Legislature:
Category:
Reset
Active:

Rwol tal-Managing Authority u tas-Certifying Authority

Question

B’referenza għas-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-impjegati ġodda li ġew maħruġa mill-Managing Authority li, wara l-għaqda, se tinkludi wkoll is-Certifying Authority , tista’ l-Ministru tgħid x’se jkun ir-rwol tagħhom? Tista’ tikkonferma jekk l-impjegati l-ġodda hux se jkollhom funzjonijiet li huma tipikament imwettqa mill-Managing Authority u mis-Certifying Authority fl-istess waqt? Il-Ministru hija konxju tal-fatt li l-applikazzjonijiet fihom rigressjoni tad-drittijiet, f’oqsma bħal miżuri favur il-familja jew disturbance allowances, lill-persuni li jaħdmu mal-Awtorità? X’se tagħmel il-Ministru biex tindirizza din is-sitwazzjoni?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4252 għall-ewwel parti ta’ din il-Mistoqsija. Rigward il-parti tal-Mistoqsija li tikkonċerna l-applikazzjonijiet, infurmata li l-pakkett finanzjarju li jikkonċerna s-sejħiet il-ġodda huwa aħjar minn dak ta’ sejħiet preċedenti.

Kummissarji tal-Pulizija — ħatriet

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, id-data ta' meta l-persuni li mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari servew jew qegħdin iservu bħala Kummissarju tal-Pulizija rċevew l-ittra tal-ħatra tagħhom bħala Kummissarju tal-Pulizija kif ukoll id-data ta' meta kull wieħed mill-istess persuni ħa l-ġurament tal-ħatra bħala Kummissarju tal-Pulizija? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija ittri tal-ħatra kif ukoll tal-ġuramenti tal-ħatra tagħhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li dettalji tal-persuni li servew jew qegħdin iservu bħala Kummissarju tal-Pulizija mis-sena 2013, sallum, kienu dawk li jidhru fit-tabella t'hawn taħt. Infurmat li dawn il-persuni kollha ħadu l-ġurament bħala Uffiċjali tal-Pulizija meta ġew ingaġġati jew re-ingaġġati fil-Korp fir-rank rispettiv tagħhom, liema ġurament baqa’ fis-seħħ meta sussegwentement inħatru Kummissarji. Kummissarju Minn Sa Data tal-ittra tal-ħatra John Rizzo 02.11.2001 12.04.2013 05.11.2001 Peter Paul Zammit 13.04.2013 02.07.2014 22.04.2013 Michael Cassar 09.12.2014 26.04.2016 09.12.2014 Lawrence Cutajar 01.08.2016 28.07.2016

Qorti – Mandati eżekuttivi u kawtelatorji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati mandati eżekuttivi kif ukoll kawtelatorji fil-Qorti matul is-sena 2017 kif ukoll jelenkahom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li qed nanessa ma’ din ir-risposta tabella bin-numru ta’ mandati kawtelatorji u eżekuttivi ppreżentati fil-qrati ta’ Malta u Għawdex matul is-sena 2017 : Qorti ta’ MaltaMandatiMandati Qorti/Bord/TribunalKawtelatorjiEżekuttivi Prim’Awla tal-Qorti Ċivili599386 Qorti tal-Maġistrati (Ċivili)3431122 Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja)7335 Bord dwar il-Kontroll tal-Kiri tar-Raba’02 Bord li Jirregola l-Kira1631 Tribunal Qsim tal-Wirt02 Tribunal Reviżjoni Amministrattiva01 Tribunal Industrijali40

Court Attorneys

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Court Attorneys assenjati mal-ġudikanti ta' pajjiżna? Jista' jindika f'liema kamp qegħdin iwettqu l-ħidma tagħhom dawn il-Court Attorneys? Jista' jgħid kemm-il sentenza abbozzaw il-Court Attorneys sena b'sena mis-sena 2015 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li hemm sittax (16) il-Court Attorneys assenjati mal-Ġudikanti. Dawn iwettqu l-ħidma tagħhom fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, fil-Qorti tal-Appell Superjuri u fil-Qorti Kostituzzjonali. Is-sentenzi abbozzati mill-Court Attorneys huwa kif muri fit-tabella ta’ hawn taħt. Il-kariga ta’ Court Attorney , li introduciha dan il-Gvern fost diversi riformi fil-qasam tal-gustizzja, giet deskritta bħala storja ta' suċċess mill-partijiet interessati kollha domestici kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea f’rapport li hareg fil-gimghat li ghaddew. Dan l-irwol hu bbazat fuq bazi ta’ fiducja ( position of trust ) sabiex jekk Court Attorney partikolari, għal xi raġuni jew oħra, jitlef il-fiduċja ta' xi membru tal-Ġudikatura, il-kuntratt jkun jista' jigi terminat mingħajr dewmien. Ta’ min jirrimarka u jenfasizza li l- Court Attorneys huma magħżula mill-membri tal-Ġudikatura u mhux mill-Ministru, permezz ta' proceduri specifici. Sena Numru ta’ sentenzi abbozzati 2015 239 (minn Ottubru 2015) 2016 1,518 2017 1,523 2018 116 (Sa Jannar 2018)

Qorti ta’ Malta – Theddid ta’ Bomba

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il theddida ta' bomba saret fil-bini tal-Qorti f'Malta, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti d-data/i ta' kull meta saret theddida ta' bomba fil-bini tal-Qorti f'Malta matul l-imsemmi perjodu?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba fir-rigward ta’ theddid ta’ bombi li saru fil-bini tal-Qorti f’Malta mis-sena 2013 sallum u d-dati meta saru tinsab annessa ma’ din ir-risposta. SenaTotalData 2013315.01.2013 19.02.2013 28.06.2013 20141114.01.2014 22.01.2014 29.01.2014 04.02.2014 21.02.2014 5.03.2014 10.03.2014 18.03.2014 13.05.2014 26.06.2014 2.12.2014 2015115.01.2015 2016212.10.2016 16.11.2016 2017230.03.2017 9.05.2017

Qorti ta’ Għawdex – Theddid ta’ Bomba

Question

Jista' l-Ministru jgħid, kemm-il theddida ta' bomba saret fil-bini tal-Qorti f'Għawdex sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti d-data/i ta' kull meta saret theddida ta' bomba fil-bini tal-Qorti f'Għawdex matul l-imsemmi perjodu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2013 sal-llum ma saret ebda theddida ta’ bomba fil-bini tal-Qorti f’Għawdex.

Qorti tal-Ġustizzja — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema impjegati fil-Qorti tal-Ġustizzja? Jista' jindika l-grad tagħhom? Jista' jindika liema minnhom jaħdmu fil-bini tal-Qorti f'Malta u liema minnhom jaħdmu fil-bini tal-Qorti f'Għawdex?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fid-Dipartiment tal-Qrati tal-Ġustizzja ta’ Malta hemm 381 impjegat u l-gradi tagħhom qegħdin indikati fil-lista li qed inpoggi fuq il-mejda tal-kamra. Dawn l-impjegati kollha jaħdmu fil-bini tal-Qorti f’Malta minbarra Deputat Reġistratur li taħdem fil-bini tal-Qorti f’Għawdex. Infurmat ukoll li fid-Dipartiment tal-Qrati tal-Ġustizzja ta’ Għawdex hemm 27 impjegat u l-gradi tagħhom qegħdin indikati fl-istess lista li qed inpoggi fuq il-mejda tal-kamra.

Ir-Rabat Għawdex – bini ta’ skola primarja ġdida

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2822, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru tal-applikazzjoni sottomessa quddiem l-Awtorità għall-Ippjanar għall-estensjoni tal-kumpless edukattiv fi Triq l-Ewropa, biex tilqa’ wkoll l-Iskola Primarja tar-Rabat Għawdex? Min hu l-perit inkarigat minn dan il-proġett? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti relatati ma’ dan il-proġett?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru tal-applikazzjoni sottomessa quddiem l-Awtorità għall-Ippjanar għall-estensjoni tal-kumpless edukattiv fi Triq l-Ewropa, biex tilqa’ wkoll l-Iskola Primarja tar-Rabat, Għawdex, hu PA/01717/18. Il-perit inkarigat minn dan il-proġett hu l-Perit Joe Cassar. Il-pjanti relatati ma' dan il-proġett għadhom mhumiex finali peress li għaddejjin xi diskussjonijiet dwarhom.
Leg 13 PQ #4298 Sitting 93 2018-03-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – xogħlijiet fuq diversi toroq

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 2785 u tgħid min kien il-perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tagħha fuq dawn it-toroq indikati: Parti minn Triq San Leonard, Xewkija /Rabat Parti minn Triq Monġur, Għarb Marsalforn (ħdejn il-bridge ) Triq Ta’ Cordina, Għajnsielem Ramla Bay (wara l-gabbani ) Sqaq ta' Spring Street, Xagħra Żona Industrijali, Xewkija Triq ir-Rabat, Żebbuġ Triq it-Tempju tal-Imramma, Sannat Triq Ta’ Bullara, Xagħra Triq l-Arċisqof Pietru Pace, Victoria Triq Santa Dminka, Victoria Triq il-Qortina, Sannat Triq il-Kapuċċini, Victoria Pjazza San Franġisk, Victoria Triq it-Tiġrija, Nadur Triq Ninu Cremona, Victoria Triq il-Mitħna, Xewkija Triq is-Salini, Marsalforn Triq Għajn Abdun, Santa Luċija Triq San Lawrenz, San Lawrenz Triq Ta’ Sdieri Għarb / Triq Ta' Pinu Triq tal-Għajn, Fontana Vjal it-8 ta' Settembru , Xagħra Triq Daħlet Qorrot, Nadur Triq id-Dawwara / Triq il-Wied / Triq Kerċem, Rabat Triq it-Tabib Anton Tabone, Rabat Triq Enrico Mizzi, Rabat Triq is-Sellum, Xagħra/ Rabat Triq tal-Ħanaq, Nadur Triq Qbajjar. Marsalforn Triq Ta' Ċenċ, Sannat Triq Sant' Orsla, Rabat Triq 31 ta' Marzu 1979, Rabat Triq ta' wara l-Heliport Parti min Triq Għajn Qatet, Rabat Tista' tgħid ukoll kemm kien it-tul ta' xogħol li sar f'kull triq u jekk f'kull każ saritx it-triq kollha, jekk inbnietx mill-ġdid jew inkella kienx hemm major patching (ingħatat kisja tarmac)? Tista’ tpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq dawn it-toroq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Tista' tgħid kemm tħallas il-kuntrattur/i fuq ix-xogħol li sar fuq kull triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Tista' tgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f'liema laboratorju saru u d-dati ta’ meta saru? Tista' tpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet, tista' tagħti r-raġuni għaliex ma sarux?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4258.

Skola Medika ta’ Barts f’Għawdex — studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li qed jattendu l-Iskola Medika ta' Barts f'Għawdex? F’liema fażi tal-kors qegħdin dawn l-istudenti u mil-liema pajjiżi ġejjin? Kemm hemm studenti Maltin jattendu fl-Iskola Medika ta' Barts? Jista' jgħid mit-total ta' studenti li qed jattendu f' din l-iskola, kemm minnhom għandhom scholarship u minn min ingħata dan l-ischolarship?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla mhijiex f’pożizzjoni li tagħti l-informazzjoni mitluba għaliex din hija informazzjoni ta' entità privata, għandha sensittività kummerċjali u hija miksuba b’mod kunfidenzjali.
Leg 13 PQ #4318 Sitting 93 2018-03-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Direttorat ta’ Eko Għawdex – proġetti u inizjattivi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fil-preżent, xi proġetti u inizjattivi qed iwettaq id-Direttorat ta' Eko Għawdex? Tista’ tgħid xi proġetti infrastrutturali hemm ippjanati li jsiru fi ħdan id-Direttorat ta’ Eko Għawdex matul is-sena 2018?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Monte Carmeli — ħaddiema

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm iddaħħlu jaħdmu nies mal-kuntratturi li joffru servizzi fl-Isptar Monte Carmeli matul is-snin 2013 sa 2017, sena b'sena? Jista' jgħid minn huma l-kuntratturi u x'servizz qed joffru? Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm kuntratturi li joffru servizzi fis-sena 2013 u kemm kellhom nies jaħdmu fl-Isptar Monte Carmeli u kemm hemm kuntratturi joffru servizzi llum fl-istess sptar u kemm għandhom nies jaħdmu magħhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-medja fis-sena, bejn l-2013 u l-2017 ta’ kemm daħħlu ħaddiema ġodda mal-kuntratturi fl-isptar Monte Carmeli kienet ta’ 83. Ninfurmah ukoll li fl-isptar Monte Carmeli fl-2013 kien hemm 5 kuntratturi li kienu joffru s-servizzi tagħhom f’6 oqsma differenti filwaqt li preżentament hemm 6 kuntratturi li ukoll qed joffru is-servizzi tagħhom fl-istess 6 oqsma bħal dawk tal-2013. Dawn l-oqsma jinkludu nurses , clerks, carers, cleaners, accounts clerks u securities.

FTS – uffiċċju f’Għawdex — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk f'Għawdex hemmx uffiċċju tal-Foundation for Tomorrow’s School (FTS)? Jista' jgħid fejn jinsab dan l-uffiċċju, kemm ilu miftuħ u kemm hemm ħaddiema jaħdmu fih? Jista’ jgħid kemm ilhom jaħdmu hemm il-ħaddiema li ġew ingaġġati f'dan l-uffiċċju, x’inhu l-grad tagħhom u fejn ħarġu s-sejħiet għal dawn il-postijiet? Jista' jgħid mil-liema Ministeru qed jiġu mħallsa dawn il-ħaddiema?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċini tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada jinsabu fi Triq Sir Adrian Dingli, Pembroke. Minn hemm isir ix-xogħol relatat mal-ippjanar tal-proġetti li tmexxi l-istess Fondazzjoni, kemm dawk li jsiru f'Malta, kif ukoll dawk li jsiru f'Għawdex.
Leg 13 PQ #4490 Sitting 93 2018-03-13 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – Slots mikrija

Question

Peress li fil-media ssemma li twaqqfet kumpanija oħra tal-ajru sabiex iżżomm l-islots tal-Air Malta u mbagħad terġa’ tikrihom lill-Air Malta, jista’ l-Ministru jgħid jekk inġiebx l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għal dan l-arranġament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni Ewropea qegħdha tinżamm infurmata b’dawn l-arranġamenti.
Leg 13 PQ #4491 Sitting 93 2018-03-13 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta u Bdoti — qbil

Question

Peress li ntlaħaq qbil bejn l-Air Malta u l-bdoti, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kaptan u kemm-il first officer ingħataw żieda fuq il-pagi li kellhom? Il-bdoti aċċettaw li jaħdmu sal-massimu li jitolbu l-European Aviation Safety Agency Standards?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema kollha tal-Air Malta ingħataw żidiet skont il-ftehim kollettiv.
Leg 13 PQ #4492 Sitting 93 2018-03-13 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għat-Turiżmu

Collective Agreement tal-Bdoti – teħid tas-somma meta jirtiraw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-collective agreement il-ġdid ġiex miftiehem li l-bdoti jieħdu somma meta jirtiraw? Jekk iva, kif tinħadem u kemm tiġi din is-somma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ġejt infurmat li ma sarax tibdil dwar din il-materja mill-ftehim kollettiv preċedenti.
Leg 13 PQ #4493 Sitting 93 2018-03-13 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – dejn

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-Air Malta se tiddejjen iktar minn xi bank kummerċjali matul is-sena 2018?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata minħabba li hija ta’ natura kummerċjali u sensittiva għall-operat tal-Kumpanija.
Leg 13 PQ #4494 Sitting 93 2018-03-13 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – persuni impjegati b’mod indefinit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni impjegati fl-Air Malta b’mod indefinit fl-aħħar tas-sena 2016 u fl-aħħar tas-sena 2017?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ impjegati b’kuntratt indefinit sal-aħħar tal-2017 kien ta’ 1012.

Kumpens lill-kumpaniji lokali li ġew milqutin mill-Fiprinol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li l-kumpaniji lokali li ġew milqutin mill-Fipronil, jingħataw xi tip ta’ kumpens?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif skoprejna l-problema tal-Fipronil f’Malta is-Segretarju Parlamentari mill-ewwel ħa l-inizzjattiva sabiex iqabbad in-nies tekniċi tal-Ministeru sabiex jeżaminaw, anke fil-kwadru ta x’sar f’pajjiżi oħra, l-possibiltà ta’ kumpens lil dawk milquta iżda dejjem fil-kwadru ta’ dak li huwa possibli taħt ir-regoli Ewropej speċjalment dawk ta’ State Aid. Jien infurmat mill-esperti tal-Ministeru li fiċ-ċirkostanzi tal-Fipronil f’Malta ma hemmx mezz kif ikun jista’ jingħata kumpens mingħajr ma jinkisru r-regoli Ewropej.