Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sodda fid-djar tal-anzjani privati kienu/huma mixtrija mill-Gvern għas-snin 2020 u 2021, maqsuma dar b'dar? Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża globali, imħallsa mill-Gvern lil kull dar għas-sena 2020 u 2021?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Infrastructure Malta — Triq is-Salina – xogħol – diskrepanzi fil-livell
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu jew le li fuq ix-xogħol li kien għaddej minn Infrastructure Malta fil-bidu ta’ Triq is-Salina viċin ir-roundabout li tagħti għal Triq il-Kosta instabux diskrepanzi fil-livelli li fuqhom kien qed jaħdem il-kuntrattur?
Response (BORG, IAN)
Infrastructure Malta bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 750 toroq residenzjali u rurali minn kemm ilha li twaqqfet fis-sajf tas-sena 2018, li jfisser li lestiet medja t’aktar minn erba’ toroq fil-ġimgħa f’dawn l-aħħar snin.
L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna, bħal Marsa Junction Project u l-Breakwater tal-Qrejten, f’Marsaxlokk, u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn.
Infrastructure Malta qed twettaq ukoll proġetti ewlenin oħrajn bħal Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project, fir-roundabout tal-Ajruport, il-Gudja, il-proġett ta’ Triq Għeriexem, ir-Rabat, Central Link Project, bejn Ħ’Attard u l-Imrieħel u Grand Harbour Clean Air Project, l-investiment ta’ madwar €50 miljun li se jwassal għal tnaqqis ta’ 90 fil-mija mit-tniġġis tal-arja tal-vapuri għal aktar minn 17,000 familja li jgħixu madwar il-Port il-Kbir.
L-aġenzija ħadet f’idejha wkoll proġetti li kien ilhom fuq l-ixkaffa ħafna snin, iżda baqgħu ma sarux. Fost dawn hemm il-proġett fis-Salina li qed issir referenza għalih, u li qed jibdel ¿ona li tħalliet mitluqa żmien twil fi ġnien żgħir, b’għadd ta’ siġar ġodda, bankijiet u għamara oħra tal-ġonna, u bi spazji ta’ parkeġġ għal dawk li jgħixu fil-qrib jew iżuru dawn l-inħawi. Il-proġett qed jitwettaq ukoll taħt is-superviżjoni tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali minhabba s-sensittivita storika taż-żona. Ix-xogħlijiet kellhom jieqfu bla mistenni fix-xhur li għaddew minħabba diffikultajiet tekniċi li l-aġenzija, il-periti tagħha u l-kuntratturi ma’ kellhom l-ebda kontroll fuqhom. Il-proġett mistenni jkun lest, inkluż it-tħawwil tas-siġar u pjanti oħra biex din iż-żona tkompli tissebbaħ, fl-ewwel kwart tas-sena d-dieħla.
Rigward il-livelli tat-toroq, huma determinati u rregolati mill-Awtorità tal-Ippjanar. Għalhekk, din il-mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitkompla u jitlesta x-xogħol li qed isir minn Infrastructure Malta fil-bidu ta’ Triq is-Salina viċin ir-roundabout li tagħti għal Triq il-Kosta liema xogħol issa ilu li nbeda għal numru ta’ xhur li iżda baqa’ ma’ tlestiex?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għal risposta tal-mistoqsija parlamentari 22566 tal-istess Seduta.
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex jara li fil-blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, isir ix-xogħol meħtieġ sabiex ikun konkluż xogħol li baqa’ jsir sabiex ikun installat il-lift f’din il-blokka?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar kellha tindirizza sitwazzjoni ta’ non-performance mill-kuntrattur li wassal biex jintemm il-kuntratt tax-xogħlijiet. Hekk skond il-proċeduri tal-Procurement Pubbliku, il-kuntratt issa sejjer jiġi awarded mill-ġdid lil kuntrattur ieħor li ħa jkun qiegħed ikompli dawn ix-xogħlijiet qabel l-aħħar ta’ din is-sena.
Baġit 2022 – Vot 5903 — Financial Services Gozo Foundation
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-funzjoni tal-Financial Services Gozo Foundation li qed jiġi propost li ħa jiġu vvutati €20,000 fl-2022 (Vot 5903)? Kif hija mmexxija din il-fondazzjoni u jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-att li tikkostitwixxiha?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol, flimkien mal-Ministeru għal Għawdex, se jkunu qegħdin jaraw kif l-għanijiet ippjanati għall-imsemmija Fondazzjoni jiġu mgħoddija lill-l-Awtorità għall-Izvilupp Reġjonali ta’ Għawdex, flimkien ma xi fondi li qegħdin jiġu ivvutati ghalijha.
Baġit 2022 – Vot 5876 – żieda fin-nefqa tal-programmi tal-Jobsplus
Question
Fir-rigward ta' Vot 5876, jista' l-Ministru jispjega għala l-gvern qed jipproponi żieda ta' €600,000 fin-nefqa tal-programmi tal-Jobsplus li primarjament hija l-Community Workers Scheme li fiha diġà hemm aktar minn 1,200 ħaddiem meta l-figuri tal-qagħad huma tant baxxi li min iħaddem qed isibha diffiċli biex isib biżżejjed ħaddiema għall-attività ekonomika tiegħu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Filwaqt li l-Onor. Interpellant qed jirrikonoxxi li l-gzira Għawdxija qatt ma kellha l-ammont ta’ Għawdxin f’impjieg daqs illum, ngħarrfu li z-zieda ta' €600,000 fin-nefqa tal-programmi ta’ Jobsplus tinkludi zidiet fl-ispiza ta’ skemi/inizzjattivi mogħtija:
· Mil-Lino Spiteri Foundation biex issib impjieg lil persuni b’dizabilità u tgħinhom izommu l-impjieg permezz ta’
job coaching
;
· mil-
Community Work Scheme Enterprise Foundation
biex tgħin persuni vulnerabbli billi tagħmillhom profil, tħarrighom, tpoġġihom fuq xogħol komunitarju u tibqa’ iseggwihom;
· taħt l-inċentivi fiskali biex kumpaniji li jħaddmu jiġu mgħejuna jimpjegaw persuni b’ dizabilità;
· -minn
Jobsplus
biex torganizza u tiprovdi taħriġ relatat mas-suq tax-xogħol.
Jista' l-Ministru jispjega kif fl-2022, Jobsplus beħsiebha tutilizza l-ammonti li ser iġġib mill-Fondi Strutturali Ewropej 2014-2020 taħt Vot 7836 (ii) (€6,751,000) u Vot 7936 (ii) (€3,688,000)?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Jobsplus beħsiebha tutilizza l-ammonti li ser iġġib mill-Fondi Strutturali Ewropej 2014-2020, taħt Vot 7836 (ii) (€6,751,000), u Vot 7936 (ii) (€3,688,000), fuq proġetti u skemi imsemmijja hawn taħt:
·
Access to Employment Aid Scheme
·
Training for Employment Project
·
Investing in Skills Aid Scheme
·
VASTE Programme
·
Youth Guarantee Scheme
Prevention of Human Trafficking, Cannabis Educational Reform u Integration Strategy and Action Plan – nefqa
Question
Jista' l-Ministru jispjega kif fl-2020 intefqu l-ammonti ta' €172,253 fuq "Prevention of Human Trafficking", €304,651 fuq "Cannabis Educational Reform" u €486,854 fuq "Integration Strategy and Action Plan"?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jispjega għala l-Gvern iqis il-Gozo Heliport bħala entità governattiva u fl-Estimi 2022 qed jipproponi spiża ta' €300,000 taħt Vot 6844? Kif ser jintefqu dawn il-flus u kif ser jintefaq l-ammont addizjonali ta' €100,000 (Vot 7240) għar-riġenerazzjoni tal-mitjar?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif intqal fid-diskors tal-budget, dan il-Gvern ser itejjeb il-konnettività bejn il-gżejjer Maltin u Għawdxin u ser jiġu mmodernizzati l-faċilitajiet tal-Heliport fix-Xewkija.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22519 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna mietet waqt li kienet qed tinżamm fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u/jew f'xi post jew bini ieħor li hu dikjarat jew li jitqies li hu ħabs skont id-dispożizzjonijiet tal-artikolu 3 tal-Att dwar il-Ħabs (Kap. 260 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'kienet l-età u s-sess ta' kull persuna, x'kienet il-kawża tal-mewt ta' kull persuna u l-post jew bini li fih kienet qed tinżamm?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar biex tingħata l-informazzjoni b'mod sħiħ u skont kif mitluba, u dan minħabba filing antik.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni li mietu waqt li kienu qed jiskontaw sentenza
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22520 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna mietet waqt li kienet qed tiskonta sentenza ta' priġunerija jew detenzjoni fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u/jew f'xi post jew bini ieħor li hu dikjarat jew li jitqies li hu ħabs skont id-dispożizzjonijiet tal-artikolu 3 tal-Att dwar il-Ħabs (Kap. 260 tal-Liġijiet ta' Malta) iżda li l-mewt tagħha seħħet f'post ieħor li mhux il-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u/jew f'xi post jew bini ieħor li hu dikjarat jew li jitqies li hu ħabs skont id-dispożizzjonijiet tal-artikolu 3 tal-Att dwar il-Ħabs (Kap. 260 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-età u s-sess tal-persuna, x'kienet il-kawża tal-mewt ta' kull persuna u l-post jew bini li fih seħħet il-mewt tal-persuna?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar biex tingħata l-informazzjoni b'mod sħiħ u skont kif mitluba, u dan minħabba filing antik.
Direttur tas-Servizzi Korrettivi / Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22521 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, l-isem u l-kunjom ta' kull persuna li mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, serviet jew qiegħda sservi bħala Direttur tas-Servizzi Korrettivi u/jew Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi? Jista' l-Ministru jgħid id-data ta' meta kull wieħed mill-istess persuni ġew maħtura u meta spiċċat il-ħatra tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar biex tingħata l-informazzjoni b'mod sħiħ u skont kif mitluba, u dan minħabba filing antik
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu Extra Duty il-Pulizija fis-snin 2018 u 2019, xahar b'xahar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-ammont ta’ Extra duty li tħallsu għas-snin 2018 u 2019 huma kif indikat hawn taħt.
Payroll / Year
Amount
2018-01 Total
312903.3
2018-02 Total
550427.7
2018-03 Total
290370.3
2018-04 Total
263579.3
2018-05 Total
237929.9
2018-06 Total
264432.7
2018-07 Total
368209.7
2018-08 Total
263819.3
2018-09 Total
259065.5
2018-10 Total
284956
2018-11 Total
273082.8
2018-12 Total
373259.2
2018-13 Total
227702.5
Grand Total
3923809
Payroll / Year
Amount
2019-01 Total
225483.5
2019-02 Total
514387.8
2019-03 Total
211817.1
2019-04 Total
348046.8
2019-05 Total
119361
2019-06 Total
222214
2019-07 Total
611075.3
2019-08 Total
442673.7
2019-09 Total
333223.1
2019-10 Total
359343.3
2019-11 Total
1055097
2019-12 Total
301188.9
2019-13 Total
274692.4
Grand Total
5018604
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu f'overtime lill-Pulizija fis-snin 2018 u 2019, xahar b'xahar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-ammont ta’ overtime li tħallsu għas snin 2018 u 2019 xahar b’xahar huma kif indikat fit-tabella t’hawn taħt.
Payroll / Year
Amoun
t
2018-01 Total
192043
2018-02 Total
234889.4
2018-03 Total
202310.7
2018-04 Total
255342.1
2018-05 Total
319629.1
2018-06 Total
2972.41
2018-07 Total
347068.7
2018-08 Total
353331.9
2018-09 Total
410807.1
2018-10 Total
472074.2
2018-11 Total
466973.1
2018-12 Total
476791.2
2018-13 Total
483408.7
Grand Total
4217642
Payroll / Year
Amount
2019-01 Total
736288.2
2019-02 Total
725005.1
2019-03 Total
710485.9
2019-04 Total
673590
2019-05 Total
800280
2019-06 Total
1887.97
2019-07 Total
905308.9
2019-08 Total
783702.8
2019-09 Total
799484
2019-10 Total
829371.2
2019-11 Total
1334658
Immigranti rregolari li ġew irritornati lejn pajjiżhom
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22493 u jgħid kemm eżattament kienu l-immigranti rregolari li ġew irritornati lejn pajjiżhom fl-ewwel 9 xhur tas-sena 2021?
Immigranti rregolari li ġew irritornati lejn pajjiżhom
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22494 u jgħid x'kienet l-età ta’ kull immigrant irregolari li ġie rritornat/a lejn pajjiżu/ha fl-ewwel 9 xhur tas-sena 2021?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22495 u jgħid min ħallas għar-ripatriazzjoni tal-immigranti rregolari lejn pajjiżhom fl-ewwel 9 xhur tas-sena 2021 u kemm kienet l-ispiża għal dan?
Immigranti rregolari li ġew irritornati lejn pajjiżhom
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22496 u jgħid lejn liema pajjiżi ġew ritornati immigranti irregolari fl-ewwel 9 xhur tas-sena 2021?
Jista’ l-Ministru jindika meta ser jibda jitħaddem il-kunċett tal-pulizija fil-komunità (community policing) fil-lokalitajiet ta’ San Pawl il-Baħar u n-Naxxar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li kif ġie mħabbar fl-aħħar jiem, il-proġett tal-community policing ser jibda jitħaddem f’San Pawl il-baħar fil-ġimgħat li ġejjin.