Legislature:
Category:
Reset
Active:

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — xogħol u xiri ta’ kotba minn kumpanija

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol jew inxtrawx kotba mingħandha, mill-Ministeru tiegħu, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena, minn Jannar 2000 sa Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax jew jekk ix-xiri sarx b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti jew ix-xiri li sar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taħt. Entita'/Dipartiment Data (minn Jannar 2000-Marzu 2013) Nefqa Direct Order/Tender Deskrizzjoni tax-xiri/Xogħol mogħti Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi 29/02/2000 €1,378.99 Informazzjoni mhux provduta xiri ta' 12 -il ktieb. Ministeru għas-Saħħa 30/01/2002 €2,271.14 Informazzjoni mhux provduta Kotba mixtrija għal u¿u tal-Ministeru għas-saħħa Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa 05/05/2011 €16,520.00 Direct Order Pubblikazzjoni ta' ktieb edukattiv li tqassam b'xejn fl-iskejjel kollha tal-gvern, privati kif ukoll tal-knisja.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — xogħol u xiri ta’ kotba minn kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol jew inxtrawx kotba mingħandha, mill-Ministeru tiegħu, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena, minn Jannar 2000 sa Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax jew jekk ix-xiri sarx b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti jew ix-xiri li sar?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Minn informazzjoni disponibbli ma jidhirx illi kien hemm sejħa għal offerti jew tenders .

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — xogħol u xiri ta’ kotba minn kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol jew inxtrawx kotba mingħandha, mill-Ministeru tiegħu, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena, minn Jannar 2000 sa Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax jew jekk ix-xiri sarx b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti jew ix-xiri li sar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub qiegħed jitpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Il-Mellieħa – Triq Lewis Wettinger

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti relatati ma’ PC 46/13 li għaliha kien hemm referenza fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4634?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dokument mitlub, jigifieri PC46/13 li ġie approvat mill-Planning Authority 9 ta’ Settembru 2015 qiegħed jitpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. Ninfurmah ukoll li flimkien mall-Awtoritajiet ivverifikajt u thejjew pjanijiet sabiex dan il-bypass jibqa’ b’erba’ korsiji, tnejn kull direzzjoni.

Il-Mellieħa – Triq Lewis Wettinger – inċidenti tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-inċidenti tat-traffiku li seħħew fi Triq Lewis Wettinger, il-Mellieħa (Bypass) bejn l-2007 u l-2017?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Intern u Sigurta Nazzjonali.

Mediċini b’xejn – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, sabiex jara tistax tieħu l-mediċini msemmija jew xi ħaġa simili b’xejn minħabba li din tgħix bil-pensjoni u dawn il-mediċini ġew ordnati lilha minħabba osteoporosis; ALENDRONIC ACID 70mgs €49 kull xahar u Calcium Magnesium Vitamin D Zinc €12.49c kull xahar u nofs?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ qed jiġi segwit.

Persuni li għandhom xi forma ta' problema mentali

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 8954 u 22788 tat-12-il Leġiżlatura li kienet tgħid: “Billi l-ġurnali rrappurtaw li 130,000 persuna fis-sena jkollhom xi forma ta' problema ta' saħħa mentali f'Malta, u dan ifisser li madwar 30% tal-poplu Malti jkollu xi forma ta' problema mentali kull sena, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif jitqabbel dan in-numru ma' dak li jiġri f'pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea?”, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti risposta dwar dawk il-persuni li għandhom xi kundizzjoni ta’ problema mentali u f’liema lokalità jgħixu dawn il-persuni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninfurmah ukoll illi minn stħarriġ (European Health Interview Survey) li sar fost l-adulti li għandhom 15-il sena jew aktar fl-2014/2015 meta mqabbel ma statistiċi tal-UE, f’ Malta għandna persentaġġ ta’ 5.4 fil-mija li jsofru minn chronic depression filwaqt li fl-UE l-medja hija 7.1 fil-mija.

Wied il-Għajn – Skola Primarja — Studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fl-Iskola Primarja ta’ Wied il-Għajn matul din is-sena? Kemm hemm bniet u kemm hemm subien? Kemm minn dawn l-istudenti huma barranin u min liema pajjiż ġejjin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta' studenti fl-Iskola Primarja ta’ Wied il-Għajn matul din is-sena (skont il-figuri tal-20 ta' Marzu 2018) huwa ta' 822 li minnhom 405 huma bniet u 417 subien. Mit-total ta' 822 student, 544 huma Maltin, 32 għandhom nazzjonalità Maltija u ta' pajjiż ieħor, filwaqt li 246 huma barranin. Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi n-numru ta' studenti f'din l-iskola skont in-nazzjonalità, maqsuma bejn bniet u subien.

Ċentri ta’ Matul il-Jum – spiża ta’ ikel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tiġi l-ispiża tal-ikel għaċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għal ġurnata waħda? Jista’ jindika l-menù ta’ ġurnata tipika u jekk hemmx xi Ċentri fejn l-ikel jiġi ppreparat fiċ-Ċentru stess, flimkien mal-klijenti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Skejjel tal-Istat – studenti bl-awtiżmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti bil-kundizzjoni tal-awtiżmu fl-iskejjel tal-Istat? Fiex jikkonsisti s-servizz mogħti mill-Autism Spectrum Disorder Support Team?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm 666 studenti b’awtizmu fl-iskejjel ta’ l-Istat. L-għan tal-Autism Spectrum Support Team huwa li jsaħħaħ il-ħiliet tal-edukaturi u tal-ġenituri biex jaffaċċjaw il-bżonnijiet edukattivi individwali tat-tfal b’awtiżmu, li jiffaċilita t-tagħlim, li jgħin fl-iżvilupp soċjali u ta’ mġiba, u li jkabbar l-abbiltajiet tal-istudenti fl-ambjenti tal-mainstream.

Aġenzija Sapport – Servizz Star 25

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4613, jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti s-Servizz Star 25 mogħti mill-Aġenzija SAPPORT?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi preżentament, is-servizz Star 25 mogħti mill-Aġenzija Sapport b’kollaborazzjoni mal-Inspire, jingħata lill-adulti li għandhom diżabilità intellettwali severa. Dan is-servizz jingħata għal ħames siegħat kuljum, mit-Tnejn sal-Ġimgha. Il-klijenti jirċievu diversi servizzi ta’ terapija, li jinkludu physiotherapy, occupational therapy, speech & language pathology u hydrotherapy . Dawn il-klijenti jibbenefikaw ukoll minn servizzi ta’ terapija fil- multisensory room. Il-klijenti jiġu ssapportjati wkoll sabiex jipparteċipaw f’diversi attivitajiet varji, bħal xogħol bl-idejn, xogħol ta’ fuħħar, tisjir, human-animal interaction, mużika, kif ukoll l-użu tat-teknoloġija tal-informatika. Il-klijenti li jagħmlu użu minn dan is-servizz, jiġu provduti b’servizz individwalizzat.
Leg 13 PQ #4979 Sitting 96 2018-03-21 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi – eżitu ta’ investigazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-eżitu tal-investigazzjoni mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni fil-persuni tal-Ministru għat-Turiżmu u taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru li għaliha saret referenza pubblika mill-Prim Ministru?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onoveroli Interpellant li l-Artiklu 4 tal-Income Tax Management Act jipprojbixxi kull uffiċjal tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni milli jagħti informazzjoni bħal dik mitluba minnu.

Il-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar – anzjani – servizz ta’ home help

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li preżentament qed jingħataw is-servizz tal-home help (lokalità b’lokalità) fil-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, n-numru ta’ residenzi li qed jirċievu s-servizz tal-Home Help fil-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar huwa kif ġej : Mellieħa 49 San Pawl il-Baħar 24 Naxxar 63

Il-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar – lista ta’ stennija għas-servizz ta’ home help

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-lista ta’ stennija ta’ persuni li talbu s-servizz tal-home help (lokalità b’lokalità) fil-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, n-numru ta’ każijiet li qed jistennew is-servizz tal-Home Help fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u Naxxar huwa kif ġej : Servizzi ġodda approvati: Mellieħa 1 San Pawl il-Baħar 2 Naxxar 5 Servizzi li waqfu u qed jistennew jerġa’ jibda s-servizz: Mellieħa 9 San Pawl il-Baħar 6 Naxxar 1 Każijiet li qed jistennew biex jarahom il-bord: Mellieħa 1 San Pawl il-Baħar 2 Naxxar 1 Każijiet li qed jistennew li jsirilhom assessment minn social worker: Mellieħa 1 San Pawl il-Baħar 4 Naxxar 1 Każijiet li applikaw imma kellhom xi dokumenti neqsin: Mellieħa 1 San Pawl il-Baħar 4 Naxxar 1 Total globali : 40

Meals on Wheels – ħlas għas-servizz

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-prezz li persuna kienet tħallas għas-servizz tal-meals on wheels, sena b’sena, bejn is-snin 2012 u l-2018?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-prezz li persuna kienet tħallas għas-servizz tal-meals on wheels, għal kull ikla, bejn is-snin 2012 u 2018 huwa kif ġej : 2012 - €2.21 2013 - €2.21 2014 - €2.21 2015 - €2.21 2016 - €2.21 (mit-3 ta’ Novembru 2016 l-prezz għal meals on wheels sar €2.20) 2017 - €2.20 2018 - €2.20

L-Imsida — Triq d'Argens - parkeġġ

Question

Jista' l-Ministru jassigura li l-parking li kien tneħħa fi Triq d'Argens, l-Imsida minħabba x-xogħol fil-Kappara Junction, u issa reġa' ġie lura għan-normal, se jinżamm kif inhu bħalissa? Jiġifieri se jinżamm il-parking kif kien oriġinali fi Triq d'Argens skont ukoll it-talba tal-Kunsill tal-Imsida?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta bħalissa għadejja b’diskussjonijiet mal-Pulizija, il-Kunsill Lokali kkonċernat, LESA, GRTU u stake holders oħra sabiex tipprova ssib soluzzjoni għall-konġestjoni kbira li qiegħda tinħoloq minħabba l-parkeġġi li ġew lura f’posthom f’Rue d’Argens, u dan wara li tlesta l-proġett tal-Kappara. Dan it-tibdil wassal sabiex it-triq msemmija ġiet ridotta għall-karreġġjata waħda minflok tnejn bil-konsegwenza li l-vetturi qiegħdin jeħlu saħansita sa Mater Dei. Biex il-parkeġġ ma jitneħħiex qiegħed jinstab kompromess li waqt ir-Rush Hoursit-triq tkun żewġ karreġġjati u filgħaxijiet u bil-lejl tinżel għal karreġġjata waħda biex ikun jista’ jintuża l-parkeġġ. Dawn il-parkeġġi jintużaw bla limitu fil-weekends u l-festi pubbliċi. Transport Malta ma tistax tħares lejn l-isfida tat-traffiku b’ mod spezettat imma b’ mod ħolistiku sabiex kull tibdil li jsir iħalli riżultati pożittivi, u li jħarsu b’mod wiesgħa lejn inkonvenjenti li jrid jgħaddi minnhom l-pubbliku li jkun għaddej mill-inħawi.

Il-Mellieħa — għassa - karozza tal-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jara li n-nuqqas ta' vettura tal-pulizija fl-għassa tal-Mellieħa tiġi riżolta darba għal dejjem peress li jirriżulta li wara li din l-għassa kienet ilha ġimgħat bla karozza, wara biss jumejn li ngħatat lura, fl-aħħar jiem, il-lokalità tal-Mellieħa reġgħet spiċċat bla karozza?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi waqt li jsir dak kollu possibbli biex problemi mekkaniċi u tekniċi fil-vetturi tal-pulizja jiġu indirizzati malajr, ċerti ħsarat huma inevitabbli u ma jistgħux jiġu antiċipati, kif ġara fil-każ tal-vettura għal-lokalità tal-Mellieħa. Infurmat illi l-istess vettura ġiet irritornata wara li problemi ġew solvuti.

Awtorità tal-Artijiet — persuni li rriżenjaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma, x'kariga kellhom u kemm-il persuna tal-Awtorità tal-Artijiet irriżenjaw mit-3 ta' Ġunju 2017?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mid-data msemmijja 'l hawn, kienu ħamsa l-impjegati tal-Awtorità tal-Artijiet li rriżenjaw. Tabella bid-dettalji mitluba qeda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #1115 Sitting 95 2018-03-20 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — konsulenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlas rispettiv ta' kull konsulent li kull entità li għaliha hu responsabbli, għandha? Jista' jgħid liema huma dawk li bdew wara t-3 ta' Ġunju 2017?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi it-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward l-MCA, it-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlas rispettiv ta' kull konsulent li kull entità li għaliha hu responsabbli, għandha? Jista' jgħid liema huma dawk li bdew wara t-3 ta' Ġunju 2017?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.