Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti li sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, kull entità taħtu għandha, il-ħlas u perkaċċi kollha li għandhom, rispettivament, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu, rispettivament?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li m'hemm l-ebda konsulenti impjegati mal-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi inkluż dawk taħt is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji - konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji jgħid min huma l-konsulenti li sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, kull entità taħtu għandha, il-ħlas u perkaċċi kollha li għandhom, rispettivament, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu, rispettivament?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li għadha kif ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 1077.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti li sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, kull entità taħtu għandha, il-ħlas u perkaċċi kollha li għandhom, rispettivament, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu, rispettivament?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi m’għandhom l-ebda konsulent ingaġġat magħhom.
Fir-rigward tal-Enemalta, l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għal Enemalta plc. Minħabba f’hekk, l-iżvelar ta’ tali tagħrif jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — konsulenti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-konsulenti li sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, kull entità taħtu għandha, il-ħlas u perkaċċi kollha li għandhom, rispettivament, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu, rispettivament?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li ma ġew ingaġġati l-ebda konsulenti fi ħdan entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali - konsulenti
Question
Tista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali tgħid min huma l-konsulenti li sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, kull entità taħtu għandha, il-ħlas u perkaċċi kollha li għandhom, rispettivament, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu, rispettivament?
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti li sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, kull entità taħtu għandha, il-ħlas u perkaċċi kollha li għandhom, rispettivament, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu, rispettivament?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul in-negozjati li kellu mal-Vitals Global Healthcare, matul il-leġiżlatura li għaddiet, kienx involva lis-Segretarju Parlamentari fl-istess Ministeru tiegħu ta’ dak iż-żmien, l-Onor. Chris Fearne?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-negozjati saru minn teams tekniċi. L-istakeholders prinċipali fil-Ministeru, kemm politiċi, tekniċi, amministrattivi, kienu jinżammu aġġornati bl-andament tan-negozjati, kif kien aġġornat ukoll il-Kabinett tal-Ministri li ta approvazzjoni aħħarija tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk qattx iltaqa’ mal-persuni tal-Vitals Global Healthcare qabel ma ħareġ it-tender?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kemm jiena bħala Ministru dak iż-żmien, kif ukoll is-Segretarju Parlamentari tas-Saħħa dak iż-żmien, konna preżenti għal preżentazzjoni ta’ proposta għall-investiment fi strutturi fil-qasam tas-saħħa f’Għawdex. Din il-preżentazzjoni saret lill-Malta Enterprise minn promoturi tal-proġett. Il-Gvern kien però iddeċieda li l-ħtiġijiet ta’ Malta huma differenti u għalhekk għandu jfittex proposti t’investiment differenti u aktar ħolistici li jmorru lil’ hinn mill-isptar t’Għawdex.
Il-Gvern ħareġ sejħa pubblika li kien qed ifittex investiment mhux biss għall-isptar t’Għawdex imma wkoll għall-isptar ta’ St Luke’s u Karin Grech sabiex jolqot il-ħtiġijiet tal-pajjiż.
Vitals Global Healthcare – Bord tal-Aġġudikazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn min kien kompost il-Bord tal-Aġġudikazzjoni li ddeċieda favur il-Vitals Global Healthcare? Jista’ jagħti d-dettalji tal-ismijiet, kif ukoll min ħatarhom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Jekk bl-espressjoni “li ddeċieda favur” l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għall-Bord li evalwa l-offerti għat-tmexxija ta’ ċerti servizzi ta’ kura fl-isptarijiet, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bord ta’ Evalwazzjoni kien kompost minn persuni maħtura mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għas-Saħħa u l-Enerġija minn fost persuni b’esperjenza fil-qasam tal-proġetti pubbliċi u tas-saħħa, u li għandhom l-indipendenza tal-ġudizzju meħtieġa biex iwettqu dik il-funzjoni, u dan kif dejjem isir.
Peress li l-membri tal-Bord jaġixxu fil-mansjoni uffiċjali u mhux personali, il-Gvern ma jħossx li jkun korrett li d-data personali tal-individwi tiġi mxandra.
Peress li bħalissa hemm xogħlijiet li qed isiru fl-ispazju industrijali fl-inħawi tal-Barmil Xewkija Għawdex minn Public Private Partnership, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn m’għamlux lill-Malta Industrial Parks responsabbli (skont xogħolha) mill-kiri jew l-għoti b’ċens ta’ dawn il-garages li ser jinbnew u mhux tawhom lis-settur privat?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija 3895 u għall-istqarrijiet maħruġa mid-dipartiment tal-Informazzjoni bin-numru 180190 u 180210.
Inħawi tal-Barmil Xewkija Għawdex – deċiżjoni tal-Malta Industrial Parks
Question
Peress li bħalissa hemm xogħlijiet li qed isiru fl-ispazju industrijali fl-inħawi tal-Barmil Xewkija Għawdex minn Public Private Partnership, jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux l-intenzjoni sabiex, bħala l-Ministru responsabbli, jintervjeni u jirrevedi din id-deċiżjoni tal-Malta Industrial Parks?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija 3895 u għall-istqarrijiet maħruġa mid-dipartiment tal-Informazzjoni bin-numru 180190 u 180210.
Sptar Ġenerali t’Għawdex – emergency ambulance responders
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex waslet is-sitwazzjoni tal-emergency ambulance responders (EARs) tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għaddejjin laqgħat mar-rappreżentanti tal-EARs fi ħdan il-UĦM, sabiex jiġi diskuss u jintlaħaq qbil li xogħol li ma’ jaqax fil-job description ta’ EAR ma’ jibqax isir minn dawn l-istess ħaddiema. Bħalissa, permezz ta’ direttiva mill-istess Union, l-EARs qegħdin jagħmlu biss xogħol ta’ emerġenza jew transfers ta’ pazjenti b’ambulanza.
Tista’ l-Ministru tgħid fiex waslu l-konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet konċernati dwar il-Master Plan għal Kemmuna? Meta hu maħsub li se jkun iffinalizzat dan il-Master Plan u min huma l-periti inkarigati mill-Ministeru fuq dan il-pjan?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ewwel fażi tal-masterplan li tinkudi ż-żona tal-Blue Lagoon qed tiġi diskussa mal-ERA. Wara li jiġi ffinalizzat dan il-proċess ikun hemm konsultazzjoni iktar wiesgħa.
Awtorità tal-Ippjanar – development brief tal-Masterplan ta’ Marsalforn u Xlendi
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 2695 u ċjoè: Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess mal-Awtorità tal-Ippjanar għad-development brief tal-Masterplan ta' Marsalforn u Xlendi? Min huma l-periti nkarigati minn dan il-proċess min-naħa tal-Ministeru għal Għawdex? Meta hu previst li jkun hemm konsultazzjoni mal-pubbliku dwar dan il-proġett kif ukoll meta hu previst li jibdew ix-xogħlijiet infrastrutturali?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li l-Masterplan ta’ Marsalforn ġie approvat mill-Awtorità tal-Ippjanar. Il-proċess li jmiss huwa li dan il-proġett jitqassam f’fażijiet, u jinħarġu t-tenders meħtieġa.
Fir-rigward tal-
Masterplan
tax-Xlendi, fil-preżent qed isiru d-diskussjonijiet neċessarji biex ikun identifikat ir-riġnerazzjoni li hemm bżonn u ix-xogħlijiet relatati li jridu jsiru li mistennija li jibdew jitwettqu sa min din is-sena. Il-Ministeru ġa beda jikkonsulta mal-pubbliku u l-
istak
eholders
involuti
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx identifikati siti ġewwa Għawdex fejn huwa ppjanat li jinbnew Djar għall-Anzjani? Jekk iva, fejn u meta saru l-applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar għal dan l-iżvilupp? Kemm hu mistenni li tkun tospita anzjani kull waħda minn dawn id-djar ippjanati għall-anzjani f’Għawdex?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma dawk il-każijiet li l-Awtorità tal-Ippjanar irrifjutat l-applikazzjoni għal permess għalihom u li minn din id-deċiżjoni, sar appell u marru quddiem it-Tribunal ta' Reviżjoni mit-8 ta’ Marzu 2013 sal-lum, sena b'sena? Jista’ jgħid ukoll kemm huma l-każijiet li fl-aħħar mill-aħħar it-Tribunal biddel id-deċiżjoni tal-Bord u ordna li jinħareġ il-permess u dan sena b'sena b'effett mit-8 ta' Marzu 2013 sal-lum?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3949, it-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar irċieva disa’ mija u sebgħa u disgħin (997) appell kontra rifjut ta’ applikazzjonijiet tal-ippjanar (planning applications) mit-8 ta’ Marzu 2013 sal-lum li minnhom ġew milqugħa mitejn u erbgħa u ħamsin (254). It-tabella li ssegwi taqsam dawn l-ammonti sena b’sena kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Appeals Against PA Refusal Received
Appeals Upheld
2013
154
54
2014
135
54
2015
141
49
2016
232
83
2017
306
14
2018
29
0
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar fuq appelli ndikati bħala ‘Appell kontra rifjut’ li ġew sottomessi mit-8 ta’ Marzu 2013 sal-lum.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-bini tal-pixxina ġewwa r-Rabat Għawdex hux se jinbeda matul is-sena 2018? Jekk iva, f’liema xahar tas-sena hu ppjanat li jibda u meta hu mistenni li din il-pixxina tibda tintuża?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa d-diskussjonijiet mal-proponent jinsabu fi stadju delikat u allura f’dan l-istadju ma tistax tingħata iktar informazzjoni.
Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet li għadhom fil-proċess ta’ screening
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ applikazzjonijiet li tressqu quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar biex jittella’ bini ta' tmien sulari jew aktar u/jew inkella High Rise ġewwa Għawdex, f’liema lokalitajiet huma u n-numru ta’ referenza tagħhom, anki jekk għadhom fil-proċess ta’ screening u/jew l-istħarriġ preliminari?
Response (BORG, IAN)
L-Onor. Interpellant qiegħed jiġi nfurmat illi l-Awtorita’ tal-Ippjanar m’għandhiex applikazzjonijiet pendenti quddiemha li jinvolvu bini ta’ tmien sulari jew aktar kif ukoll High Rise ġewwa Għawdex.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġett Kapitali – Direct orders bejn l-2008 u l-2013
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders mogħtija mid-dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż fejn japplika dawk li jaqgħu taħt is-Segretarji Parlamentari fid-dekasteru tiegħu) sena b’sena, bejn Marzu 2008 u Marzu 2013? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, l-ispiża ta’ kull direct order u lil min ingħatat kull direct order?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni – każijiet pendenti
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm każijiet pendenti quddiem il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni? Jista' jgħid kemm ilhom pendenti l-każijiet quddiem din il-Kummissjoni?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.