Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg – call għal Manager
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta nħarġet il-call għal Manager (Contracts Compliance) fid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg ? Tista' tgħid kemm applikaw? Tista' tgħid x'esperjenza kellu l-persuna li ġiet magħżula għal dan il-post?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li s-sejħa għall-pożizzjoni ta’ Manager (Contracts Compliance) inħarġet nhar is-27 ta’ Jannar 2017. Għal din is-sejħa kien hemm 9 applikanti u l-persuna li ntagħżlet issodisfat ir-rekwiżiti meħtieġa ta’ esperjenza li kienu nklużi fis-sub criteria stabbiliti għal din il-Call.
Konċessjoni ta’ tliet sptarijiet — Ftehim mal-kumpanija
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li sar mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament dwar il-konċessjoni ta' tliet sptarijiet ċjoè Sptar Karen Grech, Sptar Ġenerali ta' Għawdex u Sptar San Luqa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-konċessjoni tat-tlett sptarijiet msemmija għaddiet għand Steward Healthcare permezz ta’ Share Transfer u allura l-Gvern ma ffirma l-ebda ftehim ġdid.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba saret għal clearance mill-Awtorità tal-Artijiet f'każ ta' applikazzjonijiet għal żvilupp fuq art jew binjiet li huma tal-Gvern matul l-2016 u l-2017? Kemm qed tieħu żmien biex talba għal clearance mill-Awtorità tal-Artijiet tkun ipproċessata? Jista’ jgħid jekk hux minnu li clearances qed jieħdu xhur sħaħ biex jiġu pproċessati u dan b'detriment ta' min jitlob tali clearance?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ applikazzjonijiet illi ġew proċessati fl-2016 u l-2017, minn meta ħarġu l-applikazzjonijiet f’Mejju 2016 sal-aħħar tal-2017, jammontaw għal-1,725.
It-talbiet għall-clearance in principle jiġu proċessati skont il-mertu tagħhom. Hemm linji gwida fejn jekk applikazzjoni tkun skont il-mertu ta’ dawk il-linji gwida, din tiġi pproċessata fi żmien 24 siegħa. Jekk ma tkunx taqa’ f’dawk il-parametri, allura din l-applikazzjoni trid tiġi għall-konsiderazzjoni u approvazzjoni tal-Bord.
Iż-żmien ta’ kemm iddum biex tiġi approvata applikazzjoni jvarja ukoll skont kemm l-informazzjoni provduta mill-applikant hija korretta.
Fidi ta’ ċens ta’ art taħt Home Ownership Scheme – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament se jkun jista’ jifdi ċ-ċens ta' biċċa art tal-Gvern li tagħmel parti mill-Home Ownership Scheme li fuqha kienet inbniet dar? Jekk hemm bżonn li tinħareġ Presidential Order qabel dan l-individwu jkun jista’ jifdi ċ-ċens, jista’ jgħid fiex wasal il-proċess biex toħroġ il-Presidential Order u meta jaħseb li se toħroġ?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jista’ jifdi ċ-ċens permezz ta’ Skema Q iżda l-kuntratt tal-bejgħ ikun jista’ jsir ġaladarba l-Awtorità tal-Artijiet tittrasferixxi dan il-plot lill-Awtorità tad-Djar. It-talba għat-trasferiment saret formalment lill-Awtorità tal-Artijiet u għalhekk qed nistennew mingħand l-istess Awtorità.
Fidi ta’ ċens ta’ art taħt Home Ownership Scheme – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament se jkun jista’ jifdi ċ-ċens ta' biċċa art tal-Gvern (u ċjoè li taqa’ taħt ir-responsabilità tal-Awtorità tal-Artijiet) li tagħmel parti mill-Home Ownership Scheme li fuqha kienet inbniet dar? Jekk hemm bżonn li tinħareġ Presidential Order qabel dan l-individwu jkun jista’ jifdi ċ-ċens, jista’ jgħid fiex wasal il-proċess biex toħroġ il-Presidential Order u meta jaħseb li se toħroġ?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fir-rigward tal-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, l-art li fuqha ġiet mibnija l-proprjeta’ msemmija għadha ma ġietx akkwistata mill-Gvern la b’kuntratt mas-sidien orignali u lanqas b’dikjarazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern wara l-2003. Il-propjeta’ msemmija hija maqsuma f’żewġ biċċiet art indikati bħala plot 4_1 fuq pjanta P.D. numru 66_91_5 u bħala plot 5 fuq pjanta L.D. numru 66/91.
Għaldaqstant, irid jiġi stabbilit li l-istima li hemm fir-rigward tal-akkwist taż-żewġ biċċiet art, hija waħda li tikkwalifika a bażi tal-Kapitolu 573 tal-liġi. Ngħarraf lill-Interpellant illi parti mill-art li fuqha tinsab mibnija din il-proprjeta’ hija maqbuda b’avviż leġali li ħareg a bażi tal-Att dwar Arei għall-Iżvilupp tal-Bini (BDA) . Għaldaqstant, is-sidien oriġinali jridu jippreżentaw rikors il-Qorti għall-Kumpens mill-Gvern, liema kumpens jingħata la darba ikun hemm sentenza finali.
Jista’ l-Ministru jara li l-karozzi tal-linja 82 u 210 li jgħaddu minn Birżebbuġa jibdew ibaxxu l-ewwel tarġa biex persuni ta' ċertu età jkunu jistgħu jitilgħu f’tal-linja?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ser inkunu qegħdin nesiġu’ mal-Operatur tat-Trasport Pubbliku sabiex jizgura li ix-xufiera li qegħdin fuq is-servizz tat-trasport pubbliku isegwu din il-prattika.
Trasport Pubbliku – multi għal nuqqas ta’ osservanza ta’ ħinijiet
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 4189 dwar kemm ħallset f’multi l-kumpanija tat-trasport pubbliku għal nuqqasijiet fir-rigward ta' puntwalità u affibilità fl-2015, fl-2016 u fl-2017, jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fir-risposta tiegħu qal li l-ammont ta' multi fl-2016 kien jammonta għal €82,125 meta għall-istess mistoqsija li saret fit-12-il Leġiżlatura bin-numru 29165, fir-risposta tiegħu l-Ministru preċedenti responsabbli mit-Trasport Pubbliku kien qal li l-multi kienu jammontaw għal €135, 520? X'sar minnhom it-€53,395 diskrepanza?
Response (BORG, IAN)
Nibda billi nserraħ ras l-Onorevoli Interpellant li ma’ hemm l-ebda diskrepanza la fil-figuri li kienu ngħataw fir-risposta għall-mistoqsijja parlamentari 29165 u dik bin-numru 4189.
Infakkar lill Onorevoli Interpellant li fil-mistoqsijja 29165 ġiet mitluba ċifra ta’ kemm il-Malta Public Transport weħlu multi għal servizz ħażin. B’servizz ħażin wieħed jifthem li dan jirrigwarda kwalunkwe ħaga li t’affetwa is-servizz negattivament. Dan ma jikkonċernax biss l-affidabilita’ w il-puntwalita iżda jinkludi affarijiet oħra wkoll. Għaldaqstant, l-ammont li kien ingħata f’din ir-risposta ma’ kienx jinkludi biss penalitajiet li jirrigwardaw l-affidabilita u l-puntwalita iżda kienu jinkludu penalitajiet oħra.
Mill-banda l-oħra l-mistosijja bin-numru 4189 kienet qiegħdha titlob speċificament dwar penalitajiet li nħargu lill-Operatur tat-Trasport Pubbliku għal dak li jirrigwarda l-puntwalita u affidabilita’.
Trasport Pubbliku – rapport dwar l-aħħar vjaġġ tal-karozza tal-linja — thresholds
Question
B'referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 4190 fejn kien ġie mistoqsi x’passi jieħu l-Ministeru tiegħu kontra l-kumpanija tat-trasport pubbliku partikolarment meta passiġġieri jirrappurtaw li l-aħħar vjaġġ tal-karozza tal-linja ta’ xi ġurnata lejn xi lokalità ma jkunx sar, jista’ għalhekk il-Ministru jgħid x'inhuma dawn t-thresholds fix-xahar għal kull rotta u kemm huwa permissibli li jinqabżu vjaġġi qabel ma jiġu applikati l-multi li għamel referenza għalihom fir-risposta tiegħu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dettalji tat-thresholds rigward l-affidabilità tas-servizz jinsabu fil-kuntratt li kien ġie mpoġġi fuq il-mejda tal-kamra fi Frar 2016.
Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni – każijiet pendenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet pendenti quddiem il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni? Jista' jgħid kemm ilhom pendenti l-każijiet quddiem il-Kummissjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni – każijiet ta’ korruzzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' korruzzjoni li tressqu quddiem il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena? Jista' jgħid kemm minn dawn il-każijiet ġew konklużi u kemm għadhom pendenti?
Response (BONNICI, OWEN)
In-numru ta’ każijiet ta’ korruzzjoni mressqa quddiem il-Kummissjoni sena b’sena mis-sena 2000 sal-2018 huwa kif muri fit tabella annessa:
Sena
Każijiet pendenti
mis-sena preċedenti
Każijiet ġodda matul is-sena
2000
103
13
2001
77
12
2002
53
15
2003
38
3
2004
20
9
2005
12
9
2006
11
5
2007
6
14
2008
15
2
2009
4
7
2010
3
4
2011
6
3
2012
7
12
2013
19
3
2014
9
4
2015
11
2
2016
10
6
2017
12
5
2018
17
Swiss Leaks – lista ta’ politically exposed persons
Question
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' politically exposed persons Maltin li kienu mniżżla fis-Swiss Leaks u dan peress li nhar id-9 ta' Marzu 2015 huwa stess kien wiegħed li se jippubblika din il-lista?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru jinsab informat mill-Kummissarju tat-Taxxi Interni li ma hemmx żviluppi ġodda wara t-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 294.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi, u min joħroġ tali salarju?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — spiża fuq IT
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tal-Ministru? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-devices kollha li nxtraw mill-Ministeru huma mniżżlin u identifikati kollha taħt l-inventarju tal-Ministeru. Dawn id-devices jaqgħu bħala inventarju komuni u mhux bilfors ikun l-każ li nxtraw speċifikament għall-impjegati tas-Segretarjat. Il-prassi komuni tkun li meta x’impjegat ma jibqax jiffurma parti minn sezzjoni, is-Segretarjat inkluż, tali devices jerġgħu jiġu ritornati lura u assenjati lil xi ħadd ieħor fil-Ministeru, dan bla forma ta’ preġudizzju izda skont il-bżonn.
Madanakollu u b’referenza għall-Mistoqsija kkonċernata, l-impjegati tas-Segretarjat qegħdin jagħmlu użu minn 10
laptops
ġodda, mixtrija bejn l-2016 u l-2017, 4 assenjati b’ trasferiment li kienu mixtrija bejn l-2014 u l-2016, u 4
Tablets
li nxtraw fl-2017.
L-Ispiża inizjali ta’ dawn
id-devices
kienet ta’ €9,689.89 (VAT eskluża), filwaqt li l-ispiża għall-manteniment ta’ dawn hija dik ta’ €314.00 (VAT eskluża) għal-
Software
u
Hardware
Support
li
jiġi
provdut
mingħand il-MITA b’mod annwali.
Fil-każ tal-
mobiles
, l-ispiża rikorrenti hija dik ta’ €355.89 (VAT eskluża) kull xahar għal erba servizzi tal-
mobiles
li huma koperti skont kuntratti separati u kundizjonijiet hekk kif inhuma mifthiema ma’ min jipprovdi s-servizz.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min ipproduċa x-xandira li saret fl-okkażjoni tal-mitt jum tal-Gvern Laburista? Kemm intalbu quotations? Mingħand min? Jista’ jpoġġi kopja tagħhom u tar-risposti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt nfurmat li l-produzzjoni tal-mitt gurnata wara l-elezzjoni tas-sena 2013 saret minn Halo Pictures ltd.
Intalbu tlett quotations, mingħand Sharp Shoot, Ikona Artworks u Halo Pictures ltd.
Intgħazlet ta’ l-ahhar bi spiża ta’ €1,368.80 (VAT inkluż) u li kienet l-aktar waħda irħisa.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Spejjeż ta’ Media Events
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-uffiċċju tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni – Spejjeż ta’ Media Events
Question
Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni - spejjeż ta' media events
Question
Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — xogħol u xiri ta’ kotba minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol jew inxtrawx kotba mingħandha, mill-Ministeru tiegħu, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena, minn Jannar 2000 sa Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax jew jekk ix-xiri sarx b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti jew ix-xiri li sar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru fis-sena 2001 xtara numru ta’ kotba mingħand il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament. L-ammont minfuq kien dak ta’ €337.76.
Ninsab infurmat ukoll li dan il-Ministeru xtara numru ta’ kotba fis-snin 2001, 2002, 2004, 2005 u 2006 mingħand kumpanija b’isem differenti iżda bl-istess numru ta’ Reġistrazzjoni tal-VAT bħal dak tal-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament. Dan ix-xiri kien jammonta għal €2,248,19.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — xogħol u xiri ta’ kotba minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol jew inxtrawx kotba mingħandha, mill-Ministeru tiegħu, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena, minn Jannar 2000 sa Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax jew jekk ix-xiri sarx b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti jew ix-xiri li sar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab annessa ma’ din ir-risposta:
Isem id-Dipartiment / Entità
Data
Tip ta' Xogħol jew xiri
Direct Order/Tender
Spiża
Dipartiment tal-Gvern Lokali
2002
Xiri ta' kotba
Direct Order
€321.45
Kunsill Malti għall-Arti
24/02/2003
20 kopja personalizzata ta' 'Malta 360'
L-informazzjoni fuq x'tip ta' proċedura ntużat mhijiex disponibbli għax kif inhi l-proċedura, il-Kunsill iżomm dokumenti sa terminu ta' 10 snin
€1,514.09
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — xogħol u xiri ta’ kotba minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol jew inxtrawx kotba mingħandha, mill-Ministeru tiegħu, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena, minn Jannar 2000 sa Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax jew jekk ix-xiri sarx b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti jew ix-xiri li sar?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija li d-dettalji tagħha ngħataw separatament, ingħataw xogħol b’valur ta’ €4,699.50 Vat Eskluż b’direct orders fuq xiri ta’ kotba, mill-Ministeru tiegħi, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi minn Jannar 2000 sa Marzu 2013.