sitting 87 2018-02-27 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 161 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tad-direct orders mogħtija minn kull entità, Ministeru, dipartiment, Korporazzjoni u/jew Awtorità li huma fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul l-2015, l-2016 u l-2017 (sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija)? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, fuq ordni ta’ min, lil min, l-ammont involut u għala ma kienx hemm sejħa pubblika f’kull każ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ir-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #1027 Sitting 87 2018-02-27 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 162 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tad-direct orders mogħtija minn kull entità, Ministeru, Dipartiment, Korporazzjoni u/jew Awtorità li huma fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul l-2014, l-2015, l-2016 u l-2017 (sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija)? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, fuq ordni ta’ min, lil min, l-ammont involut u għala ma kienx hemm sejħa pubblika f’kull każ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ir-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima – każijiet ta’ inġustizzja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 166 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ inġustizzja ġie ttrattat, solvut, investigat u deċiż minn xi entità li taqa’ taħtu minn Marzu 2013 sal-lum? F’kull każ, jista’ l-Ministru jgħid minn min kien magħmul il-Bord jew entità li trattat tali każijiet ta’ inġustizzja? Jista’ jelenka (mingħajr ismijiet) l-ammont ta’ flus ordnati li għandhom jitħallsu (jew li diġà tħallas) u/jew xi rimedju ieħor ordnat/mogħti fl-ewwel 12-il każ biss għal kull entità/Bord fil-Ministeru tiegħu li qed jinvestiga l-inġustizzji?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-WasteServ, li taqa’ taħt d-dekasteru tiegħi, ittrattat 60 każ ta’ inġustizzja minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Diċembru 2017. Ir-rakkomandazzjonijiet għal kull każ ġew kunsidrati u ttieħdet l-azzjoni neċessarja mill-maniġment tal-kumpanija. Il-Bord Indipendenti li ttratta dawn il-każi nħatar fit-12 ta’ Lulju 2013 u kien kompost minn Chairperson, żewġ Membri u Segretarju. Fl-ebda każ ma ngħata kumpens monetarju bħala rimedju. Il-każi trattati kienu jirreferu għal Human Resources , Occupational Health and Safety , dixxiplina, trasfertimenti u promozzjonijiet.
Leg 13 PQ #1040 Sitting 87 2018-02-27 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — nefqa fuq reklamar

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 172 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz ta’ media (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) fl-2017 xahar b’xahar sal-lum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — nefqa fuq reklamar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 173 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz ta’ media (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) fl-2017 xahar b’xahar sal-lum?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 13 PQ #1049 Sitting 87 2018-02-27 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — nefqa fuq reklamar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 178 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz ta’ media (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) fl-2017 xahar b’xahar sal-lum?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħti għas-sena 2017 kienet ta’ €364,679.22. Fir-rigward tal-Air Malta, l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għall-kumpanija u l-iżvelar ta’ tali informazzjoni jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.

Ambaxxati/kummissjonijiet għolja/rappreżentanti permanenti, konsli ġenerali — photocopies

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru photocopies minn kull photocopier tal-ambaxxati/kummissjonijiet għolja/rappreżentanti permanenti, konsli ġenerali minn Marzu 2013 sal-lum?

Response (ABELA, CARMELO)

Mhux qed nifhem l-utilità li tali informazzjoni tiġi miġbura aktar u aktar minħabba r-riżorsi li jridu jintużaw u li dawn jistgħu jkunu aktar utli mod ieħor.

Għawdex — barrieri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm barrieri ġewwa Għawdex li għandhom il-permess li jirċievu materjal tal-kostruzzjoni? Jista’ jindika n-numru ta’ dawn il-barrieri, kif ukoll fejn jinsabu u l-indirizz ta’ dawn il-barrieri?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Proġett tal-Flyover tal-Kappara – ċertifikazzjoni u superviżjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min għamel is-superviżjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-proġett tal-flyover tal-Kappara? Peress li f’dawn l-aħħar ġranet saret l-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett, jista’ jikkonferma jekk sarx it-test tat-tgħabbija (load test) fuq il-flyover u l-ġurnata meta sar? X'kien l-eżitu ta’ dawn it-testijiet? Jista’ jpoġġi kopji ta’ dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, illi is-superviżjoni u ċ-ċertifikazzjoni tax-xogħol tal-Proġett tal-Kappara sar minn Transport Malta. Nikkonferma li l-load tests saru, ir-riżultat kien wieħed pożittiv u kopja tat-testijiet qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċentru tal-Università ta’ Għawdex – investiment fl-infrastruttura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, sena b’sena x’tip ta' investiment fl-infrastruttura sar fiċ-Ċentru tal-Università ta’ Għawdex ġewwa x-Xewkija mit-8 ta’ Marzu 2013 sal-lum? X'tip ta' investiment infrastrutturali hemm ippjanat li jsir matul is-sena 2018 ġewwa ċ-Ċentru tal-Università ta’ Għawdex?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fil-Kampus tal-Università ta’ Malta f'Għawdex sar ix-xogħol infrastrutturali li ġej:- · Ottubru 2014: ġew installati numru ta' airconditioners għal spiża ta’ €5,235.60 · Diċembru 2014: ġew mixtrija numru ta’ siġar u pjanti għall-ġnien tal-istess kampus għal spiża ta’ €672.10 · Lulju 2015: inxtraw sitt konki kbar biex fihom tpoġġew xi siġar fil-bitħa tal-Kampus għal spiża ta’ €1,020.00 · Settembru 2017: saret manutenzjoni fuq il-bjut, li għadha inparti għaddejja, għal spiża ta’ €5,790.00 · Novembru 2017: sar titjib fil-provista tal-elettriku għal mitejn (200) Amps għal spiża ta’ €20,953.00 L-Università għandha permess mill-Awtorità tal-Ippjanar għat-twaqqigħ u bini mill-ġdid ta’ estensjoni fil-ġenb tal-binja tal-Kampus li stmata li se tqum madwar €900,000. L-intenzjoni hi li l-post ikabbar u jtejjeb il-faċilitajiet operattivi tiegħu fil-limiti finanzjarji li l-Università għandha biex isir dan ix-xogħol.
Leg 13 PQ #3862 Sitting 87 2018-02-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – servizz ta’ security officers

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ħaddiema tal-kuntrattur joffru servizz ta' security officers mal-Ministeru għal Għawdex jew f'xi waħda mill-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtha? Dawn il-ħaddiema kemm ilhom jagħtu dan is-servizz mal-Ministeru għal Għawdex u għal kemm żmien huma ngaġġati? Fejn huma stazzjonati (post, raħal) kull wieħed u waħda minnhom u kemm hemm security officers f’kull post jew raħal imsemmi? Ma' xiex qed ikunu għassa dawn il-ħaddiema? Kemm hemm kuntratturi jagħtu servizz ta’ ħaddiema bħala security officers fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u liema huma dawn il-kuntratturi? Il-kuntratt ta’ dawn il-kuntratturi ngħata permezz ta’ tender jew direct order?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li fil-binjiet u l-postijiet tad-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tal-Ministeru ikun hemm il-ħtieġa ta’ 36 ħaddiem tal-kuntrattur li jagħmlu xogħol ta’ security officers, għalkemm dawn mhux dejjem ikunu l-istess persuni. Dawn il-ħaddiema jagħmlu l-għassa f’ħinijiet differenti, skont kif ikun meħtieġ.
Leg 13 PQ #3863 Sitting 87 2018-02-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – toroq — Nefqa fuq kostruzzjoni u manutenzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa totali kull sena fuq kostruzzjoni u manutenzjoni ta' toroq f'Għawdex sena b'sena mis-sena 2008 sal-aħħar tas-sena 2017?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #3864 Sitting 87 2018-02-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Persuni mis-servizz pubbliku li se jirtiraw bl-età

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm se jirtiraw bl-età, ħaddiema mis-servizz pubbliku matul is-sena 2018 u li jaħdmu fil-Ministeru għal Għawdex jew f'xi waħda mill-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex? Tista' tgħid f’liema diparimenti jew entità jaħdmu? Tista' tgħid ukoll jekk dawn ġewx diġà sostitwiti b'ħaddiema oħra jew jekk sarx pjan kif se jiġu sostitwiti?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Xewkija Għawdex – inħawi tal-Barmil – proċess għal żvilupp minn kuntrattur privat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu li jaf bil-proċess li bdiet il-Malta Industrial Parks sabiex tagħti aktar minn tnax-il tumolo t’art fl-inħawi tal-Barmil, Xewkija, Għawdex lill-kuntrattur privat ħalli jiżviluppaha?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-allokazzjoni tal-Art inkwistjoni saret b’rispett sħiħ lejn artikolu 31 tal-Att Dwar Artijiet tal-Gvern, Kapitolu 573 tal-liġijiet ta’ Malta, liema liġi tipprovdi li art industrijali tista’ tkun allokata jekk l-applikant jipprova li l-proġett industrijali propost huwa ta’ benefiċċju għall-ekonomija tal-pajjiż u li n-numru ta’ impiegi li joħloq huwa adegwat. Kif ikkonfermat fl-istqarrija numru 180190 maħruġa mid-dipartiment tal-Informazzjoni, il-benefiċċju ekonomiku ta’ dan il-proġett, li se jkun qiegħed jipprovdi 279 impjieg, kien ikkonfermat minn rapport independenti ikkumissjonat mill-Malta Industrial Park.

Inħawi tal-Barmil Xewkija Għawdex – Malta Industrial Parks – regoli tal-Public Procurement

Question

Peress li bħalissa hemm xogħlijiet li qed isiru fl-ispazju industrijali fl-inħawi tal-Barmil Xewkija Għawdex minn Public Private Partnership jista’ l-Ministru jgħid jekk ħax parir fuq jekk il-Malta Industrial Parks imxietx skont ir-regoli tal-Public Procurement kemm nazzjonali kif ukoll tal-Unjoni Ewropea f’dan il-każ u dan sabiex bħala l-politiku responsabbli jivverifika dak li għamlet il-Malta Industrial Parks?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 3895 u għall-istqarrijiet maħruġa mid-dipartiment tal-Informazzjoni bin-numru 180190 u 180210.