Legislature:
Category:
Reset
Active:

Rabat Għawdex – carpark tal-iskola sekondarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li f’dawn l-aħħar ġimgħat, il-carpark tal-karozzi li jinsab taħt l-Iskola Sekondarja u l-ground tal-istess skola ġewwa r-Rabat Għawdex, m’għadux jinfetaħ b’mod regolari għall-użu tal-pubbliku?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-imsemmi carpark hu għall-użu tal-istaff tal-iskejjel u jkun miftuħ għall-pubbliku f’okkażjonijiet partikolari u dan fuq talba speċifika. Infurmat ukoll li ġieli ikun miftuħ għal aċċess u użu ta' dipartimenti jew entitajiet oħra.
Leg 13 PQ #3923 Sitting 88 2018-02-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Fuljett Proġett Għawdex – Toroq fil-Lokalità Tiegħek – nefqa

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġie jiswa fi stampar, disinn u posta l-fuljett Proġett Għawdex - Toroq fil-Lokalità Tiegħek illi ġie mqassam fid-djar ta' Għawdex mill-Ministeru? Tista' tgħid jekk inħarġitx sejħa għall-offerti għal din il-pubblikazzjoni, u jekk iva meta nħarġet u min ħa x-xogħol ta' disinn u stampar?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li l-ispejjes ta' xogħol ta' stampar, li ingħata lil Gozo Creatios, kien ta' Eur 649 u dik tal-posta kinet ta' Eur 284.53.

Għawdex – bini ta’ units tal-housing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jiġu mibnija units tal-housing fl-erba’ snin li ġejjin f’Għawdex min-naħa tal-Gvern jew l-Awtorità għad-Djar u f’liema lokalità ġewwa Għawdex ser jinbnew dawn il-units u dan peress li fir-risposta parlamentari 3794 ma semma ebda raħal jew ammont ta’ units ġewwa Għawdex fejn hu maħsub li jinbnew akkomodazzjonijiet għal skop soċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Ministeru għal Għawdex għaddej b’diskussjonijiet mal-awtoritajiet ikkonċernati għal proġett tal-housing soċjali f’Għawdex, filwaqt li numru t’appartamenti ser ikunu disponibbli f’Għawdex permezz tal-iskema ‘Nikru biex Nassistu’.

Għawdex – Uffiċċju tal-Awtorità tal-Artijiet — rilokazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk fil-ġimgħat li ġejjin, l-Uffiċċju tal-Awtorità tal-Artijiet li hemm fil-bini amministrattiv tal-Ministeru għal Għawdex fi Pjazza San Frangisk hux ser jiġi rilokat? Jekk iva, fejn ser jiġi rilokat u x’inhi r-raġuni ta’ dan iċ-ċaqliq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju tal-Awtorità tal-Artijiet li hemm fil-bini amministrattiv tal-Ministeru għal Għawdex fi Pjazza San Franġisk mhux ser jiġi rilokat fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 13 PQ #4127 Sitting 88 2018-02-28 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija Identità Malta – ittri uffiċjali ppreżentati kontra l-Aġenzija

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'ittri uffiċjali ġew ippreżentati kontra l-Aġenzija Identità Malta fil-qrati ta' Malta mis-sena 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid jekk l-Aġenzija Identità Malta ppreżentatx ittri uffiċjali bi tweġiba għal kull ittra uffiċjali li ġiet ippreżentata kontra l-istess Aġenzija? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn l-ittri uffiċjali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Leg 13 PQ #4128 Sitting 88 2018-02-28 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija Identità Malta – American University of Malta — għoti ta’ viżi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il talba rċeviet l-Aġenzija Identità Malta mis-sena 2014 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari għall-għoti ta' viżi għall-istudenti minn persuni li indikaw li se jibdew jattendu l-American University of Malta? Jista' jgħid kemm-il waħda minn dawn it-talbiet ġew aċċettati mill-Aġenzija Identità Malta u minn liema pajjiżi kienu l-persuni li għamlu t-talbiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija Identità Malta taċċetta talbiet biss mingħand l-istituzzjonijiet li joffru programmi ta’ studju u mhux mingħand l-individwi li jridu jiġu jistudjaw f’pajjiżna. Kull student japplika direttament f’waħda mill-Ambaxxati Maltin barra minn xtutna jew dawk l-Ambaxxati li jirrapreżentaw lil pajiżna. L-Aġenzija ma tkunx involuta f’dan il-proċess sakemm ma tintalabx xi għajnuna speċifika dwar xi punt tekniku.

Rapport tal-Missjoni tal-Parlament Ewropew — ħlasijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas jew tħallsu l-individwu ta' nazzjonalità Ingliża u d-ditta Ingliża li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament b'rabta mat-tweġiba tal-Gvern ta' Malta għar-rapport tal-missjoni tal-Parlament Ewropew bid-data tal-11 ta' Jannar 2018?

Response (BONNICI, OWEN)

Konxji mill-ħidma li kienet qiegħda ssir kontra pajjiżna fuq livell internazzjonali, imsejsa biss fuq nofs veritajiet, rapporti inkonklussivi u/jew suppożizzjonijiet, dan il-Gvern ma setax ma jinvolvix ukoll kumpanija legali reputabbli internazzjonalment, bħalma hi dik imsemmija b’mod separat. Ninsab infurmat li saru l-ħlasijiet ta’ €26,000 minn dan il-Ministeru għal servizzi legali mogħtija mid-ditta internazzjonali inkwistjoni, waqt li l-individwu msemmi wkoll qatt ma tħallas direttament minn dan il-Ministeru. Ovvjament ir-responsabbiltà tal-kontenut kollu tar-rapport hi biss tal-Gvern Malti.
Leg 13 PQ #4130 Sitting 88 2018-02-28 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija Identità Malta – reklamar fuq is-sit ta’ Facebook

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, xahar b'xahar, kemm kienet in-nefqa mill-Aġenzija Identità Malta, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook matul il-perjodu mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

In-nefqa t’Aġenzija Identità Malta f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook matul il-perjodu mit-3 ta' Ġunju 2017 sal-lum tammonta għal €719.80.

Ġurijiet Pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ġurijiet pendenti? Jista' jgħid kemm ilu pendenti kull wieħed mill-ġurijiet? Jista' jgħid x'inhuma l-akkużi u x'nazzjonalità għandhom il-persuni akkużati għal kull wieħed mill-ġuri?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qieghda tingabar u ghaldaqstant r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.

Garaxx tal-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huwa l-uffiċjal tal-Pulizija fil-Garage tal-Pulizija li preżentament huwa responsabbli mill-istess garaxx?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi preżentement l-Ispettur Anthony Agius huwa l-uffiċjal tal-Pulizija responsabbli mill-Garage tal-Pulizija taħt is-superviżjoni tad-Deputat Kummissarju responsabbli minnu.

Ħal Kirkop — Transport Malta – asfaltar ta’ toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew asfaltati toroq għall-ewwel darba minn Transport Malta fil-lokalità ta’ Ħal Kirkop, sena b'sena, mill-2013 sas-sena 2017? X'xogħlijiet saru f'kull waħda minn dawn it-toroq? Sar tiġdid tas-servizzi f'dawn it-toroq? Kemm-il metru kwadru fiha kull triq li ġiet asfaltata għall-ewwel darba? Kemm ġiet tiswa kull triq inkluż tiġdid ta' servizzi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-snin imsemmija, Transport Malta għamlet xogħlijiet f’dawn it-toroq hekk kif ġej bi spejjeż involuti għal kull triq imsemmija inklużi: 06.07.2017 Resurfacing works around Kirkop cemetry 1,510.07 18.03.2016 Road Surface Repair Works at Triq l-Imqabba Kirkop & Triq il-Konvoj ta Santa Marija Mqabba 2,667.96 12.04.2016 Construction of Pjazza Zerniq, Kirkop 29,850.53 20.04.2016 Construction of Triq San Benedittu Kirkop 3,033.05 18.07.2016 Resurfacing at Triq l-Industrija Kirkop 55,252.30 27.09.2016 Construction of Pjazza Zernieq Kirkop 6,105.61 96,909.45 21.01.2015 Construction of Triq Nerik Xerri, Kirkop 10,576.75 27.01.2015 Resurfacing works around Kirkop cemetry 14,345.69 09.04.2015 Replacement of damaged concrete slabs at Kirkop Tunnels 11,297.25 15.07.2015 Construction of Pjazza Zerniq, Kirkop 50,369.47 31.07.2015 Construction of Pjazza Zernieq, Kirkop 39,934.43 21.10.2015 Construction of Triq San Benedittu, Kirkop 9,099.17 15.12.2015 Cleaning and asphalting works at Triq il-Madonna Tad-Dawl, Hal Kirkop 5,381.31 03.09.2015 Road Resurfacing Works- Sqaq fi Triq il-Gudja Kirkop 620.37 141,624.44 25.09.2014 Construction of Triq Nerik Xerri, Kirkop 9,878.23 20.12.2013 Emergency works Triq l-Industrija Kirkop 1,848.69 20.12.2013 Construction of Triq Nerik Xerri, Kirkop 22,174.32 24,023.01

Vetturi rreġistrati li jaħdmu bl-elettriku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn vetturi reġistrati li jaħdmu bl-elettriku, maqsuma sena b’sena mis-sena 2013 sal-2017 u maqsuma separatament jekk humiex karozzi jew muturi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hawn taħt għandu jsib l-ammont ta’ vetturi reġistrati li jaħdmu bl-elettriku, maqsuma sena b’sena u bejn karozzi u muturi mill-2013 sal-2017. Karozzi Muturi 2013 346 86 2014 416 112 2015 524 178 2016 724 244 2017 1061 295

Birżebbuga – toroq asfaltati għall-ewwel darba minn Transport Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew asfaltati toroq għall-ewwel darba minn Transport Malta fil-lokalità ta’ Birżebbuġa sena b’sena mill-2013 sas-sena 2017? X’xogħlijiet saru f’kull waħda minn dawn it-toroq? Sar tiġdid ta’ servizzi f’dawn it-toroq? Kemm-il metru kwadru fiha kull triq li ġiet asfaltata għall-ewwel darba? Kemm ġiet tiswa kull triq inkluż tiġdid ta’ servizzi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-snin imsemmija, Transport Malta għamlet xogħlijiet f’ dawn it-toroq hekk kif ġej bi spejjeż involuti għal kull triq imsemmija inklużi: 18.01.2017 Construction and surfacing works at Triq il-Port Hieles, Birzebbuga (Section2) 21,757.26 08.02.2017 Road works for service providers at Triq il-Qajjenza, Birzebbuga 95,430.66 21.02.2017 Construction of Triq il-Wied il-Klima (n/s in Triq il-Kus) Birzebbuga 105,472.51 04.04.2017 Road works for service providers at Triq il-Qajjenza Birzebbuga 125,108.61 24.05.2017 Roadworks for services providers at Triq il-Qajjenza, Birzebbuga 145,527.11 24.05.2017 Foothpath works at Triq il-Qajjenza, Birzebbuga 21,160.40 514,456.55 17.02.2016 Emergency works at Triq il-Qajjenza Birzebbugia 59,215.08 12.04.2016 Construction of Triq Wied il-Klima (N/S in Triq il-Kus) Birzebbuga 49,233.80 17.05.2016 Construction and surfacing works at Triq il-Port Hieles, Birzebbuga (Section 2) 20,714.54 21.07.2016 South Region at Triq Hal Far Birzebbugia 50,771.32 04.08.2016 Construction and surfacing of p/o Triq il-Port Hieles, Birzebbugia (Section 1) 12,205.77 04.08.2016 Construction of p/o Triq il-Kus, Birzebbugia 21,423.61 31.08.2016 Construction and surfacing works at Triq il-Port Hieles, Birzebbuga (Section 2) 60,875.17 26.09.2016 Construction of Triq Dun Gorg Zammit, Birzebbuga 14,347.60 26.09.2016 Construction and surfacing works at Triq il-Port Hieles Birzebbuga (Section 3) 110,821.33 399,608.22 12.02.2015 Construction of p/o Triq il-Kus, Birzebbuga 18,871.87 21.07.2015 Construction and surfacing of po Triq il-Port Hieles Birzebbugia (Section 1) 14,274.24 06.08.2015 Emergency road construction works at Triq il-Qajjenza, Birzebbugia 32,574.48 29.10.2015 Emergency road construction works at Triq il-Qajjenza Birzebbuga 162,313.44 15.12.2015 Construction of Triq Wied il-Klima (N/S in Triq il-Kus) Birzebbuga 38,194.52 266,228.55 17.09.2014 Construction of p/o Triq il-Port Hieles, Birzebbuga (Part A) 35,270.17 03.12.2014 Construction of Triq l-Ghansar Birzbbuga 17,394.54 52,664.71 26.06.2013 Construction of Triq l-Ghansar Birzebbugia 27,752.23

Ħal Farruġ – toroq asfaltati għall-ewwel darba minn Transport Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew asfaltati toroq għall-ewwel darba minn Transport Malta fiż-żona ta' Ħal Farruġ limiti ta' Ħal Luqa, sena b'sena, mill-2013 sas-sena 2017? X'xogħlijiet saru f'kull waħda minn dawn it-toroq? Sar tiġdid ta’ servizzi f'dawn it-toroq? Kemm-il metru kwadru fiha kull triq li ġiet asfaltata għall-ewwel darba? Kemm ġiet tiswa kull triq inkluż tiġdid ta' servizzi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-snin imsemmija, Transport Malta għamlet xogħlijiet f’ dawn it-toroq bi spejjeż involuti għal kull triq imsemmija: 13.01.2016 Emergency works- Sqaq Hal Farrug, Siggiewi/Luqa 24,427.97 24.11.2015 Emergency works- Sqaq Hal Farrug, Siggiewi/Luqa 73,283.91

Imqabba – toroq rurali asfaltati minn Transport Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew asfaltati toroq rurali minn Transport Malta fil-lokalità tal-Imqabba, sena b' sena, mill-2013 sas-sena 2017? X'xogħlijiet saru f'kull waħda minn dawn it-toroq? Sar tiġdid ta’ servizzi f'dawn it-toroq? Kemm-il metru kwadru fiha kull triq li ġiet asfaltata? Kemm ġiet tiswa kull triq inkluż tiġdid ta' servizzi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-każ tat-toroq rurali ffinanzjanti minn fondi Ewropej mill-programm għall-iżvilupp rurali 2007 - 2013, Transport Malta għamlet resurfacing ta’ din it-triq fil-lokalita’ tal-Imqabba : Street & Locality Completion Resurfacing Works Area (sq m) Total Final Value Certified exc. Services Services Done Triq ix-Xagħar Imqalleb, Imqabba (known as Triq tas-Sejba) 2015 Concrete 740.6 sq m € 62,010.49 WSC works Il-valur imsemmi ma jinkudiex il-valur tas-servizzi u f’dan il-każ partikolari, dan il-valur għandu jintalab lill-Ministeru ikkonċernat mill-WSC.

Qrendi – toroq rurali asfaltati minn Transport Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew asfaltati toroq rurali minn Transport Malta fil-lokalità tal-Qrendi, sena b'sena, mill-2013 sas-sena 2017? X'xogħlijiet saru f'kull waħda minn dawn it-toroq? Sar tiġdid ta’ servizzi f'dawn it-toroq? Kemm-il metru kwadru fiha kull triq li ġiet asfaltata? Kemm ġiet tiswa kull triq inkluż tiġdid ta' servizzi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-każ tat-toroq rurali ffinanzjanti minn fondi Ewropej mill-programm għall-iżvilupp rurali 2007 - 2013, Transport Malta għamlet resurfacing ta’ dawn it-toroq fil-lokalita’ tal-Qrendi: Street & Locality Completion Resurfacing Works Area (sq m) Total Final Value Certified exc. Services Services Done Triq il-Panorama, Qrendi 2015 Asphalt 6487.5 sq m € 251,491.05 WSC works Triq is-Siġġiewi, Qrendi 2015 Asphalt 5530 sq m € 211,514.08 WSC works Misrah is-Sinjura, Qrendi (known as Triq is-Siġġiewi) 2015 Asphalt 700 sq m € 29,076.96 WSC works Il-valur imsemmi ma jinkudiex il-valur tas-servizzi u f’dan il-kaz partikolari, dan il-valur għandu jintgħalab lill-Ministeru ikkonċernat mill-WSC.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali​ – ħlasijiet lill-persuna u/jew il-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-ħlasijiet li saru lill-persuna u/jew il-kumpanija, li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet, kumpaniji u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu mill-2013 sakemm tiġi biex titwieġeb din il-mistoqsija? Jista’ jgħid jekk dawn ingħatawx b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti? Jista’ jaqsam il-ħlasijiet sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq id-dettalji li ġew mogħtija separatament, l-entitatjiet kollha wieġbu li ma kienx hemm pagamenti, ħlasijiet jew direct orders.
Leg 13 PQ #4414 Sitting 88 2018-02-28 Oral · Final From: CLAYTON BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ħlasijiet lill-persuna u/jew il-kumpanija

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tal-ħlasijiet li saru lill-persuna u/jew il-kumpanija, li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tagħha jew dipartimenti, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet, kumpaniji u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħha mill-2013 sakemm tiġi biex titwieġeb din il-mistoqsija? Tsta’ tgħid jekk dawn ingħatawx b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti? Tista’ taqsam il-ħlasijiet sena b’sena?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li ma saru l-ebda ħlasijiet lill-persuna u/jew il-kumpanija msemmija, mill-Ministeru jew minn direttorati u entitajiet li jaqgħu taħtu mill-2013 sal-lum.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — ħlasijiet lill-persuna u/jew il-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-ħlasijiet li saru lill-persuna u/jew il-kumpanija, li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet, kumpaniji u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu mill-2013 sakemm tiġi biex titwieġeb din il-mistoqsija? Jista’ jgħid jekk dawn ingħatawx b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti? Jista’ jaqsam il-ħlasijiet sena b’sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-uniku ħlas li sar lil din il-kumpanija kien fl-2018, u kien jirrigwarda artiklu informattiv dwar skema ‘mnedija fl-20 ta’ Frar u dwar kif tista’ tapplika. L-ispiża ta’ dan l-artiklu kienet ta’ €1,250.