Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ proġetti li wettqet jew ħadmet fuqhom Projects Plus Ltd minn mindu twaqqfet sal-ġurnata ta’ din il-mistoqsija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Din hija l-lista mitluba:
· Corradino Rugby Complex
· Birżebbuġa Regeneration Masterplan
· Birzebbuġa Multi-storey Car Park (Freeport)
· Freeport Social Responsibility Project
· Barts Medical School – Malta Enterprise Project
· St. Luke’s Hospital and Gozo General Hospital
· Marsaxlokk Regeneration
· Mrieħel Embellishment
Projects Plus Ltd – Persuni li jaħdmu fil-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħaddem persuni magħha, direttament jew indirettament, il-kumpanija Projects Plus Ltd li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-kumpanija msemmija timpjega 20 persuna magħha.
Projects Plus Ltd – proċedura ta’ għażla ta’ ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid b’liema proċedura ntgħażlu l-persuni li jaħdmu ma’ Projects Plus Ltd?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li 2 persuni ġew detailed mis-servizz pubbliku, 3 persuni ġew redeployed minn ma’ kumpanija tal-Gvern, persuna waħda hija mislufa minn entita’ tal-Gvern u 14-il persuna ġew impjegat bil-proċess indikat taħt il-proċeduri tal-Gvern.
Ta’ Xbiex – Triq il-Prinċipessa Margerita – pelican lights
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk tistax tiġi stallata pelican lights fit-Triq il-Prinċipessa Margerita, Ta’ Xbiex peress li din it-triq saret traffikuża ferm?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dawn it-talbiet normalment jiġu mressqa mill-Kunsill Lokali rispettiv. F’dan il-każ Transport Malta se tkun qed tieħu nota ta’ dan is-suġġeriment u ser tibda il- proċess ta’ konsultazzjoni u ta’ studju sabiex tiġi evalwata din it-talba.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti li sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, kull entità taħtu għandha, il-ħlas u perkaċċi kollha li għandhom, rispettivament, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu, rispettivament?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentatment hemm Commercial & General Consultant, Advisorfuq PPPs u Legal Advisor ingaġġati mal-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti li sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, kull entità taħtu għandha, il-ħlas u perkaċċi kollha li għandhom, rispettivament, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu, rispettivament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru m’għandux konsulenti mal-entitajiet li jaqgħu taħtu.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti li sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, kull entità taħtu għandha, il-ħlas u perkaċċi kollha li għandhom, rispettivament, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu, rispettivament?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet - konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet jgħid min huma l-konsulenti li sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, kull entità taħtu għandha, il-ħlas u perkaċċi kollha li għandhom, rispettivament, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu, rispettivament?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta18 - konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta18 jgħid min huma l-konsulenti li sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, kull entità taħtu għandha, il-ħlas u perkaċċi kollha li għandhom, rispettivament, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu, rispettivament?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti li sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, kull entità taħtu għandha, il-ħlas u perkaċċi kollha li għandhom, rispettivament, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu, rispettivament?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-unika entità taħt id-dekasteru tiegħi li tingaġġa konsulent hi l-WasteServ. Il-konsulent hu ngaġġat biex jagħti servizz ta’ Project Management Advisor fuq bażi full time bl-għażla li jista jaħdem reduced hours ta’ mhux anqas minn 21 siegħa fix-xahar. Il-paga hi ta’ €34,065.16 li tinħadem pro rata skont is-sigħat li jaħdem. Il-perkaċċi huma allowance tal-karozza ta’ €4,659 p.a. (maħdum pro-rata); allowance tat-telefon/mobile/internet ta’ €815 fis-sena; u Performance Bonus ta’ 15% tas-salarju bażiku (maħdum pro-rata).
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħlijiet saru u x’beħsiebhom isiru tul din il-leġiżlatura fil-Gudja? Jista’ jindika kemm kienet in-nefqa s’issa u kemm hija ppjanata li tkun?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li saru s’issa huma:
· Tiswijiet fil-
Boundary Wall
Triq il-Ġibjun, Gudja By-pass. In-nefqa fuq dawn ix-xogħlijiet kienet dik ta’ € 1,954.99.
· Filwaqt wkoll fil-Gudja saru xogħlijiet ta’
patching
u manutenzjoni tal-infrastruttura. Il-parti l-kbira ta’ dawn ix-xogħlijiet saru f’Dawret il-Gudja. In-nefqa sa issa hija stmata €15,000.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħlijiet saru u x’beħsiebhom isiru tul din il-leġiżlatura f’Ħal-Għaxaq? Jista’ jindika kemm kienet in-nefqa s’issa u kemm hija ppjanata li tkun?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Ħal Għaxaq saru xogħlijiet ta’ patching u manutenzjoni tal-infrastruttura. Il-parti l-kbira ta’ dawn ix-xogħlijiet saru f’Dawret Ħal Għaxaq. In-nefqa sa issa hija stmata €15,000.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħlijiet saru u x’beħsiebhom isiru tul din il-leġiżlatura f’Raħal Ġdid? Jista’ jindika kemm kienet in-nefqa s’issa u kemm hija ppjanata li tkun?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li saru s’issa huma:
· Tiswija ta’ ħajt fi Triq il-Perit Mintoff.
· Tiswija tar-rounabout fi Triq il-Baċir, Kordin.
· Tiswija ta’ traffic island fl-area ta’ Kordin.
In-nefqa fuq dawn ix-xogħlijiet kienet dik ta’ € 2,369.32.
Barra minn hekk, x-xogħlijiet li beħsiebhom isiru huma:
· Kostruzzjoni ta’ uffiċini u faċilitajiet anċillari f’Laboratory Wharf- (xogħol li qed isir għad-Dipartiment tad-Dwana).
· Xogħlijiet ta’ alterazzjoni f’bini (ex- Quality Control Section) ġewwa Kordin – (xogħol li qed isir għall-Building Regulations Office).
In-nefqa fuq dawn ix-xogħlijiet hija stmata li tkun dik ta’ € 981,408.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħlijiet saru u x’beħsiebhom isiru tul din il-leġiżlatura fil-Fgura? Jista’ jindika kemm kienet in-nefqa s’issa u kemm hija ppjanata li tkun?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta għamlet xogħlijiet f’dawn it-toroq imsemmija hawn taħt. Indikat ukoll l-istima tax-xoghlijiet li saru. Tul din il-legislatura, fil-Fgura, Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi , liema lista qed isir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Triq il-Ġdida fi Triq il-Merħba, Fgura
€50,000
Parti minn Triq Għarnuq, Fgura
€25,000
Parti minn Triq Pawlu Micallef, Fgura
€50,000
Titjieb fil-Junction fi Triq id-Dejma, Fgura
€20,000
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħlijiet saru u x’beħsiebhom isiru tul din il-leġiżlatura f’Ħal Tarxien? Jista’ jindika kemm kienet in-nefqa s’issa u kemm hija ppjanata li tkun?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li saru s’issa huma:
· Tiswija ta’ central strip fi Triq San Anard, Tarxien.
· Tiswija tal-boundary wall fi Triq Tal-Barrani, Tarxien.
In-nefqa fuq dawn ix-xogħlijiet kienet ta’ € 899.01.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi , liema lista qed isir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3142, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux jikkunsidra li jbiddel il-proċedura biex ir-rispons tal-ambulanza f'Għawdex, f’każi ta’ emerġenza, ikun iktar immedjat? Peress li s'issa dejjem kienet il-prassi li, f’każ ta’ emerġenza, l-ambulanza titlaq mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex, imbagħad tmur tiġbor it-tabib miċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat Għawdex, imbagħad minn hemm tmur fuq il-post tal-inċident, jista’ jgħid huwiex possibbli li l-ambulanza tibda titlaq mill-Isptar Ġeneral ta’ Għawdex bit-tabib mill-Isptar t'Għawdex biex tevita t-traffiku ta’ Pjazza San Franġisk u ta’ ħdejn is-Seminarju tar-Rabat Għawdex?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa għaddej taħriġ pre-hospital sabiex il-bżonn li jintbagħat tabib mal-ambulanza jkompli jonqos.
Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma – Chairman
Question
Jista' l-Ministru jgħid mit-twaqqif tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) sal-lum, kemm-il Chairman ġew maħtura u għal kemm żmien kienet il-ħatra, jekk kienx hemm re-appointment, u jekk il-ħatra kenitx fuq bażi part-time jew full-time?
Response (MIZZI, JOE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 3003 magħmula mill-istess Interpellant, ninfurmah li din il-ħatra kienet fuq bażi part-time.
Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma – Chief Executive Officer
Question
Jista' l-Ministru jgħid mit-twaqqif tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) sal-lum, kemm il-Chief Executive Officer ġew maħtura u f’kull każ għal kemm żmien kienet il-ħatra?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mit-twaqqif tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma inħatar Chief Executive Officer wieħed biss, bil-ħatra tkun għal ħames snin.
Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma — direttorati
Question
Jista' l-Ministru jgħid mit-twaqqif tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Energija u l-Ilma (REWS) sal-lum, jekk twaqqfux xi direttorati fi ħdan ir-Regolatur u jekk iva fir-rigward ta’ liema oqsma?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma twaqqaf ebda direttorat fi ħdan ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma.