Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — position of trust

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 154, jista' l-Ministru issa jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (ABELA, CARMELO)

Il-positions of trust fi ħdan il-Ministeru tiegħi jinsabu fis-Segretarjat.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — position of trust

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 155, jista' l-Ministru issa jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-positions of trust fil-Ministeru tiegħi, huma dawk fis-Segretarjat u Senior Manager.
Leg 13 PQ #1111 Sitting 94 2018-03-14 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — position of trust

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 156, tista' l-Ministru issa tgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tagħha u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellantli l-positions of trust fi ħdan il-Ministeru tiegħi jinsabu fis-Segretarjat Privat.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — position of trust

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 157, jista' l-Ministru issa jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, fi ħdan l-Uffiċċju tiegħi u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħti, l-positions of trust huma, dawk fis-segretarjati, fil-customer care units, fil-PQ unit, ministry coordinator, administrative coordinator u electoral manifesto coordinator.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – bini li jżommu b’titolu ta’ kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' bini li d-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jżommu b’titolu ta' kera sena b'sena mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jindika liema huma dawn il-binjiet, minn liema dipartiment/entitá qed jinkrew u min huma s-sidien tagħhom? Jista' jgħid kemm qed tkun in-nefqa f’kiri għal dawn il-binjiet fis-sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Qorti tal-Ġustizzja – persons of trust

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persons of trust fil-Qorti tal-Ġustizzja? Jista' jgħid x'inhi l-kariga tagħhom jew x'inhu x-xogħol tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab annessa ma’ din ir-risposta. Kariga tal-Person of Trust Numru Court Attorneys * 9 Judiciary Drivers 9 Courts Archives Officer 1 Chairman Judicial Studies Committee * 1 * il-persuni ngħażlu b'involviment u qbil sħiħ tal-Ġudikatura in vista tar-rwoli li jokkupaw.

Persuni interdetti mill-Qorti Ċivili

Question

Jista' l-Ministru jgħid, kemm-il persuna ġiet interdetta mill-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Ġurisdizzjoni Volontarja) sena b'sena, mis-sena 2010 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari,

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni interdetti mill-Qorti Ċivili ta’ Malta (Sezzjoni ta’ Ġurisdizzjoni Volontarja) mis-sena 2010 sad-data tat-28 ta’ Frar 2018 kien kif muri fit-tabella t’hawn taħt: Sena Persuni Interdetti 2010 48 2011 36 2012 45 2013 48 2014 35 2015 46 2016 52 2017 63 2018(sal-aħħar ta’ Frar) 10

Persuni li ġew inabilitati mill-Qorti Ċivili

Question

Jista' l-Ministru jgħid, kemm-il persuna ġiet inabilitata mill-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Ġurisdizzjoni Volontarja) sena b'sena, mis-sena 2010 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni inabilitati mill-Qorti Ċivili ta’ Malta (Sezzjoni ta’ Ġurisdizzjoni Volontarja) mis-sena 2010 sad-data tat-28 ta’ Frar 2018 kien kif muri fit-tabella t’hawn taħt: Sena Persuni Inabilitati 2010 17 2011 10 2012 9 2013 7 2014 7 2015 11 2016 17 2017 14 2018(sal-aħħar ta’ Frar) 1
Leg 13 PQ #4321 Sitting 94 2018-03-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex – Uffiċċju tal-People and Standards Division

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk f'Għawdex hemmx uffiċċju tal-People and Standard Division, fejn jinsab dan l-uffiċċju, kemm ilu miftuħ u kemm hemm ħaddiema jaħdmu fih? Jista’ jgħid, kemm ilhom li ġew ingaġġati l-ħaddiema li jaħdmu f'dan l-uffiċċju u fejn ħarġu s-sejħiet għal dawn il-postijiet? Jista’ jgħid x’inhu l-grad ta' dawn il-ħaddiema, kif ukoll x’tip ta' xogħol qed jagħmlu? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġu ngaġġati iktar ħaddiema ma’ din is-sezzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat li l-People and Standards Division (P&SD) fetħet uffiċċju f’Għawdex f’Marzu 2017 ġewwa x-Xewkija biex iservi ta’ estenzjoni għax-xogħol li jsir mill-P&SD f’Malta. L-uffiċċju huwa amministrat min tlett ħaddiema fi gradi klerikali u amministrattivi. Ma sar l-ebda ingaġġ dirett għal dan l-uffiċċju speċifiku imma l-ingaġġ sar wara sejħa pubblika.

Twaqqif ta’ Uffiċċju Informazzjoni għall-Qrati tal-Ġustizzja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jikkunsidra li jwaqqaf Uffiċċju Informazzjoni għall-Qrati tal-Ġustizzja f'pajjiżna biex il-pubbliku jinżamm infurmat bl-aħħar deċiżjonijiet u bil-ħidma li tkun qed titwettaq mill-Qrati ta' pajjiżna? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal dan il-proċess?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern hu dejjem miftuħ għal kwalunkwe suġġeriment li jwassal għal titjib.

Kummissjunarji — persuni maħtura

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ persuni li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jindika għal kull waħda mill-persuni, jekk il-persuna hijiex uffiċċjal pubbliku, persuna li għandha x’taqsam mas-servizz barrani tal-Gvern f’xi pajjiż barra minn Malta, avukat, prokuratur legali jew persuna privata? Jista' l-Ministru jindika wkoll għal kull waħda mill-persuni, id-data tal-ħatra tagħha bħala Kummissjunarju b’setgħa li jagħti Ġurament u jekk il-ħatra saritx bħala waħda personali jew bl-isem tal-kariga jew tal-funzjonijiet moqdija minnha?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #4338 Sitting 94 2018-03-14 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumitat ta' Inkjesta dwar il-Privazzjoni ta' Ċittadinanza Maltija — Chairman, Membru u Segretarju

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-persuni li servew bħala Chairman, Membru u Segretarju tal-Kumitat ta' Inkjesta dwar il-Privazzjoni ta' Ċittadinanza Maltija mis-sena 2010 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti d-data ta' meta l-imsemmija persuni bdew iservu bħala Chairman, Membru u Segretarju tal-istess Kumitat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li servew bħala Chairman, Membru u Segretarju tal-Kumitat ta' Inkjesta dwar il-Privazzjoni ta' Ċittadinanza Maltija mis-sena 2010 huma kif ġej: Matul l-2010: Chairman Prim Imħallef Emeritu Giuseppe Mifsud Bonnici Membri Ms Anna Caruana Colombo Dr Raymond Zammit Segretarju Mr Joseph Marcel Micallef (sal-10 ta' Novembru 2010) Mr Aldo Testone (mill-11 ta' Novembru 2010) Matul l-2011 Chairman Prim Imħallef Emeritu Giseppe Mifsud Bonnici Membri Ms Anna Caruana Colombo (sat-23 ta' Mejju 2011) Dr Josette Zerafa (mill-24 ta' Mejju 2011) Dr Raymond Zammit Segretarju Mr Aldo Testone Matul l-2012 Chairman Prim Imħallef Emeritu Giuseppe Mifsud Bonnici Membri Dr. Josette Zerafa Dr. Raymond Zammit Segretarju Mr. Aldo Testone Matul l-2013 Chairman Prim Imħallef Emeritu Giuseppe Mifsud Bonnici Membri Dr. Josette Zerafa Dr. Raymond Zammit Segretarju Mr. Aldo Testone Bejn l-1 ta' Jannar 2014 u l-25 t'April 2014 Chairman Prim Imħallef Emeritu Giuseppe Mifsud Bonnici (sal-25 t'April 2014) Membri Dr Raymond Zammit (sal-25 t'April 2014) Dr Josette Zerafa (sal-25 t'April 2014) Segretarju Mr Aldo Testone (sal-25 t'Aptil 2014) Mis-7 ta' Marzu 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016 Chairman Imħallef Emeritus Philip Sciberras (mis-7 ta' Marzu 2016) Membri Dr Audrey Vassallo (mis-7 ta' Marzu 2016) Mr Adrian Tonna (mis-7 ta' Marzu 2016) Segretarju Mr Manuel Sciriha (mis-7 ta' Marzu 2016) Matul l-2017 Chairman Imħallef Emeritus Philip Sciberras Membri Dr Audrey Vassallo (sal-10 t'Ottubru 2017) Dr Alexandra Mizzi (mill-11 t'Ottubru 2017) Mr Adrian Tonna Segretarju Mr Manuel Sciriha (sal-10 t'Ottubru 2017) Ms Doriette Camilleri (mill-11 t'Ottubru 2017) Matul 2018 sallum Chairman Imħallef Emeritus Philip Sciberras Membri Dr Alexandra Mizzi Mr Adrian Tonna Segretarju Ms Doriette Camilleri
Leg 13 PQ #4346 Sitting 94 2018-03-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Nadur Għawdex – bajja ta’ Daħlet Qorrot

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’qed isir biex jiġi assigurat li jitneħħa l-periklu mill-bajja ta’ Daħlet Qorrot fin-Nadur Għawdex, fejn ammont ta’ blat qed iċedi mis-sies għal fuq id-daħla tal-għerien tas-sajjieda u eżatt fil-post fejn ikunu n-nies meta jmorru jgħumu f’din il-bajja? Tista’ tara li jittieħdu passi immedjati qabel tiġri xi diżgrazzja?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x xogħol li kien meħtieġ li jsir fil-Bajja ta’ Daħlet Qorrot tlesta. Ix-xogħol sar mill-Ministeru għal Għawdex skont id-direzzjoni mogħtija mill-PA u mill-ERA.
Leg 13 PQ #4347 Sitting 94 2018-03-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reġistru Elettorali – persuni li ma ġeddewx il-Karta tal-Identità

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il persuna li tidher fir-Reġistru Elettorali il-Karta tal-Identità tagħha ma ġietx imġedda, fl-eżerċizzju li sar ta' tiġdid ta' Karti tal-Identità, maqsuma lokalità b'lokalita? Jista’ jgħid jekk l-isem dawn il-persuni hux ser jibqa' jidher fuq ir-Reġistru Elettorali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat mill-Uffiċċju Elettorali li fir-Registru Elettorali tal-Elezzjoni Ġenerali datat Ottubru, 2017, hemm 6,504 votant irreġistrat li ma ġedditx il-Karta tal-Identità. Minn Ottubru l hawn din iċ-ċifra jista jkun li inbidlet minħabba mwiet reġistrati fir-Reġistru Pubbliku. It-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra turi f liema lokalitajiet dawn huma mqassma. Ninsab informat mill Uffiċċju Elettorali li l-fatt li persuna ma ġġeddidx il karta tal identita tagħha ma jikkonsistix fi skwalifika milli persuna tkun reġistrata bħala votant.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru minn Transport Malta u l-Ministeru tiegħu tul il-leġiżlatura li għaddiet (Marzu 2013 sa Ġunju 2017) ġewwa Għawdex? Jista’ jindika kemm kienet in-nefqa totali f’kull proġett li sar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-leġiżlatura li għaddiet (Marzu 2013 sa Ġunju 2017) saru tiswijiet ta’ ħsarat u manutenzjoni fuq il-mollijiet fl-Imġarr, Għawdex li jammontaw għal €241,902.64.

Ir-Rabat Għawdex – investiment infrastrutturali f’apparat mediku

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3403 kollha u jgħid x’tip ta’ investiment infrastrutturali u investiment f'apparat mediku sar ġewwa ċ-Ċentru Kliniku ta' Triq Enrico Mizzi fir-Rabat, Għawdex mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għaddejjin diversi diskussjonijiet sabiex ikompli jitjieb is-servizz tas-Saħħa b’xejn fil-gzira Għawdxija. Ninfurmah ukoll illi qed issir rinovazzjoni tal-Berġa tax-Xewkija fejn mistenni li x-xogħol jitlesta fiż-żmien li ġej u b’hekk din tkun tista tibda tintuża mill-pazjenti Għawdxin tagħna. Dan il-proġett huwa stmat li se jkun jiswa madwar €70,000.

Tender għall-bini ta’ Enterprise Hub fil-qasam industrijali tax-Xewkija – ħlas lill-kumpanija

Question

B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 3325, jista’ l-Ministru jgħid kemm ser tiġi mħallsa l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament issa li hu magħruf li din ingħatat ix-xogħol for the professional services of Project Management and other Supporting Services for the Construction of an Enterprise Hub at Xewkija Industrial Estate' b'dik li hi magħrufa bħala negotiated procedure?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-prezz globali tal-kuntratt għas-servizzi professjonali ta' Project Management u Servizzi ta’ Support għall-kostruzzjoni ta' Enterprise Hub fil-qasam Industrijali tax-Xewkija kif approvat mid-Dipartiment tal-Kuntratti fl-4 ta' Mejju 2017 mogħti lil Med Design Associates jammonta għal €581,618 eskluż VAT.
Leg 13 PQ #4495 Sitting 94 2018-03-14 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – ħaddiema part-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni impjegati fl-Air Malta fuq bażi part-time fl-aħħar tas-sena 2016 u fl-aħħar tas-sena 2017?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ impjegati part-time kien kif ġej: fl-aħħar tas-sena 2016: 290 fl-aħħar tas-sena 2017: 265

Xewkija Għawdex – xogħlijiet fl-inħawi tal-Barmil – kumpens lill-bdiewa

Question

Peress li x-xogħlijiet li qed isiru bħalissa fl-ispazju industrijali fl-inħawi tal-Barmil ix-Xewkija Għawdex minn Public Private Partnership qed isiru f’għelieqi li sa issa kienu maħduma minn bdiewa Għawdxin, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx finanzjament ippjanat min-naħa tal-Gvern biex jagħmel tajjeb għal ħsara u dannu li sofrew dawn l-istess bdiewa? Ma jaħsibx il-Ministru li dawn il-bdiewa jixraqilhom kumpens peress li din is-sena tħallew iħawlu jew jiżirgħu l-uċuħ tar-raba’ mingħajr ma kienu avżati li ser jitilfu kollox?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda forma ta’ kirja, qbiela jew titlu ieħor fuq l-art in kwistjoni. Ninsab infurmat ukoll li ma ġie vvantat l-ebda titlu u ma saret ebda talba għal kumpens f’dan ir-rigward.

Mellieħa, Qawra, San Pawl il-Baħar u Naxxar — arresti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-arresti/u jew il-persuni li ttelgħu l-Qorti, sena b’sena bejn l-2013 u l-2017, mill-pulizija fl-għases tal-Mellieħa, Qawra, San Pawl il-Baħar u Naxxar fuq reati li jirrigwardjaw : Storbju Ġlied Droga Vjolenza Domestika, u Serq?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif dwar persuni arrestati u dawk li ttelgħu l-Qorti mill-pulizija fl-għases tal-Mellieħa, Qawra, San Pawl il-Baħar u Naxxar matul is-snin 2013 sa 2017 fuq storbju, ġlied, droga, vjolenza domestika, u serq, ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata kif mitluba u għalhekk mhux possibbli li din l-informazzjoni tingħata.