Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ uffiċċju jew sular tal-quad towers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu laħaqx innegozja jew qed jinnegozja xi ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-quad towers?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-informazzjoni miġbura la l-Ministeru nnifsu u lanqas l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma nnegogzjaw xi tip ta’ kirjiet fil-lok imsemmi.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet ta-Annimali — ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ uffiċċju jew sular tal-quad towers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu laħaqx innegozja jew qed jinnegozja xi ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-quad towers?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru li tiegħu jien responsabbli inklużi l-entitajiet, ma hemm u ma sar l-ebda ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-quad towers.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ uffiċċju jew sular tal-quad towers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu laħaqx innegozja jew qed jinnegozja xi ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-quad towers?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda negozju jew ftehim f’isem il Ministeru jew dipartimenti li jaqaw tahtu, ta’ kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-quad towers .

Ministeru għall-Ġustizzja u l-Governanza — ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ uffiċċju jew sular tal-quad towers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu laħaqx innegozja jew qed jinnegozja xi ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-quad towers?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor Interpellant li fil-Ministeru tiegħi, inkluż l-entitajiet, ma sarux u mhux qed isiru negozjati dwar ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ uffiċċini fil-binjiet msemmija minnu.
Leg 13 PQ #22206 Sitting 501 2021-10-25 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ministeru għall-Edukazzjoni — ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ uffiċċju jew sular tal-quad towers

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha jew xi entità li taqa’ taħtha laħaqx innegozja jew qed jinnegozja xi ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-quad towers?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li jien infurmata li l-Ministeru għall-Edukazzjoni inkluż l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma nnegozjawx jew qed jinnegozjaw xi ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-quad towers.

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — Safar fuq xogħol tal-Gvern

Question

Tista’ l-Ministru tgħid a. liema kienu s-safar fuq xogħol tal-Gvern li huwa kellu fl-2021 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza; b. liema kienu mħallsa minn fondi tal-Unjoni Ewropea u liema kienu minn fondi nazzjonali; c. min kellu fid-delegazzjoni tiegħu/tagħha; d. x’kienet l-ispiża totali ta’ kull safra msemmija?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox saru 4 żjarat fuq xogħol tal-Gvern. Waħda (1) miż-żjarat ġiet mħallsa minn fondi tal-Unjoni Ewropeja, filwaqt li t-tlieta (3) l-oħra tħallsu mill-fondi nazzjonali. F’kull żjara li saret, id-delegazzjoni ġiet iffurmata mill-impjegati tal-Ministeru stess u l-ispiża totali kienet ta’ €30,052.65.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — Safar fuq xogħol tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid a. liema kienu s-safar fuq xogħol tal-Gvern li huwa kellu fl-2021 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza; b. liema kienu mħallsa minn fondi tal-Unjoni Ewropea u liema kienu minn fondi nazzjonali; c. min kellu fid-delegazzjoni tiegħu/tagħha; d. x’kienet l-ispiża totali ta’ kull safra msemmija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Safar fuq xogħol tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid a. liema kienu s-safar fuq xogħol tal-Gvern li huwa kellu fl-2021 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza; b. liema kienu mħallsa minn fondi tal-Unjoni Ewropea u liema kienu minn fondi nazzjonali; c. min kellu fid-delegazzjoni tiegħu/tagħha; d. x’kienet l-ispiża totali ta’ kull safra msemmija?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur

Question

Jista’ l-Ministru jgħid a. liema kienu s-safar fuq xogħol tal-Gvern li huwa kellu fl-2021 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza; b. liema kienu mħallsa minn fondi tal-Unjoni Ewropea u liema kienu minn fondi nazzjonali; c. min kellu fid-delegazzjoni tiegħu/tagħha; d. x’kienet l-ispiża totali ta’ kull safra msemmija?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din is-sena kelli żjara uffiċċjali fil-Vatikan, flimkien mas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru u l-Kap tas-Segretarjat. L-ispiża totali kienet ta’ €3,569.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — Safar fuq xogħol tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid a. liema kienu s-safar fuq xogħol tal-Gvern li huwa kellu fl-2021 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza; b. liema kienu mħallsa minn fondi tal-Unjoni Ewropea u liema kienu minn fondi nazzjonali; c. min kellu fid-delegazzjoni tiegħu/tagħha; d. x’kienet l-ispiża totali ta’ kull safra msemmija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat lli t-tweġiba tinsab fit-tabella t’hawn taħt. Travels 2021 Dates: Scope of Visit: Destination: Delegates: Funded/ Not Funded: Total Expenditure: € 10th - 12th March 2021 Official Visit to Rome / Meetings with Italian Ministerial Officials Rome Hon. Minister, AFM Official and Ministry Official Not Funded 4,592.5 18th - 21st March 2021 MED-5 Athens Informal Ministerial Meeting Athens Hon. Minister, Ministry Official and International Protection Agency Official Not Funded 5,091.0 8th June 2021 Visit to Libya Libya Hon. Minister + 7 Government Officials Not Funded 25,310.0 30th Aug - 1st Sept 2021 Extraordinary JHA Council - Situation on Afghanistan Brussels Hon. Minister and two Ministry Officials EU Funded 3,053.42* 24th Sept - 26th Sept 2021 MED5 Malaga Spain Hon. Minister, two Ministry Officials and one International Protection Agency Official Not Funded 6,313.0 * Accomodation costs for this visit not included

Ministeru għall-Ġustizzja u l-Governanza — Safar fuq xogħol tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid a. liema kienu s-safar fuq xogħol tal-Gvern li huwa kellu fl-2021 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza; b. liema kienu mħallsa minn fondi tal-Unjoni Ewropea u liema kienu minn fondi nazzjonali; c. min kellu fid-delegazzjoni tiegħu/tagħha; d. x’kienet l-ispiża totali ta’ kull safra msemmija?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sat-18 t’Ottubru 2021.
Leg 13 PQ #22347 Sitting 501 2021-10-25 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Proġetti ta’ Cruise Liner Terminal u Yacht Marina f’Għawdex

Question

Jista’ il-Prim Ministru jwiegeb il-mistoqsija Parlamentari 20344 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid fiex wasal il-proċess quddiem il-Privatisation Unit sabiex isiru Cruise Liner Terminal u Yacht Marina oħra f'Għawdex? Meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq dawn iż-żewġ proġetti li kienu mwiegħda fil-programm elettorali tal-Partit Laburista tas-sena 2013?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, wara li kien ġie konkluż il-proċess tal-Espressjoni ta’ Interess (EOI) rigward il-proġett għal Konċessjoni għad-Disinn, Bini u Operat ta’ Cruise Liner Terminal u Yacht Marina fil-gżira ta’ Għawdex, dan għadda għall-istadju ta’ Rikjesta għall-Proposti (RFP). Sussegwentement, il-kumitat imwaqqaf mill-Privatisation Unit, kien evalwa s-sottomissjoni li rċieva u sottometta r-rapport bir-rakkomandazzjonijiet tiegħu. Ninsab infurmat li d-diskussjonijiet mal-proponent li ġie magħżul qegħdin jipprogressaw.

Tender

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender 'TENDER FOR GENERAL ROAD ASPHALTING WORKS IN TA’ SANNAT' (CfT CA Unique ID: SNTLC 05/2021) u jgħid fiex wasal il-proċess ta' din l-imsemmija tender?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #22359 Sitting 501 2021-10-25 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Birkirkara – Proġett ta’ Villa Lauri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett ta' Villa Lauri f'Birkirkara li kien tħabbar f'Jannar 2019 u jgħid jekk bdewx ix-xogħlijiet ta’ M&Es u Finishes ta' din il-binja?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 22262.
Leg 13 PQ #22360 Sitting 501 2021-10-25 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni

President tal-Kunsilli tal-Iskejjel ta’ Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma l-Presidenti tal-Kunsilli tal-Iskejjel ta' Għawdex kollu? Tista' tgħid f'kull każ, jekk il-persuna li qed isservi bħala President tal-Kunsill Skolastiku ġietx nominata mill-Ministru wara konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-lokalità u jekk hi nnominatx lill-persuna nominata mill-Kunsill inkella nnominat lil dik il-persuna li dehrilha hi? F'każ li l-Ministru ma mxietx mal-parir tal-kunsill lokali, tista' tagħti r-raġuni għaliex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Kunsilli Lokali flimkien mal-iskejjel ġew mistiedna jissottomettu l-ismijiet u kienu biss tliet (3) Kunsilli Lokali li wieġbu. Wara li kien hemm din il-konsultazzjoni, il-Presidenti tal-Kunsilli Skolastiċi fl-Iskejjel ta’ Għawdex, kif maħtura mill-Ministru għall-Edukazzjoni huma: Għajnsielem Primary Ms Mary Scicluna Għarb Primary Dr Lisa Brooke Kerċem Primary Ms Josephine Tabone Nadur Primary Ms Mary Gurr Qala Primary Mr Jesmond Borg Rabat Primary Mr Lorrie Saliba San Lawrenz Primary Ms Carmen Micallef Sannat Primary & Special Unit Mr Andrew Refalo Xagħra Primary Ms Rose Spiteri Xewkija Primary Rev. Michael Xuereb Żebbuġ Primary Ms Antoinette Psaila Middle School Dr Frank Abela Secondary School Mr Spiro Sillato
Leg 13 PQ #22361 Sitting 501 2021-10-25 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ta’ Sannat – Triq Sannat – sinjali fit-toroq

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20544 li ngħatat fl-10 ta' Mejju 2021 jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-raġunijiet għala għaddew ħames xhur u Triq Sannat, it-triq prinċipali li twassal għar-raħal Ta’ Sannat, għadha ma saritx fiha zebra crossing kif ukoll is-sinjal tan-nofs tat-triq biż-żebgħa li jifred karreġjata minn oħra? Jista’ jgħid meta ser isiru,peress li hemm periklu kbir f'din l-imsemmija triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sinjali tan-nofs biż-żebgħa saru. Rigward iż-żebra crossing, id-dawl ser jiġi nstallat x’ħin tiġi awarded it-tender tal-pjazza.
Leg 13 PQ #22362 Sitting 501 2021-10-25 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Proġett ta’ restawr tal-Akwedotti

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġett ta' restawr tal-Akwedotti? Jista’ jgħid x'tip ta' xogħol infrastrutturali sar fuq dan il-proġett matul is-sena 2021 u x'hemm ippjanat li jsir matul is-sena 2022?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-2021 ħarġet it-‘Tender for the Design, Supply, Erection, Certification, Maintenance & Dismantling of Structural Shoring to Part of the Aqueducts at Triq Papa Gwanni Pawlu II, Victoria, Gozo’, liema tender tagħlaq fid-29 ta’ Ottubru 2021.

Fast Ferries bejn Malta u Għawdex – diesel sussidjat

Question

Jista’ l-Ministru ġentilment jgħid jekk il-fast ferries bejn Malta u Għawdex hux qed jibbenefikaw minn diesel sussidjat?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Fast Ferries li qegħdin joperaw servizz skedat bejn il-Port il-Kbir u l-Mġarr, Għawdex kif stabbilit skond il-Port Notice maħruġa min Transport Malta TM/PYD/PN/2021 jibbenifikaw min rata zero. Dan kif stipulatt skond l-Att Dwar Dazju Tas-Sisa (Kap 382) f’paġna 49. Iż-żewġ dokumenti msemmija qed jitqiegħedu fuq il-Mejda tal-Kamra.

Żabbar – Triq Redeemer – leakage tal-ilma

Question

Tista’ l-Ministru ġentilment tara li leakage tal-ilma fi Triq Redeemer, Żabbar (il-leakage qiegħed lejn tarf Triq Redeemer, fejn tagħti għal Triq Sant Antnin,) li ilu jiġi rrappurtat għal dawn l-aħħar ħmistax, jiġi rranġat għax diġà inħela ħafna ilma nieżel lejl u nhar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma rċeviet l-ebda rapport fuq il-każ imsemmi. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħadet l-azzjoni neċessarja u l-problema ġiet risolta. Ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll li idealment, għall-kwalunkwe rappurtaġġ ta’ ħsarat fil-futur, għandu jiġi kkuntatjat b’mod dirett il-Helpline tekniku tal-Korporazzjoni fuq 80076400, u b’hekk tkun tista’ tittieħed azzjoni u jsiru l-verifiċi kollha neċessarji mmedjatament.

PBS – ħaddiema part timers u self-employed – ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-ħaddiema li jaħdmu part timers u self-employed mal-PBS jitħallsu ta’ xogħolhom hekk kif hemm minn ilu xhur ma jitħallas?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-ħlas lill-part timers u persuni self employed mal-PBS isir fuq bażi regolari kull xahar.