CTB Concessions, Regularisation of CTB Concession u Regularisation of Development Inside Development Zone
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi d-differenza bejn CTB Concession, Regularisation of CTB Concession u Regularisation of Development Inside Development Zone? Jista’ l-Ministru jgħid jekk proprjetà li kien inħarġilha CTB Concession tkunx tista’ tiġi kkunsidrata bħala proprjetà li għandha l-permessi neċessarji tal-bini?
Response (BORG, IAN)
Ir-risposti għad-domandi tal-Onor. Interpellant jemerġu mil-ligi. Issir riferenza għall-Artikolu 91 u t-tmien skeda tal-Kapitolu 504 tal-Ligijiet ta’ Malta, kif ukoll għall-Avviz Legali 229/2012. Issir referenza wkoll għar-regolamenti 3(b) u 4 (2) tal-Avviż Legali 285/2016, u għar-regolamenti 3(a) u 4(1) tal-istess Avviż Legali.
Dwar l-import ta' CTB, issir riferenza għad-deciżjoni ġudizzjarja fl-ismijiet L-Avukat Dottor Christian Farrugia bħala mandatarju tal-assenti Barry Eustance vs Karkanja Developments Limited - Qorti tal-Magistrati (Ghawdex) deċiża nhar it-Tlieta, 28 ta’ Ġunju, 2016; Rikors Ġuramentat Numru 104/2014JVC. Hemm appell pendenti dwar din id-deċiżjoni.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' bilanċi ta' fondi li jifformaw parti mill-Planning Gain li kull kunsill lokali separatament għandu jieħu mill-Awtorità għall-Ippjanar? X'ammonti minn dawn il-flus huma diġà committed u għal liema proġetti? X'bilanċi ta' fondi għadhom mhux committed?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra maqsum f’żewġ tabelli.
Waħda turi l-bilanċi ta' fondi li jifformaw parti mill-Planning Gain li kull kunsill lokali separatament għandu għad-dispozizzjoni tiegħu u għadhom mhux committed. Fit-tieni tabella hemm indikat l-ammont ta’ flus li huma committed iżda għadhom mhux imħallsa, flimkien mal-proġett li għalih huma committed dawn il-fondi.
Qed nifhmu li l-użu tat-terminu Planning Gain fil-fatt qed jirreferi għad Development Planning Fund kif kontemplat fl-artiklu 59 tal-Att 7 tal-2016.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx Traffic Impact Assessment qabel ma ġie deċiż li tinbena bypass f'Ħ’Attard? Jekk it-Traffic Impact Assessment sar, jista’ jpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarx, x'inhi r-raġuni li dan ma sarx u kif il-Ministru u l-konsulenti tiegħu waslu għad-deċiżjoni li ssir bypass?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposti li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 3799 u 4394.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu vapuri fil-Freeport, sena b'sena, mill-2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija f’din it-tabella li ssegwi:
Sena
Numru ta’ Vapuri
2015
2,376
2016
2,502
2017
2,346
2018*sa Frar
374
Total
7,598
Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret fil-Biċċerija f’dawn l-aħħar xhur? Fiex kienet tikkonsisti? Kemm kienet in-nefqa? X’kien il-progress li sar dovut għal din il-ħidma li saret?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar xhur tkompla l-programm tal-Gvern sabiex tiġi rranġata l-Biċċerija Pubblika fuq livell tal-kumplament tal-UE:
· Xogħol strutturali fis-swali fejn jitqatta u jiġi spulpjat il-laħam fejn illum qegħdin jibbenefikaw il-koperattivi, sew tal-majjal, kif ukoll taċ-ċanga. Dawn illum qegħdin f’pużizzjoni li jistgħu jikkompetu aħjar mal-laħam li jkun qed jiġi impurtat.
· Xogħol intensiv fuq l-istruttura tal-ħadid (
steel structure
) fuq il-linja tal-majjal, fejn tiddendel il-linja motorizzata u jimxi l-majjal, biex din tissaħħaħ u jitneħħa kull perikolu li kien hemm u ġiet assigurata s-saħħa tal-ħaddiema li kontinwament jaħdmu taħt dawn l-istrutturi li maż-żmien beda jirriżulta li setgħu kienu ta’ periklu għall-istess ħaddiema.
· Introduzzjoni ta’ sistemi ġodda fejn jgħaddu s-servizzi kollha u jiġu magħluqin ġo
cabinets
apposta u
service trays,
b’mod iġeniku u li jkun mod ta’ ebda periklu għall-ħaddiema.
· Tibdil tas-servizzi li kienu qodma u ta’ periklu kontinwu li jikkonsistu f’sistema ta’ elettriku ġdida u sistema oħra ta’ arja kompressata.
· Inxtara trakk ġdid bil-
crane
sabiex jintuża fuq xogħol ta’ emerġenza fl-irziezet fuq annimali li jkollhom bżonn attenzjoni fuq il-post li
huwa ta’ benefiċċju għal servizz aħjar għar-raħħala kollha. Il-Biċċerija Pubblika għanda servizz ta’ emmerġenza li jitħaddem 24/7 li b’telefonata, żewġ biċċiera u tabib veterinarju jmorru fir-razzett u jieħdu ħsieb dak kollu neċessarju għal dik il-bhima li tkun qegħdha dbati.
· Apparat ġdid biex tinżamm temperatura stabbli u skont ir-Regoli stabbiliti fis-swali fejn jitqatta u jiġi spulpjat il-laħam.
· Numru ta’ apparat u makkinarju ġdid li ġie installat fis-sala fejn jitgħabba l-laħam, fuq il-linja taċ-ċanga; u fuq il-linja tal-majjal.
· Installazzjoni ta’ linja motorizzata ġdida (
motorized monorail
) tul ta’ (
approx.)
160 metru fuq xix jgħaddi l-majjal mill-post fejn jiġi skarnat sakemm jitlesta l-operat kollu u jidħol fil-kmamar fejn jitkessaħ (
cold rooms
).
In-nefqa kollha tax-xogħlijiet msemmija hawn fuq kien ta’ €1.7M.
Jista’ l-Ministru jgħid meta u kif se jkunu megħjuna l-produtturi tal-majjal sabiex il-produzzjoni tal-majjal tkun waħda aktar sostenibbli? Jista’ jgħid meta l-Gvern ħa jieħu deċiżjoni sabiex ikun jista’ jgħin b’żewġ miljuni ewro li ġew ivvutati fl-aħħar baġit lill-produtturi tal-majjal f’pajjiżna? Jista’ jgħid jekk hux jikkonsidra li joffri għajnuna lill-produtturi tal-majjal bħalma jsir f’pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea fuq kriterji ta’ għajnuna favur l-Animal Welfare?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għajnuna vvutata fl-estimi li qiegħed jirreferi għaliha kienet ġiet spjegata f’din il-Kamra bħala parti mill-preżentazzjoni tal-estimi finanzjarji għal din is-sena. Hemmek ġie spjegat li s-settur tal-majjal jeħtieġ ristrutturazjoni sabiex din l-industrija tilħaq livell aktar vijabbli u sostenibbli ekonomikament, billi jibqgħu joperaw dawk l-irziezet li jistgħu jkunu kompetittivi u sostenibbli. Dan isegwi diversi konsultazzjonijiet li seħħew mal-koperattiva ta’ min irabbi l-majjal. Kif ġie mħabbar, din l-iskema titwettaq matul dawn it-tlett snin li ġejjin. Ninfurmah ukoll li l-għajnuna l-oħra li qed jirreferi għaliha teżisti f’numru limitat ta’ programmi tal-iżvilupp rurali ta’ reġjuni fejn l-industriji tagħhom huma sostenibbli ekonomikament u ambjentalment u diġà laħqu livelli għoljin ta’ konformità mal-istandards minimi mitluba mir-regolamenti tal-Unjoni Ewropea, u allura jista’ jiġi ffinanzjat it-twettiq ta’ miżuri tal-benesseri tal-annimali li jmur lil’hinn mill-istandards mitluba mill-liġi. Filwaqt li din il-miżura ma kinitx programmata fil-Pjan ta’ Żvilupp Rurali 2014-2020 li ġie approvat mill-KE numru ta’ snin ilu billi ma kinitx mitluba mill-operaturi matul il-konsultazzjonijiet estensivi li kienu saru f’dan l-eżerċizzju, l-Awtorità ta’ Ġestjoni fi ħdan il-Ministeru responsabbli tkun trid teżamina din il-possibilità fil-futur fid-dawl tal-qagħda tas-settur skont dak li weġibt dwaru fl-ewwel parti tal-mistoqsija, kif ukoll x’azzjonijiet huma realment ottjenibbli minn dawk l-operaturi li jistgħu jkunu eliġġibli għal din it-tip ta’ miżura.
Informazzjoni lill-bdiewa, sajjieda u raħħala – bdil fir-regolamenti
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi sabiex mal-bdil tal-liġijiet, regolamenti eċċ. il-bdiewa, is-sajjieda u r-raħħala jkunu avżati bit-tibdil li jkun sar peress li jidher li aktar hija prassi tad-dipartimenti rispettivi li javżaw b’dak li ma għandux isir milli javżaw b’dak li għandu jew jista’ jsir?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta jsir tibdil jew aġġornamenti fil-liġijiet jew regolamenti applikabbli, kemm dawk Nazzjonali kif ukoll tal-Unjoni Ewropea, li b’xi mod jistgħu jaffettwaw il-ħidma tal-bdiewa, sajjieda u raħħala lokali, il-prassi normali tad-Dipartimenti hekk kif mitlub mill-Gvern, hi li ssir konsultazzjoni u komunikazzjoni xierqa bħal per eżempju fuq www.konsultazzjoni.gov.mt, ta’ dak li qed jiġi propost, kemm qabel u wara li jidħlu fis-seħħ it-tibdiliet. Dan isir permezz ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni u/jew informazzjoni miftuħa għall-bdiewa, sajjieda u raħħala u l-għaqdiet tagħhom u organizzati mid-Dipartimenti bil-għan li jisimgħu u jipprovdu l-informazzjoni kollha li hemm bżonn lil dawk ikkonċernati, u sabiex jiġu mwieġba mistoqsijiet jew talbiet li jista’ jkollhom. Barra minn hekk, l-Uffiċċju tal-Front Office tal-Aġenzija tal-Pagamenti jaħdem sabiex iżomm lill-bdiewa u r-raħħala lokali kontinwament infurmati bi kwalunkwe żviluppi jew aġġornamenti li jistgħu jaffettwaw il-ħidma tagħhom jew l-għajnuna li jkunu qegħdin jirċievu. Id-Dipartimenti jagħmlu użu wkoll mill-pubblikazzjoni tal-Ministeru ‘Nisġet Artna’ li ilha tasal f’eluf kbar ta’ djar tal-bdiewa, raħħala u sajjieda sa mill-leġiżlatura li għaddiet, u f’kull ħarġa dawn jissottomettu artikoli ta’ informazzjoni sabiex il-qarrejja jkunu infurmati bi kwalunkwe żviluppi jew aġġornamenti li huma pertinenti għas-setturi lokali, inkluż bidliet bħal dawk imqanqla mill-Onorevoli Interpellant. Ta’ min iżid jgħid ukoll li hija n-natura tal-liġijiet kemm ta’ Malta u anki tal-Unjoni Ewropea li jirregolaw ċertu aspetti ta’ dawk li jistgħu jkunu obbligi ta’ aġir jew anki li jkun meħtieġ joqgħod lura minnhom bidwi jew raħħal fl-attività tiegħu, filwaqt li jkollu libertà sħiħa ta’ għemilu mill-bqija bla ma jindaħallu ebda Dipartiment jew organu tal-Istat, bħalma tidher li qed tissuġġerixxi l-Mistoqsija tal-Interpellant. Barra minn hekk, f’dawn l-aħħar snin id-Dipartiment tas-Sajd u Akkwakultura laħaq ftehim mal-Koperattivi tas-Sajjieda, biex jibgħatu rappreżentant tagħhom f’diversi laqgħat internazzonali, biex ikunu jistgħu jagħtu s-sehem tagħhom waqt il-konsultazzjoni mill-bidu nett tal-proċess. Ta’ min jinnota wkoll li fl-Awtorizzazzjonijiet tas-Sajd tiġi provduta l-informazzjoni relatata.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4481 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Peress li taħt iċ-ċimiterju ta’ Ħal Għargħur, hemm bir, li wara li tagħmel ix-xita, jagħmel l-ilma u jidħol fi blokka appartamenti ġo sqaq il-ħofra, bil-periklu ta’ ilma li jidħol fil-lifts u fil-garaxxijiet u jkun ta’ inkonvenjent kbir għar-residenti, jista’ l-Ministru jara li dan il-bir jissewwa ġaladarba s-sid ta’ dan il-bir huwa l-Gvern?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab informat li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura rċieva lment li meta tagħmel ix-xita, qed jidħol ilma f’garaxxijiet li qegħdin taħt l-art fi blokk ta’ appartamenti fi Sqaq il-Ħofra, possibilment minn ġibjun li għandu l-bokka tiegħu fi Triq San Ġwann. Id-Dipartiment qiegħed jinvestiga biex jistabbilixxi jekk l-ilma li qed jidħol f’dawn il-garaxxijiet hux ġej minn dan il-ġibjun jew minn xi sorsi oħra prezentament mhux magħrufa.
Università ta’ Malta — Kmamar tal-Banju għall-istudenti
Question
Jista’ l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li tul din is-sena, il-kmamar tal-banju li jinsabu fil-librerija tal-Università u li huma aċċessibbli għall-istudenti, jiġu rranġati u possibbilment sostitwiti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fil-librerija tal-Università hemm diversi kmamar tal-banju li huma aċċessibbli għall-istudenti. F’ċirkustanzi fejn ikun hemm xi ħsarat, dawn jiġu immedjatament irrappurtati lill-Uffiċċju tal-Estates, Facilities and Capital Development sabiex tittieħed azzjoni biex dawn il-ħsarat jiġu rranġati minnufih. Infurmat ukoll li hemm pjan li dawn l-istess kmamar tal-banju jiġu sostitwiti fis-sajf tal-2019.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — position of trust
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 146, jista' l-Ministru issa jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-positions of trust li hemm fid-dekasteru tal-Ministeru tiegħi huma dawk tas-segretarjat.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — Konsulenti
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 147, tista' l-Ministru issa tgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tagħha u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtha?
Response (DALLI, HELENA)
Il-positions of trust fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza u l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu huma dawk fis-segretarjati, fis-Segretarjat tal-Unjoni Ewropea u fir-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 144, jista' l-Ministru issa jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li hemm tliet pesuni f’positions of trust fil-Ministeru għall-Finanzi skont it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 149, jista' l-Ministru issa jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-Positions of trust fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu u l-entitajiet u dipartiment li jaqgħu taħtu, huma dawk fis-Segretarjat.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — position of trust
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 150, jista' l-Ministru issa jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Positions of Trust fi ħdan l-uffiċċju tal-Ministeru għall-Intern u Sigurta’ Nazzjonali u l-Entitajiet u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu huma dawk fis-Segretarjat u Technical Coordinator.
Ministeru għall-Ġusitzzja, Kultura u Gvern Lokali — position of trust
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 151, jista' l-Ministru issa jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-positions of trust fi ħdan l-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu huma dawk fis-Segretarjat, l- Legislation Unit (ex Justice Unit), il-Kunsill Malti tal-Arti u l-Qrati tal-Ġustizzja.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm/ kien hemm konsulenti jaħdmu mad-dipartimenti/entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid x'tip ta' xogħlijiet jesegwixxu dawn il-konsulenti? Jista' jagħti dettalji separatament dwar il-kuntratti u s-salarji kif ukoll il-benefiċċji provduti lilhom? Jista’ jindika jekk tali xogħol ta' konsulenza ngħatax b' direct order jew inkella bi ħruġ għall-offerta? Jekk xi konsulenzi ngħataw b' direct order, x'kienet il-ġustifikazzjoni li ngħatat biex dawn il-konsulenzi ma ħarġux b'tender?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika il-perjodu li qed jirreferi għalih.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – nefqa fuq safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-safar mid-dipartimenti / entitajiet kollha li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar? Jista' jgħid fejn kienu d-destinazzjonijiet u x' kienet ir-raġuni għal kull safra? Jista' jagħti d-dettalji u jindika min kienu dawk l-uffiċjali jew impjegati li marru f'dawn id-destinazzjonijiet flimkien mal-gradi li jokkupaw?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm kienet in-nefqa minn Transport Malta fuq tabelli li saru fit-toroq sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid min kienu l-kuntratturi li ħadu jew esegwixxu dan ix-xogħol u kemm tħallsu ta' kull biċċa xogħol? Jista’ jgħid jekk għadx fadal kontijiet pendenti u jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni għal tali pendenzi fil-ħlasijiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.