Mellieħa – Triq Lewis Wettinger – ħlas ta’ planning gain fir-rigward ta’ proġett ta’ appartamenti
Question
B’referenza għall-proġett ta’ appartamenti li jinsab għaddej bħalissa fi Triq Lewis Wettinger, il-Mellieħa, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-planning gain li se jħallsu l-iżviluppaturi fuq dan il-proġett u jekk hemmx xi pjanijiet dwar kif se jkun qiegħed jintuża?
Response (BORG, IAN)
Il-Permess ta’ l-Iżvilupp PA 4811/15 kien approvat mill-Bord ta’ l-Ippjanar fit-28 ta’ April, 2016 suġġett għal din il-kundizzjoni :
‘This ‘Full Development’ permission is subject to a financial planning contribution of EUR 193,283 (one hundred ninety-three thousand, two hundred and eighty-three Euro) in favour of the Planning Authority's Planning Gain Fund, for the part financing of the highway improvements at the junction of Triq il-Mitħna l-Qadima and the Miżieb in Mellieħa.
This planning contribution will be due whenever the Planning Authority approves the abovementioned junction improvements. However, the whole amount or the remaining balance shall be paid prior to the issuing of the Final Compliance (Completion) Certification (excluding partial).’
Mellieħa – Triq Lewis Wettinger – traffic junction
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet sabiex tinbidel it-traffic junction li tinsab biswit il-proġett ta’ appartamenti li qed jinbnew bħalissa fi Triq Lewis Wettinger fil-Mellieħa, u li tgħaqqad Triq il-Mitħna l-Qadima ma’ Triq Lewis Wettinger u anke mat-triq magħrufa bħala Tal-Miżieb? Jekk fl-affermattiv, jista’ l-Ministru:
Jispjega x’inhu l-għan għall-bdil f’din il-junction?
Ipoġġi l-pjanti ta’ din it-traffic junction fuq il-Mejda tal-Kamra?
Jagħti timeline ta’ kif se tkun qed titwettaq din il-bidla?
Jgħid kemm se tiġi tiswa din il-junction?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar.
Kontijiet pendenti għal xogħlijiet ta’ toroq f’Għawdex
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx kontijiet pendenti għal xogħlijiet ta’ toroq li saru f’Għawdex bejn is-snin 2000 u 2013? Jekk fl-affermattiv, tista’ tagħti d-dettalji relattivi?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Ministeru għadu qed jirċievi kontijiet għall-xogħlijiet li saru mill-2000 ’il hawn u li għadhom ma tħallsux. Peress li l-files in kwestjoni huma materja ta’ investigazzjoni mill-pulizija ma jistgħux jingħataw iktar dettalji f’dan l-istadju.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2991 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2801, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu rreġistrati abbużi u attakki vjolenti fuq nisa tqal fl-2015 u fl-2016?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li bejn Jannar 2015 u Diċembru 2016 kien hemm każ wieħed irreġistrat mal-pulizija li kien jinvolvi attakk fuq mara tqila.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti li juru fejn ser isir it-twessigħ tat-toroq skont kif Transport Malta applikat lill-Awtorità tal-Ippjanar?
Planning Authority –tiswijiet tal-bankini fejn ikun sar xogħol ta’ kostruzzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Planning Authority għandhiex id-dmir u d-dritt li wara li tkun tlestiet il-kostruzzjoni fuq binja, tordna lil min ikun wettaq dak ix-xogħol ta’ kostruzzjoni jew lis-sid tal-binja, biex il-bankina jew terġa’ ssir jew tara li tkun fi stat tajjeb u mhux ta’ periklu għal min jimxi fuqha?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Awtorità tal-Ippjanar titlob lill-Iżviluppatur jagħmel garanzija bankarja biex jassigura li jekk ikunu saru ħsarat lil xi bankina li ma jkunux tranġaw, din l-istess garanzija tagħmel tajjeb għad-danni sofferti iżda fil-każ li ma jkunx hemm ħsarat jew dawn ikunu remedjati tali garanzija tiġi rilaxxata.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-preżent il-Gvern huwiex qed joffri skema ta’ manutenzjoni fuq bini antik? Jekk iva, x’inhuma l-kriterji sabiex tingħata din l-għajnuna?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bi b’pjaċir illum ħabbarna l-iSkema il-Ġdida tal-2018 li dettalji tagħha qedgħin jingħataw hawn taħt;
Skema 2018
·
€10 miljun (fondi mir-regolarizzazzjoni)
·
Applikazzjoni Online
·
F’każ ta’ kera, consent form iffirmata mis-si
d
·
Gruppi:
o
Pubbliku
§ 7.5 miljun Ewro budget
§ Sa 70% rebate
§ Massimu: 10,000 UCA, 50,000 Grade 2, 10,000 Grade 1
o
Persuni b’diżabilit
à
§ 1 miljun Ewro budget
§ Sa 70% rebate
§ Massimu: 10,000
§ Restawr u aċċessibilità
o
Pensjonanti
§ 1 miljun Ewro budget
§ Massimu: 10,000
§ Restawr tal-faċċata
o
Għaqdiet volontarji reġistrati
§ 500,000 Ewro budget
§ Massimu: 10,000
§
Restawr tal-faċċata
·
Miftuħa 2 t’April 2018 sa 28 ta’ Ġunju 2018 (first come first served)
o Xogħlijiet jibdew wara l-1 t’April 2018 u jitlestew f’sentejn. Xogħlijiet jibdew biss wara li jingħata l-permess, u jridu jiġu ppreżentati l-irċevuti.
o Applikazzjoni għal fondi ssir minn Periti permezz ta’ applikazzjoni online.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 4544, jista’ l-Ministru jara li Transport Malta tieħu l-passi sabiex tara li fi Triq il-Kbira fil-Mosta, issir il-bankina immedjatament ħalli jitneħħa l-periklu, għaliex sal-lum ma hemmx post ta’ bankina minn fejn jimxu n-nies u Transport Malta qed tieħu ż-żmien biex tawtorizza li ssir il-bankina mitluba?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar.
Billi nhar it-28 ta’ Frar 2018 kienet l-aħħar ġurnata meta impjegat tas-servizz pubbliku seta’ jippreżenta l-każ tiegħu jekk tkun saret inġustizzja miegħu qabel Marzu 2013, jista' l-Prim Ministru jgħid:
Kemm daħlu b’kollox każijiet sad-data tat-28 ta’ Frar?
Kemm minn dawn il-każijiet huma qabel Marzu 2013?
Kien hemm każi li jirreferu għal wara Marzu 2013?
Kemm mill-każijiet ta’ qabel Marzu 2013 ġew mill-Pulizija?Kemm mill-każijiet ta’ wara Marzu 2013 ġew mill-Pulizija?
Jista' jaqsam l-informazzjoni bejn każijiet f'Malta u f’Għawdex?
In-Naxxar – Ċentru tal-Fieri – Traffic Impact Assessment, Environmental Impact Assessment u Social Impact Assessment
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk sarux jew jekk hux se jintalab li jsiru Traffic Impact Assessment, Environmental Impact Assessment u Social Impact Assessment fuq il-proġett li hu intenzjonat li jsir flok dak li sal-lum hu magħruf bħala ċ-Ċentru tal-Fieri fin-Naxxar, liema proġett se jkun qed ifisser żieda ta’ madwar 500 unit residenzjali fil-lokalità tan-Naxxar? Jekk dawn l-istudji saru, jista’ jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BORG, IAN)
L-Onor. Interpellant, skond ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, qiegħed jagħmel referenza għall-applikazzjoni PA2284/16 li qiegħdha fi stadju avvanzat ta' konsultazzjoni quddiem l-istess Awtorità tal-ippjanar. Infurmat li ġie mitlub Transport Impact Assessment kif ukoll Project Description Statement liema studji huma meħtieġa għall-ipprocessar komplut f' dak li hu Trasport u Ambjent.
L-ipprocessar tal-applikazzjoni preżentament qiegħed sospiż jistenna informazzjoni meħtiega.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet sabiex jinbidlu żewġ bus shelters li jinsabu fi Triq Hompesch, il-Fgura, ftit metri ‘l bogħod mill-mina ta’ Hompesch?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa ppjanat li jinbiddlu iż-żewg bus shelters qodma li jinsabu fi Triq Hompesch, il-Fgura.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet li jitkompla x-xogħol fuq roundabout li saret riċenti bejn il-Fgura u Bulebel, fi Triq id-Dejma, faċċata ta’ Triq il-Karmnu (il-Fgura) minn Transport Malta, li jonqos li jkun impoġġi l-ħamrija u jitpoġġew xi pjanti/fjuri?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ikkumissjonat lill-MELP flimkien mal-ELC, li qed jikkordinaw bejniethom biex ix-xogħlijiet jitkomplew.
Peress li l-Kummissarju Ewropew li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ġie Malta biex jiddiskuti l-Baġit tal-Unjoni Ewropea bejn l-2020 u l-2027, tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Gvern Malti ppreżentax il-pożizzjoni tiegħu mal-Kummissjoni Ewropea f’xi laqgħat fi Brussell? Jekk iva, tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pożizzjoni tal-Gvern Malti?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern qasam il-ħsibijiet u l-prioritajiet ġenerali tiegħu mal-Kummissarju Ewropew waqt iż-żjara li għamel f’Malta, fi sfond preparatorju qabel il-publikazzjoni tal-proposti tal-Kummissjoni Ewropea f’Mejju li ġej.
Dawn il-ħsibijiet u l-prioritajiet jirriflettu l-messaġġi f’non-paper tal-Gvern li ġiet iċċirkolata lill-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri l-oħra fi Frar ta’ dan is-sena. F’dan l-istadju, din in-non-paper li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tifforma l-bażi tal-pożizzjoni preliminari tal-Gvern, sakemm il-Kummissjoni Ewropea tippubblika l-proposti tagħha.
Attachments:PQ 4966 - MT Non-Paper on the MFF Post 2020.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu fil-konfront tal-individwu li jaħdem ma’ Transport Malta li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament wara li dan għamel kummenti ta’ theddid serju fuq Facebook kif riprodott fl-istampa li qed tidher separatament?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li min naħa ta’ Transport Malta qegħdin jinfurmawni, li l-individwu li jidher fl-istampa tal-profil ta’ Facebook li tidher fl-iscreenshot mibgħuta separatament, għalkemm fid-dettalji tal-profil tiegħu elenka li hu impjegat ma Transport Malta, la qatt kien u anqas huwa, impjegat ta’ l-istess Transport Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux kont bankarju fid-Dubai u/jew fil-UAE (United Arab Emirates)?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li l-mistoqsija tiegħu hija bbażata biss fuq spekulazzjoni bla bażi li diġà ġiet miċħuda pubblikament, ngħarrfu xorta waħda li m’għandix tali kont.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux kont bankarju fil-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li l-mistoqsija tiegħu hija bbażata biss fuq spekulazzjoni bla bażi li diġà ġiet miċħuda pubblikament, ngħarrfu xorta waħda li m’għandix tali kont.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — position of trust
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 152, jista' l-Ministru issa jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Il-positions of trust fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima u l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu huma dawk fis-Segretarjati, fid-Direttorat tal-Agrikoltura u fid-Direttorat tal-Ambjent u Tibdil fil-Klima.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 153, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa issa jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-positions of trust fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa u l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu huma: dawk fis-Segretarjat; Research Analyst; Nursing Advisor; Personal Assistant; Supporting Officer; Transport, Procurement u Nurse Care Co-ordinators.