Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Mosta – Triq il-Kbira li tieħu għall-Imġarr — bankina

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex fil-bidu ta’ Triq il-Kbira int u ġej min-naħa tal-Imġarr fejn hemm bus stop bl-isem tal-Qliegħa fejn qed tinbena binja, ma baqa’ l-ebda aċċess għall-bankina (u mhux possibli li min ikun miexi juża’ bankina fuq in-naħa l-oħra tat-triq għaliex fuq in-naħa opposta m’hemm l-ebda spazju ta’ bankina), jara li min qed jibni, jieħu l-passi meħtieġa sabiex ikun hemm spazju riservat mit-triq għall-użu ta’ bankina?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-iżviluppatur li qed jiżviluppa l-lant imsemmi għamel talba lil Transport Malta sabiex tkun tista’ issir il-bankina msemmija. S’isaa Transport Malta għadha qed tevalwa t-talba mressqa.

Chadwick Lakes – xogħlijiet ta’ patching u tindif

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex fit-triq lejn iċ-Chadwick Lakes użata minn kull min jidħol lejn iċ-Chadwick Lakes u min diversi bdiewa li għandhom ir-raba’ f’dawn l-inħawi, isir xogħol ta’ patching u tindif ta’ ħaxix minn mal-ġnub tat-triq u żbir ta’ siġar li qed jostakolaw it-triq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru se jkun qiegħed jara x’inhuma l-ħtiġijiet fl-akwata msemmija u jekk ikun hemm il-ħtieġa jikkordina ma’ Ministeri oħra sabiex tittieħed azzjoni.
Leg 13 PQ #4547 Sitting 89 2018-03-05 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Projects Malta Ltd — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri li jmexxu l-entità pubblika Projects Malta Ltd? X’inhuma l-kundizzjonijiet tal-ingaġġ tagħhom, inkluż salarju, allowances u perkaċċi oħra? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta’ ingaġġ tagħhom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Projects Malta Ltd hija mmexxija minn Chairman Eżekuttiv li l-ingaġġ tiegħu huwa permezz ta’ kuntratt.

Skola Primarja ta’ San Ġorġ – xogħol ta’ tisbiħ u mmodernizzar

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4364 dwar il-bżonn immedjat li jsiru xogħlijiet infrastrutturali fl-Iskola Primarja ta’ San Ġorġ, jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni ta’ meta dawn l-imsemmija xogħlijiet ta’ tisbiħ, se jibdew?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diskussjonijiet li għadhom għaddejjin iridu jistabbilixxu wkoll it-timelines tal-proġett. Bħalissa l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada mhijiex f'pożizzjoni li jagħtu data, anke in vista tal-fatt li l-prijorità tal-FTS hi li jitlestew il-proġetti li kienu mħabbrin fil-baġit.

Skola Primarja ta’ San Ġorg – lift għal persuni b’diżabilità f’siġġu tar-roti

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4365 dwar il-bżonn li jsir lift minħabba n-nuqqas ta’ aċċessibilità fl-Iskola Primarja ta’ San Ġorġ, jista’ l-Ministru jgħid kemm se jkun kbir dan l-imsemmi platform lift u fejn hemm il-ħsieb li jiġi stallat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-daqs u l-post eżatt fejn se jkun installat il-platform lift huma indikati fil-pjanta li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – mobile phones, laptops u apparat ieħor pprojbit misjub

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il mobile phone, laptop u apparat ieħor li hu pprojbit, instab fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin kull sena mill-2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi nstabu mobile phones, laptops u apparat ieħor projbit skond kif indikat hawn taħt : Fl-2013 nstabu 28 mobile phone, 7 chargers, 2 pen drives, 1 headphones, 2 internet keys Fl-2014 nstabu 20 mobile phone, 11 chargers, 1 headphones, 1 wire chargers, 1 internet key, 1 battery Fl-2015 nstabu 32 mobile phone, 7 chargers, 1 internet key, 1 battery Fl-2016 nstabu 22 mobile phone, 3 chargers, 2 headphones, 1 battery Fl-2017 nstabu 28 mobile phone, 6 chargers, 6 wire chargers, 1 internet key Fl-2018 nstabu 18-il mobile phone.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – xiri ta’ laħam, majjal u tiġieġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kilo u b'kemm flus inxtara laħam, majjal u tiġieġ mill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin kull sena mill-2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Mingħand min inxtara?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dettalji dwar ix-xiri tal-laħam, majjal u tiġieġ mill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin kull sena mill-2013 kien kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #1073 Sitting 88 2018-02-28 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — konsulenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-konsulenti li sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, kull entità taħtu għandha, il-ħlas u perkaċċi kollha li għandhom, rispettivament, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu, rispettivament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ir-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #1074 Sitting 88 2018-02-28 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Digitali u Innovazzjoni - konsulenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Digitali u Innovazzjoni jgħid min huma l-konsulenti li sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, kull entità taħtu għandha, il-ħlas u perkaċċi kollha li għandhom, rispettivament, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu, rispettivament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 1073.
Leg 13 PQ #1075 Sitting 88 2018-02-28 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni - konsulenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni jgħid min huma l-konsulenti li sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, kull entità taħtu għandha, il-ħlas u perkaċċi kollha li għandhom, rispettivament, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu, rispettivament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 1073.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — Konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti li sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, kull entità taħtu għandha, il-ħlas u perkaċċi kollha li għandhom, rispettivament, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu, rispettivament?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

MCCAA – karigi battala

Question

Jista’ l-Ministru jgħid attwalment jekk hemmx xi karigi battala fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), fir-rigward karigi ta’ Diretturi Ġenerali u ta’ Diretturi a tenur tar-Raba Skeda tal-Kap. 510? Jekk hemm xi karigi battala liema huma u kemm ilhom battala u għalfejn ilhom battala?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fil-preżent, l-Awtorità għandha tliet karigi battala f’livell ta’ Diretturi. Żewġ Diretturi mall-Uffiċju tal-Kompetizzjoni u wieħed mall-Uffiċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur. Il-Pożizzjoni ta’ Direttur għall-Ilmenti u Konċiljazzjoni ilha battala minn Frar 2016. Kien hemm żewġ sejħiet biex timtela din il-kariga. Iż-żewġ sejħiet ma waslux biex timtela din il-kariga.
Leg 13 PQ #3871 Sitting 88 2018-02-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MCA – ħatra ta’ Chief Executive jew Direttur Ġenerali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mit-twaqqif tal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) sal-lum, jekk qattx kienx hemm xi ħatra bħala Chief Executive jew Direttur Ġenerali f'din l-Awtorità, u jekk kien hemm meta saru tali ħatriet, għal kemm żmien kienu u min okkupa dawn il-karigi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Fl-MCA qatt ma saru ħatriet ta’ Chief Executive jew Direttur Ġenerali. Madankollu informat li fl-2008 kien hemm korrispondenza fejn iċ-Chairperson kien iffirma bħala Chairman/Director General. Kwalunkwe anomalija li seta’ kien hemm ġiet indirizzata b’emenda bl-Att Numru VIII tal-2014, il-Kap.418 tal-Liġijiet ta’ Malta.

Komunikazzjoni bejn il-Ministeru għas-Saħħa u l-Vitals Global Healthcare – nuqqasijiet li jimxu mal-ftehim

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk sarux komuniki mill-Ministeru tiegħu jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, l-ittri legali jew ittri ġudizzjarji kontra l-Vitals Global Healthcare minħabba nuqqasijiet tagħhom li jimxu mal-ftehim? Jekk iva, jista’ l-Ministru jqiegħdhom kollha fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk le, jista jgħid għaliex le? Jista’ jgħid meta l-Vitals naqsu b’mod ċar milli jonoraw obbligi importanti mill-kuntratt tagħhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kif diġa nfurmajt lill-kamra, l-obbligazzjonijiet tal-VGH kienu marbuta mal-ħruġ ta’ permessi u liċenzji relattivi sa dati speċifiċi. Il-Gvern fi kwalunkwe każ jirriserva d-drittijiet tiegħu skont it-termini tal-kuntratti relattivi.

Vitals Global Healthcare — pagamenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti skeda tal-pagamenti kollha li rċevew il-Vitals Global Healthcare (VGH) u ħdejn kull pagament x’jirrapreżenta dak il-pagament u meta sar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3310.

Vitals Global Healthcare – parir legali dwar il-ħlas li qed jingħataw

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għalfejn il-Vitals Global Healthcare (VGH) baqgħu jitħallsu meta kienu naqsu milli jagħmlu l-parti tagħhom kif iddettat mill-kuntratt? Jista’ l-Ministru jgħid jekk ħax parir legali dwar dan? Jista’ jgħid jekk għandux il-parir bil-miktub? Jekk iva, jista’ l-Ministru jpoġġi dan il-parir bil-miktub fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3900.
Leg 13 PQ #3903 Sitting 88 2018-02-28 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għat-Turiżmu

Airmalta – ittri b’offerti lill-impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li qed jintbagħtu ittri b’offerti lill-impjegati tal-Airmalta sabiex dawn iħallu l-linja tal-ajru u jinqatgħu minn fuq il-kotba tal-Airmalta? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn humiex qegħdin jiġu offruti xogħol ġdid?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ġejt infurmat li l-impjegati tal-Air Malta ser jirċievu informazzjoni dwar l-iskemi tal-iritirar kmieni, kif maqbula fil-ftehim kollettiv rispettivi.
Leg 13 PQ #3904 Sitting 88 2018-02-28 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għat-Turiżmu

Airmalta – ħlas għall-skemi tal-irtirar

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 2813, jista’ l-Ministru jgħid kif jista’ jkun li l-iskemi tal-irtirar se jiġu mħallsa mill-Airmalta, jekk fl-aħħar Laqgħa Ġenerali Annwali tal-kumpanija Airmalta għamlet telf? Jista’ jgħid jekk dan huwiex state aid?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskemi tal-irtirar se jiġu implimentati kif miftiehem mal-Unions fil-Ftehim Kollettiv u kif stipulat fil-pjanijiet kummerċjali tal-kumpanija. Dawn l-iskemi se jkunu ffinanzjati mill-Kumpanija u mhemmx state aid.
Leg 13 PQ #3905 Sitting 88 2018-02-28 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għat-Turiżmu

Vitals Global Healthcare – flus mgħoddija favur il-Gvern Malti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti imponiex xi flus li jgħaddu favur il-Gvern Malti f’każ li l-Vitals Global Healthcare teżerċita d-dritt t’assenjazzjoni? Jekk le, għalfejn meta kien qed jinnegozja ma ħasibx f’dan għall-ġid tal-poplu Malti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-kuntratti li diġa’ ġew imqegħda fuq il-Mejda tal-Kamra.