Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #4577 Sitting 92 2018-03-12 Oral · Final From: ROSIANNE CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – xogħol u xiri ta’ kotba minn kumpanija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol jew inxtrawx kotba mingħandha mill-Ministeru tiegħu, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b’sena, minn Jannar 2000 sa Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax jew jekk ix-xiri sarx b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti jew ix-xiri li sar?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba dwar ix-xogħol mal-kumpanija li isimha ingħata b’mod separat, jinsabu fit-tabella t’hawn taħt. Ix-xogħol, li sar kollu b’direct order, kien jikkonsisti f’xiri ta’ kotba, reklamar f’kampanji fuq billboards, self ta’ ritratti, reklamar fuq kotba u sponsorship. OPM €25,053.89 MITA €13,881 MFSA €14,785.70* MCA €15,786 Total €69,506.61 *Din l-ispiża biss tinkludi l-VAT.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – xogħol u xiri ta’ kotba minn kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw b’mod separat, ingħatatx xogħol jew inxtrawx kotba mingħandha mill-Ministeru tiegħu, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b’sena, minn Jannar 2000 sa Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax jew jekk ix-xiri sarx b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti jew ix-xiri li sar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif li ngħatajt bi tweġiba għal din il-mistoqsija qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kif se nsemmi: Lista ‘A’ – Ministeru/Direttorati/Dipartimenti Lista ‘B’ – Entitajiet fil-MEDE

Kunsill Lokali Ħal Qormi – divoluzzjoni tal-art ta’ fejn il-Klabb tal-Boċċi ta’ San Sebastjan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi għad-divoluzzjoni tal-art ta’ fejn il-Klabb tal-Boċċi ta’ San Sebastjan f’Ħal Qormi, liema kunsill meta jien kont Sindku kont ħejjejt pjanijiet sabiex l-Għaqda Kaċċaturi Nassaba, il-1st Qormi Scout Group u l-Qormi Athletic Club ikollhom premises uffiċjali tagħhom biex joperaw?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi, kif ukoll mal-għaqdiet kollha interessati sabiex din id-devoluzzjoni ssir bi qbil bejn il-partijiet kollha.

Ħal Qormi – Triq il-Kanun – xogħol ta’ bdil ta’ servizzi u asfaltar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta’ bdil ta’ servizzi u asfaltar fi Triq il-Kanun Ħal Qormi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq l-ewwel parti ta’ Triq il-Kanun, madwar 75% tax-xogħol huwa konkluż. Inbeda x-xogħol fuq it-tieni parti, bit-tibdil ta’ mains tal-ilma, u l-kumplament tax-xogħlijiet inkluż l-asfaltar tat-triq mistenni jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.

Ħal Qormi – Triq Dun Marju – culverts

Question

Peress li fi Triq Dun Marju Ħal Qormi jgħaddi ammont mhux ħażin ta’ ilma, jista’ l-Ministru jgħid għadx hemm il-ħsieb li jsiru xi culverts sabiex tittaffa l-problema?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li nħarget sejħa għall-offerti biex isir dan ix-xogħol u hu maħsub li dan ix-xoghol jinbeda fil-futur qasir.

Ħal Qormi – manutenzjoni taċ-ċimiterju

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jkun lest ir-rapport dwar il-manutenzjoni taċ-ċimiterju ta’ Ħal Qormi eżattament in-naħa ta’ San Sebastjan fejn qed iżomm ħafna ilma?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-manutenzjoni fuq is-sit imsemmi minnha se jibda’ dalwaqt.

Maħfra Presidenzjali lil persuni suspettati b’delitt

Question

Fost in-nies hemm ix-xniegħa li t-tliet persuni suspettati u akkużati li wettqu d-delitt tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ jkun li jiġu offruti l-Maħfra Presidenzjali. F’dan il-kuntest u fl-interess pubbliku u sabiex titwaqqaf kull spekulazzjoni, jista’ l-Ministru jgħid: Jekk il-Gvern ikkunsidrax li joffri l-Maħfra Presidenzjali lil xi wieħed mit-tliet akkużati?, Jekk il-Maħfra Presidenzjali ġietx offruta lil xi ħadd mit-tliet akkużati?, Jekk il-Maħfra Presidenzjali ġiet offruta allura jekk ġietx aċċettata, jekk ġietx irrifjutata, jew jekk hux qegħda tiġi kkunsidrata?, Jekk il-Maħfra Presidenzjali hux ser tiġi offruta lil xi ħadd mill-akkużati?, u Jekk il-possibbilità ta’ Maħfra Presidenzjali f’dan il-kuntest ġietx eliminata, u jekk inhu hekk, għal liema raġunijiet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-Tweġiba li qed tingħata għall-Mistoqsija Parlamentari 4589.
Leg 13 PQ #4589 Sitting 92 2018-03-12 Oral · Final From: MARLENE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Maħfra Presidenzjali lil persuni suspettati b’delitt

Question

Fost in-nies hemm ix-xniegħa li t-tliet persuni suspettati u akkużati li wettqu d-delitt tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ jkun li jiġu offruti l-Maħfra Presidenzjali. F’dan il-kuntest u fl-interess pubbliku, sabiex titwaqqaf kull spekulazzjoni, jista’ l-Prim Ministru jgħidilna: Jekk il-Gvern ikkunsidrax li joffri l-Maħfra Presidenzjali lil xi wieħed mit-tliet akkużati?, Jekk il-Maħfra Presidenzjali ġietx offruta lil xi ħadd mit-tliet akkużati?, Jekk il-Maħfra Presidenzjali ġiet offruta, allura jekk ġietx aċċettata, jekk ġietx irrifjutata, jew jekk qed tiġi kkunsidrata?, Jekk il-Maħfra Presidenzjali hux ser tiġi offruta lil xi ħadd mill-akkużati?, u Jekk il-possibbilità ta’ Maħfra Presidenzjali f’dan il-kuntest ġietx eliminata, u jekk inhu hekk għal liema raġunijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kontenut tad-domandi huma spekulazzjonijiet u konġetturi bla bażi. Il-Gvern huwa impenjat li bl-istess mod li ġew arrestati u tressqu quddiem il-Qorti tliet persuni akkuzati bl-omiċidju ta' Daphne Caruana Galizia, hekk ukoll tkun magħrufa l-verità kollha fuq dan il-każ.

Drittijiet tal-ġenituri li jibagħtu lil uliedhom l-iskola

Question

Jista’ l-Ministru jindika x’inhuma d-drittijiet tal-ġenituri li jibagħtu lil uliedhom l-iskola?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-drittijiet, kif ukoll id-dmirijiet, tal-ġenituri huma dawk li jinsabu fl-Att dwar l-Edukazzjoni Kap 327 tal-Liġijiet ta' Malta.

Universita’ ta’ Malta: Spiża tal-korsijiet mogħtija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża fuq kull kors mogħti mill-Università ta’ Malta? Kemm hemm studenti li qed jattendu fuq kull kors mogħti mill-Università?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li lista bin-numri ta’ studenti kurrenti li qed isegwu kors fl-Università ta’ Malta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din il-lista hija maqsuma skont il-kors li l-istudenti qed isegwu bħalissa. Il-kumplament tat-tagħrif mitlub ikun jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra bħala informazzjoni addizzjonali hekk kif tingħatali din l-informazzjoni mill-Università ta’ Malta. (Informazzjoni Addizzjonali: Ara dokument PL1671 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 114 nhar it-Tnejn 21 ta' Mejju 2018)

Skejjel Primarji: Spiża totali fuq kull student

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija n-nefqa totali għal kull sena għal kull student li jattendi l-iskejjel primarji mmexxija mill-Istat? X’qed tinkludi din in-nefqa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi għas-sena 2017, in-nefqa għat-teaching staff fl-iskejjel primarji tal-Istat kienet ta’ €1,911.94 kull student. Din iċ-ċifra tinkludi s-servizzi ta’ LSAs u tas-superviżjoni.

Family Clinics: Incredible Years Parenting Programme

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3874, jista’ l-Ministru jindika aktar dwar fiex jikkonsisti l-intervent terapewtiku li huwa bbażat fuq l-Incredible Years Parenting Programme? X’għandu wieħed jagħmel biex jingħata dan is-servizz mogħti mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Incredible Years Parenting Programme, li jiġi offrut mill-Home Based Therapeutic Services(HBTS), huwa programm illi jgħin lill-familji vulnerabbli, jaddottaw trobbija pożittiva meta jkunu qed irabbu lil uliedhom. Hekk kif l-bżonnijet tat-tfal ivarjaw skont l-eta` tagħhom, l-programm jaddatta skont dawn in-neċessitajiet. Il-programm joffri bejn wieħed u ieħor, 18-il sezzjoni u juża diversi metodi biex jgħin lill-ġenituri jitgħallmu aktar dwar trobbija pożittiva, fosthom role plays u diskussjonijiet ibbażati fuq video clips. Il-ġenituri jingħatalhom tgħarif bil-miktub dwar x’ikunu iddiskutew u anke` jkunu mħeġġa jieħdu sehem f’attivitatjiet speċifiċi mat-tfal tagħhom bejn sezzjoni u oħra. Dan il-programm bħalissa qed jingħata lill-familji li jkunu ġew referuti minn servizzi oħra tal-Fondazzjoni, b’mod partikolari miċ- Child Protection Services , u Looked After Children . Minħabba d-diffikultajiet illi l-familji vulnerabbli jkunu qed jgħaddu minnhom, u d-diffikulta` li dawn il-familji jsibu sabiex jattendu għall-appuntamenti barra mid-dar tagħhom, dan il-program jiffokka fuq l-individwu u jaħdem mal-familji ġewwa d-dar tagħhom.

Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi – ħaddiema

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il ħaddiem iddaħħal jaħdem mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda u jagħti l-grad u t-titlu li ngħata kull ħaddiem? Jista’ jgħid ukoll f'liema sezzjoni tal-FMS qiegħed jaħdem bħalissa, kull ħaddiem ingaġġat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Divorzji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm divorzji mill-introduzzjoni tal-Liġi tad-Divorzju sal-ġurnata tal-lum, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex separatament?

Response (BONNICI, OWEN)

In-numru ta’ talbiet għal divorzju f’Malta mill-introduzzjoni tal-liġi dwar id-Divorzju sal-5 ta’ Marzu 2018 huwa kif indikat fit-tabella t’hawn taħt: SenaTalbiet għal divorzju milqugħa 2011 (minn Ottubru sa Diċembru)42 2012432 2013349 2014320 2015354 2016367 2017310 2018 (sal-5 ta’ Marzu)68 In-numru ta’ talbiet għal divorzju f’Għawdex mill-introduzzjoni tal-liġi dwar id-Divorzju sal-5 ta’ Marzu 2018 huwa kif indikat fit-tabella t’hawn taħt: SenaTalbiet għal divorzju milqugħa 2011 (minn Ottubru sa Diċembru)2 201218 201311 20145 201522 201612 201715 2018 (sal-5 ta’ Marzu)1

Separazzjonijiet u Annullamenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta’ separazzjonijiet u annullamenti taż-żwieġ li seħħew f’din il-Leġiżlatura?

Response (BONNICI, OWEN)

In-numru ta’ kawżi ta’ separazzjoni personali jew tal-annullament taż-żwieġ li daħlu quddiem il-Qorti Ċivili ta’ Malta (Sezzjoni tal-Familja) f’din il-leġiżlatura u għalhekk mill-24 ta’ Ġunju 2017 sas-6 ta’ Marzu 2018 kienu dawn: Introdotti Kawżi ta’ separazzjonijiet 64 Kawżi ta’ annullament 7 In-numru ta’ kawżi ta’ separazzjoni personali jew ta’ annullament taż-żwieġ li daħlu quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) Sezzjoni tal-Familja, f’din il-leġiżlatura u għalhekk mill-24 ta’ Ġunju 2017 sas-6 ta’ Marzu 2018 kienu dawn: Introdotti Kawżi ta’ separazzjoni 5 Kawżi ta’ annullament 1

Separazzjonijiet imwaqqa’

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm kien in-numru ta’ separazzjonijiet li saru f’din il-leġiżlatura u li twaqqgħu minħabba medjazzjoni jew minħabba ftehim milħuq bejn il-koppja?

Response (BONNICI, OWEN)

L-Informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar is-separazzonijiet li saru fil-Qorti ta’ Malta f’din il-leġi¿latura (mill-24 ta’ Ġunju 2017 sal-5 ta Marzu 2018) u li fihom inbdiet il-medjazzjoni hija kif muri fit-tabella t’hawn taħt: Total ta’ talbiet għal separazzjoni permezz ta’ ittri jew noti li jwasslu għall-proċess ta’ medjazzjoni833 Total ta’ rikonċiljazzjonijiet44 Total ta’ separazzjoni bonarja 527 Total ta’ ka¿ijiet fejn ma ntlaħaqx ftehim waqt il-medjazzjoni u l-partijiet ġew awtorizzati jipproċedu b’kaw¿a ta’ separazzjoni 256 L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar is-separazzonijiet li saru f’din il-leġi¿latura (mill-24 ta’ Ġunju 2017 sal-5 ta Marzu 2018) fil-Qorti ta’ Għawdex u li fihom inbdiet il-medjazzjoni hija kif muri fit-tabella t’hawn taħt: Total ta’ talbiet għal separazzjoni permezz ta’ ittri jew noti li jwasslu għall-proċess ta’ medjazzjoni 44 Total ta’ rikonċiljazzjonijiet 5 Total ta’ separazzjoni bonarja 21 Total ta’ ka¿ijiet fejn ma ntlaħaqx ftehim waqt il-medjazzjoni u l-partijiet ġew awtorizzati jipproċedu b’kaw¿a ta’ separazzjoni 7

Djar Residenzjali tal-Anzjani — attivitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’attivitajiet ġew organizzati f’kull Residenza tal-Anzjani tal-Istat matul is-sena l-oħra?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, matul is-sena 2017, ġew organizzati diversi attivitajiet għall-anzjani, kemm ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule, kif ukoll fir-Residenzi tal-Anzjani tal-Istat, fosthom; - attivitajiet organizzati mill-Active Ageing Unit tad-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita`, bħal sezzjonijiet ta’ crafts u qari ta’ kotba; - attivitajiet ta’ tagħlim fit-tul illi jinkludi sessjonijiet ta’ tisjir; - sessjoniet fiżiċi; - ħruġ darbtejn fil-ġimgħa; dawn jinkludu ħruġ kulturali u ħruġ ta’ rikreazzjoni - ċelebrazzjonijiet spiritwali; - attivitajiet tal-Ġimgħa l-Kbira, tal-Milied u festi oħra; - attivitajiet oħra skont it-talba tar-residenti bħal dawk tas-sajd u logħob tal-boċċi; Residenza San Vincenz de Paule: - Attivitajiet Teatrali - ċelebrazzjonijiet spiritwali; - festini okkażjonali, bħal tal-karnival u tal-festa tal-maħbubin; - festini marbuta mal-festa ta’ Jum l-Omm u Jum il-Missier; - kunċerti mużikali; - barbeques; - festi tar-raħal; - ikliet barra mir-Residenza; - ħarġiet kulturali - diskussjonijiet u laqgħat - sessjonijiet ta’ logħob, kompetizzjonijiet u żfin

Ġenituri li ttelgħu l-Qorti minħabba assenteiżmu ta’ uliedhom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ dawk il-ġenituri li weħlu multi u li ttelgħu l-Qorti minħabba assenteizmu ta’ uliedhom mill-iskola matul din il-leġiżlatura u kemm minn dawn il-ġenituri ħallsu l-multa imposta fuqhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab annessa ma’ din ir-risposta. Contravention Status Total Tickets Judged - Paid 4 Judged - Not Paid 494 Judged - No Fine Due 73 Pending Judgement 1,009 Grand Total 1,580
Leg 13 PQ #4604 Sitting 92 2018-03-12 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Museum – Fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk ġewx allokati fondi tal-Unjoni Ewropea, taħt il-fondi ERDF, għall-proġett tal-Gozo Museum? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid kemm kien l-ammont li ġie allokat u għal liema perjodu ġew allokati? Tista' tgħid jekk intużawx xi fondi minn dawk allokati u jekk intużaw għal liema skop intużaw?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġew allokati €5 miljun mill-Fond Ewropew għall-proġett tal-Mużew ta’ Għawdex. Sa issa intużaw: €6,077 għall-Cost Benefit Analysis, €350,460 għal parti mis-servizz tal-Integrated Multidisciplinary Design Team u €33,563.92 għall-ħlas tal-permess tal-Planning Authority.

Importazzjoni tal-petrol għas-suq lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm importaw petrol l-aġenti lokali tal-kumpaniji barranin taż-żejt għas-suq lokali f’dawn l-aħħar 5 snin, sena b’sena? Jista’ jgħid min kienu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma joħroġ awtorizzazzjonijiet lill-importaturi li jirrilaxxaw l-karburanti għall-konsum fis-suq intern tal-karburanti liema awtorizzazzjonijiet jinħarġu taħt ir-Regolamenti dwar il-Petroleum fis-Suq tal-Karburanti bl-Ingrossa fuq l-Art, l-Ibbottiljar tal-LPG u l-Faċilitajiet tal-Ħżin Primarji. L-Aġenti lokali tal-kumpaniji barranin taż-żejt ma humiex regolamentati mir-Regolatur sakemm dawn ma jimpurtawx karburant fis-suq intern.