Legislature:
Category:
Reset
Active:

Residenzi li għandhom garaxx bħala parti mill-binja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ residenzi li għandhom garaxx bħala parti mill-binja jew appartament tagħhom? Kemm hawn garaxxijiet residenzjali mibnija f’pajji¿na?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazjoni mitluba m’hix disponibli u l-anqas hemm mod raġonevoli kif tinġabar mill-Awtorità tal-Ippjanar.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — Safar fuq xogħol tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid a. liema kienu s-safar fuq xogħol tal-Gvern li huwa kellu fl-2021 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza; b. liema kienu mħallsa minn fondi tal-Unjoni Ewropea u liema kienu minn fondi nazzjonali; c. min kellu fid-delegazzjoni tiegħu/tagħha; d. x’kienet l-ispiża totali ta’ kull safra msemmija?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għas-Saħħa — Safar fuq xogħol tal-Gvern

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid a. liema kienu s-safar fuq xogħol tal-Gvern li huwa kellu fl-2021 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza; b. liema kienu mħallsa minn fondi tal-Unjoni Ewropea u liema kienu minn fondi nazzjonali; c. min kellu fid-delegazzjoni tiegħu/tagħha; d. x’kienet l-ispiża totali ta’ kull safra msemmija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taħt li qed tindika s-safra li kelli sal-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena. Data minn Data sa Destinazzjoni Kariga tal-Persuni li akkumpanjawni Raġuni ez: Isem il-konferneza etc… Spejjeż ta' vjaġġar Kemm mill-ispejje ż tħallsu minn fondi tal-Unjoni Ewropeja 14 ta' Ġunju 2021 16 ta' Ġunju 2021 Il-Lussemburgu Uffiċjal Kap Eżekuttiv/ Kap tas-Segretarjat, Direttur. Parteċipazzjoni fil-Kunsill EPSCO (Saħħa). €4,756.80 €2,361.00

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Safar fuq xogħol tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid a. liema kienu s-safar fuq xogħol tal-Gvern li huwa kellu fl-2021 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza; b. liema kienu mħallsa minn fondi tal-Unjoni Ewropea u liema kienu minn fondi nazzjonali; c. min kellu fid-delegazzjoni tiegħu/tagħha; d. x’kienet l-ispiża totali ta’ kull safra msemmija?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali kellu safra waħda biss tul din is-sena, fejn attenda l-InClassica Festival f’Dubai li fih ipparteċipat l-Orkestra Nazzjonali. Id-delegazzjoni ministerjali kienet tikkonsisti fil-Ministru nnifsu u konsulent. L-ispejje¿ ta’ akkomodazzjoni kienu mħallsa mill-organizzaturi, it-titjiriet ammontaw ghal sitt, elef ħames mija u sitt ewro (€6,560).

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Safar fuq xogħol tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid a. liema kienu s-safar fuq xogħol tal-Gvern li huwa kellu fl-2021 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza; b. liema kienu mħallsa minn fondi tal-Unjoni Ewropea u liema kienu minn fondi nazzjonali; c. min kellu fid-delegazzjoni tiegħu/tagħha; d. x’kienet l-ispiża totali ta’ kull safra msemmija?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dettalji mitluba rigward is-safar fuq xogħol tal-Gvern fl-2021 sal-ġurnata li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija, huma li ġejjin; l-Italja bi spi¿a totali ta’ €1916.06 u Monaco, bi spiża totali ta’ €2389.30, koperti minn fondi nazzjonali. Fiż-żewgt safriet il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali ġie akkumpanjat minn Mr. Ivan Sammut, Registrattur Generali tal-Bastimenti Merkantili u l-Bahhara, mill-Awtorita’ tat-Trasport f’Malta.
Leg 13 PQ #22286 Sitting 503 2021-10-26 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Safar fuq xogħol tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid a. liema kienu s-safar fuq xogħol tal-Gvern li huwa kellu fl-2021 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza; b. liema kienu mħallsa minn fondi tal-Unjoni Ewropea u liema kienu minn fondi nazzjonali; c. min kellu fid-delegazzjoni tiegħu/tagħha; d. x’kienet l-ispiża totali ta’ kull safra msemmija?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba sal-aħħar ta’ Settembru hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — Safar fuq xogħol tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid a. liema kienu s-safar fuq xogħol tal-Gvern li huwa kellu fl-2021 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza; b. liema kienu mħallsa minn fondi tal-Unjoni Ewropea u liema kienu minn fondi nazzjonali; c. min kellu fid-delegazzjoni tiegħu/tagħha; d. x’kienet l-ispiża totali ta’ kull safra msemmija?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, id-delegazzjonijiet li assistew lill-Ministru kienu dawk skont il-bżonnijiet ta’ xogħol konness mas-safar. L-informazzjoni oħra mitluba tinsab kif tidher fit-tabella ta' hawn taħt. DATA TA' L-IVVJAĠĠAR MĦALLSA MINN SPI¯A TOTALI F'EWRO 31.5.2021 - 2.6.2021 Mħallsa minn Fondi Nazzjonali 6,051.77 5.7.2021 - 7.7.2021 Mħallsa minn Fondi Nazzjonali 3,669.30 25.8.2021 - 27.8.2021 Mħallsa minn Fondi Nazzjonali 4,175.72 11.9.2021 - 14.9.2021 Mħallsa minn Fondi Nazzjonali 5,336.49 6.10.2021 - 8.10.2021 Mħallsa minn Fondi Nazzjonali 2,149.00
Leg 13 PQ #22368 Sitting 503 2021-10-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Farm Roads

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm, f'liema lokalitajiet ġewwa Għawdex u jagħti l-isem tat-triq/area u kemm kien it-tul u l-wisa’ fejn saru 'Farm Roads' bil-konkos mill-ħaddiema fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex mill-1 ta' Jannar 2021 sad-data meta tigi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari biex jitjieb l-aċċess għall-bdiewa u għan-nies li jiffrekwentaw dawn it-toroq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #22389 Sitting 503 2021-10-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Programm Operattiv II tal-Politika ta’ Koeżjoni Ewropea 2021-2027 – skemi ta’ Għajnuna

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-iskemi ta’ għajnuna diġà approvati taħt il-Programm Operattiv II tal-Politika ta’ Koeżjoni Ewropea 2021-2027 – Fondi Strutturali - li minnhom se jibbenefika Għawdex? Min huwa l-intermediate body taħt kull skema? Kemm hu l-ammont ta’ fondi li bbenefika/se jibbenefika? Liema minn dawn l-iskemi diġà tlestew? Liema huma dawk li diġà nbdew u għadhom ma tlestewx? Meta nbdew? Meta mistennija li jitlestew? Dawk li għadhom ma nbdewx, meta mistennija li jibdew u jitlestew? Jista’ jgħid kemm tħallsu flus s’issa u kemm hemm flus kommessi biex jitħallsu f’kull każ?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li għall-programm ta’ finanzjament Ewropew għal 2021-2027, Għawdex se jkun qed jibbenefika minn 10% tal-fondi allokati fil-Programm ta’ Koe¿joni u dak tal-Agrikoltura li jammonta għal aktar minn €112 miljun . Barra dan, Għawdex se jkun qed jibbenefika ukoll minn allokazzjoni oħra marbuta ma’ żvilupp sostenibbli urban li jammonta għal €60 miljun. Tajjeb li wieħed ifakkar li fil-programm 2014-2020, Għawdex qed jibbenefika minn €110 miljun.

Uffiċċju tal-AgriConnect

Question

B'referenza għall-Uffiċċju ta’ AgriConnect li nfetaħ mill-Ministeru tiegħu f'dawn l-aħħar xhur ġewwa l-Mellieħa biex bdiewa u raħħala Maltin ikollhom servizz tal-komunità u jaqdu l-bżonnijiet tagħhom, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jinfetaħ uffiċċju simili ġewwa Għawdex għall-bdiewa u r-raħħala Għawdxin?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċċju li nfetaħ fil-Mellieħa joffri s-servizz kemm lill-bdiewa kif ukoll lir-raħħala fit-Tramuntana tal-pajjiż li jinkludi Għawdex. Ta’ min jirrimarka li l-bdiewa u r-raħħala Għawdxin jistgħu jinqdew mill-farm esperimentali tal-Gvern fix-Xewkija.

Forzi Armati ta’ Malta – Helipad f’Għawdex – pjanti, studju u permessi tal-PA għal tkabbir

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja u pjanti tal-istudji u l-permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA) biex isir it-tkabbir tal-helipad tal-Forzi Armati ta' Malta ġewwa Għawdex biex tilħaq il-ħtiġijiet militari ġodda? Jista’ jgħid jekk ix-xogħlijiet infrastrutturali bdewx u x'sar s’issa u x'baqa jsir u meta hu ppjanat li jitlesta dan il-proġett tant bżonjuż biex tilħaq il-ħtiġijiet militari ġodda?

Response (CAMILLERI, BYRON)

B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari PQ 22391, l-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat illi x-xogħol fuq it-tkabbir tal-helipad ġewwa l-bażi tal-FAM li tinsab il-Qortin Għawdex tlesta kollu. Qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-kamra, r-rapport intern ikkummisjonat mill-FAM, kif ukoll pjanta ta’ kif għandha ssir il-helipad. Barra x-xogħol infrastrutturali li kien hemm bżonn, sar ukoll dawl ġdid u windsock sabiex ikun ta’ għajnuna għall-piloti.

Kumpanija – taħriġ u assistenza lill-anzjani fl-użu ta’ xiri b’mod elettroniku

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 21960, jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu biex b’mod effettiv jiġu faċilment ikkomunikati lill-anzjani dawn is-servizzi li toffri l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Hemm il-ħsieb li jiġu forniti servizzi ta’ oħra lill-anzjani fil-futur qarib? Jekk iva jista’ jipprovdi elenku tal-istess?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.
Leg 13 PQ #22414 Sitting 503 2021-10-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Għajnsielem – Dar San Ġużepp — tender

Question

B'referenza għat-tender CT2281/2019 - Tender to Finish, Furnish, Equip, Operate, Manage, Maintain and Transfer Back Dar San Ġużepp, Għajnsielem, Gozo as a Long Term Care Facility for Elderly with Environmental Friendly items, jista’ l-Ministru jgħid minn min huma ffurmati l-erba' Consortium/Kumpaniji (isem il-kumpaniji, jew persuni) li ssottomettew (ibbidjaw) għal din l-imsemmija tender?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-erba’ konsorzji/ kumpaniji li ssottomettew offerta għas-sejħa għall-offerti CT2281/2019 - Tender to Finish, Furnish, Equip, Operate, Manage, Maintain and Transfer Back Dar San Ġuzepp, Għajnsielem, Gozo as a Long Term Care Facility for Elderly with Environmental Friendly items huma iffurmati hekk: Kumpanija/ KonsorzjuIffurmata minn: Gozo Healthcare JViCare Ltd Signal 8 Security Services Malta Ltd Support Services Ltd Malta Healthcare Caterers Limited GOLD CARE HOMES MALTAFM Core Limited Operations Holdings Ltd CareMalta LtdCareMalta Ltd Prime Care LimitedPrime Care Limited

Mini tal-Qroqq — madum

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fir-rigward tal-madum li twaħħal ħdejn il-mini tal-Qroqq: 1. Il-kuntrattur jew il-persuna involuta kienx l-aħjar għażla? 2. Il-kuntrattur jew il-persuna involuta kienx saħansitra kompetenti biex itemm ix-xogħol b'mod adegwat? 3. Il-kuntrattur jew il-persuna involuta kienx soġġetti għal tender kompetittiv? 4. Il-kuntrattur jew il-persuna involuta ngħatax ix-xogħol b'direct order? 5. Il-kuntrattur jew il-persuna involuta hu individwu li hu jaf personalment?

Response (BORG, IAN)

Il-proġett b’investiment ta’ €10 miljun minn Infrastructure Malta biex tirranġa u ssebbaħ l-istrutturi tal-mini f’Ħal Kirkop, Santa Venera, Tal-Qroqq u Ta’ Giorni wasal fl-aħħar ftit xogħlijiet tiegħu. Permezz ta’ dan il-proġett, il-Gvern qed jagħti ħajja ġdida lil dawn il-mini, li flimkien iġibu total ta’ 4.8 kilometri ta’ korsiji bħala parti mix-xibka tat-toroq arterjali ta’ pajjiżna. Dawn il-mini nbnew bejn l-1967 u l-1996, bl-eqdem struttura hija dik Ta’ Giorni u l-iżjed waħda riċenti ta’ Tal-Qroqq. Minħabba li kien ilhom snin twal fi stat ta’ telqa, l-erba’ strutturi kellhom bżonn ħafna tiswijiet, manutenzjoni u mmodernizzar sabiex ikunu jistgħu jilħqu l-ogħla standards internazzjonali ta’ kwalità u jkunu armati bl-aħħar teknoloġiji ta’ saħħa u sigurezza għall-eluf ta’ persuni li jgħaddu minnhom ta’ kuljum. Ix-xogħlijiet kollha saru minn kuntrattur li ntgħażel wara evalwazzjoni tal-offerti mitfugħa skont ir-regolamenti applikabbli. Il-kuntrattur magħżul kellu l-esperti meħtieġa biex iwettaq dan ix-xogħol, skond ir-regolamenti applikabbli. Fil-fażi inizjali tal-proġett, il-kuntratturi naddfu l-ħitan minn saffi ta’ nugrufun u ħmieġ ieħor li tħalla jinġema għal għexieren ta’ snin, li matulhom dawn il-mini ftit li xejn raw manutenzjoni jew tindif. Imbagħad bdew it-tiswijiet tal-istrutturi u l-faċċati tagħhom li partijiet minnhom kellhom ħsarat estensivi u kienu jeħtieġu anke xogħol kbir ta’ restawr fil-ġebel u l-konkos tagħhom. Fil-każ tal-mini ta’ Santa Venera u Ta’ Giorni, li t-tnejn tħaffru fil-blat, sar ukoll studju bl-użu ta’ radar biex ġew identifikati xquq li kienu jeħtieġu interventi addizzjonali. Infrastructure Malta rrestawrat il-faċċati tad-daħliet tal-mini ta’ Santa Venera, Ħal Kirkop u Ta’ Giorni għad-dehra oriġinali tagħhom, bil-ġebla tal-franka. L-aġenzija talbet ukoll li d-daħliet tal-konkos mikxuf tal-Mini Tal-Qroqq, li kienu swiedu u kriehu bi snin ta’ dħaħen u nuqqas ta’ tindif, jingħataw dehra aktar sabiħa b’materjal ikkulurit li ma jaqbadx ħafna ħmieġ miegħu u li jkun jista’ jitnaddaf b’mod eħfef. Il-kuntratturi laħqu dan l-għan billi ksew id-daħliet b’madum li ġie mwaħħal b’kolla apposta. Id-disinn ikkulurit ġdid ta’ dawn il-ħitan ġie stampat fuq il-madum, li ġie wkoll glazed qabel twaħħal, ħalli jservi aktar fit-tul. B’hekk, ħitan li tħallew mitluqa għal ħafna snin issa qed jagħtu dehra ġdida lil dawk kollha li jivvjaġġaw f’din ir-rotta ewlenija ta’ pajjiżna. Tajjeb jingħad li rapporti fil-media dwar waħdiet minn dan il-madum li allegatament “waqa’ bix-xita” kienu fil-fatt foloz, għaliex il-madum imsemmi kien inqala’ mill-ħaddiema u twaħħal mill-ġdid minħabba li ġew innutati xi nuqqasijiet fl-istampar tad-disinn fuqhom waqt li kien qed jiġi ċċekkjat ix-xogħol. Permezz ta’ dan il-proġett il-kuntratturi għaddew cables u katusi għall-entitajiet tas-servizzi fl-istess mini, u wara ksewhom b’saffi t’asfalt ġodda. Wettqu wkoll xogħlijiet ta’ titjib fis-sistemi tal-ilqugħ tal-ilma tax-xita li diġa kien hemm f’dawn il-mini. Għal kull wieħed mill-erba’ settijiet ta’ mini, il-kuntratturi bnew kmamar tal-kontroll fuq barra li minnhom se jkunu jistgħu jiġu kkontrollati s-sistemi ġodda ta’ saħħa u sigurezza, fosthom cameras ta’ sorveljanza, alarms ta’ kontra n-nirien, apparat li jkejjel il-kwalità tal-arja fil-mini, tabelli elettroniċi u tagħmir ta’ komunikazzjoni f’każi t’emerġenza. Infrastructure Malta qed tqabbad il-kontroll ta’ dawn is-sistemi maċ-Ċentru Nazzjonali għall-Kontroll tat-Traffiku ta’ Transport Malta, biex ikun hemm monitoraġġ kontinwu. Is-sistema avvanzata ta’ cameras li se jkun hemm fil-mini se jkollha l-kapaċità li awtomatikament tiġbed l-attenzjoni tal-awtoritajiet jekk ikun hemm xi diffikultajiet, bħal xi karozza wieqfa fil-mina jew nirien, sabiex tintbagħat l-għajnuna minnufih. L-aġenzija tejbet ukoll il-passaġġi u bibien ta’ ħruġ ta’ emerġenza minn kull mina b’diversi tagħmir bħalma huma bibien reżistenti għan-nirien u apparat biex iċċempel għall-għajnuna bħalma nsibu fil-liftijiet, kif ukoll sinjali u dwal li jidderiġuk minn fejn għandek toħroġ. F’kull mina, il-kuntratturi tal-proġett installaw ukoll sistemi għall-provvista tal-ilma għat-tifi tan-nar u apparat ieħor għal kontra n-nirien bħalma huma fire hydrants. Għal dawn is-sistemi kontra n-nirien b’kollox ġew mgħoddijin minn taħt l-art ftit aktar minn tliet kilometri ta’ pajpijiet għall-ilma. Barra minn hekk, wara konsultazzjonijiet mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, Infrastructure Malta bniet ukoll ġibjuni taħt l-art barra tnejn mill-istrutturi minħabba li ma kienx hemm l-ebda provvista t’ilma disponibbli għal dawn is-sistemi ġodda għat-tifi tan-nar. Fl-aħħar fażijijiet tal-proġett, Infrastructure Malta biddlet is-sistemi tad-dwal biex il-mini ma jibqgħux imdallmin u ksiet il-ħitan tal-ġnub tal-mini b’materjal apposta li jsebbaħhom u jdawwalhom aktar. Minbarra li jipprovdi viżibilità aħjar fil-mini, dan il-materjal għandu jiffaċilita wkoll it-tindif u l-manutenzjoni li jkun hemm bżonn isiru kull tant żmien. Bis-sistema l-ġdida tad-dwal speċjalizzata għal mini bħal dawn, il-qawwa tad-dawl ġewwa l-mini tinbidel skont il-ħin u skont it-temp, billi jitbaxxa jew jogħla mal-ħin, ħalli l-għajnejn tas-sewwieqa joqgħodu mill-ewwel meta tidħol fihom. Sabiex tagħmel ix-xogħlijiet meħtieġa biex tiżgura s-sigurtà u l-istabbilità tal-mini għal tul ta’ żmien, fl-2018 Infrastructure Malta kkummissjonat studji tekniċi bl-għajnuna t’esperti internazzjonali rinomati f’dan il-qasam. Permezz ta’ dawn l-istudji, ħareġ li t-tmien mini kien jeħtieġ li ssirilhom manutenzjoni sostanzjali u tiswijiet f’diversi sistemi tagħhom. Fost affarijiet oħrajn irriżulta li s-sistema tal-elettriku u tad-dwal fil-mini kollha kienet antikwata u kien jeħtieġ li tinbidel biex tkun skont standards internazzjonali. Kien hemm bżonn ukoll li jsir titjib kbir fis-sistemi ta’ sigurezza u ta’ kontra n-nirien, kif ukoll fil-passaġġi u l-bibien tal-ħruġ mill-mini f’każ t’emerġenza. It-titjib ta’ dawn il-mini jingħaqad mal-investiment bla preċedent li qed isir minn Infrastructure Malta f’ħafna toroq arterjali oħrajn, fosthom dawk li jagħtu għall-istess strutturi, biex pajjiżna jkollu infrastruttura tal-ivvjaġġar aktar sigura, aktar effiċjenti u aktar sostenibbli

Vetturi Elettriċi irreġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn Vetturi Elettriċi irreġistrati fil-31 ta’ Diċembru 2020?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba miġbura mill-Awtorita’ tat-Trasport tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt; Vetturi Elettrici rregistrat Dicembru 2020 3490 Jannar 2021 123 ħFrar 2021 106 Marzu 2021 103 April 2021 179 Mejju 2021 158 Gunju 2021 190 Lulju 2021 208 Awwissu 2021 230 Settembru 2021 188

Djar Residenzjali tal-Anzjani mmexxija mill-Privat

Question

Jista’ l-Ministru jindika liema huma dawk id-Djar Residenzjali tal-Anzjani mmexxija mill-Privat, li jinvolvu direttament lir-residenti tagħhom fit-tmexxija ta’ dawn il-postijiet? Kemm-il darba ltaqgħu f’dawn l-aħħar sentejn?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 22366, inżid li dawn ir-residenti jiltaqgħu b’mod regolari u kemm hemm bżonn.

Vjolenza Domestika — Dipartiment tal-Emerġenza

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm kien hemm persuni li ddaħħlu fid-Dipartiment tal-Emerġenza minħabba vjolenza domestika mis-sena 2019 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fid-Dipartimenti tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei u l-isptar Ġenerali t’Għawdex ġew irreġistrati 74 każ ta’ vjolenza domestika fl-2019 u 62 każ fl-2020.

Kunsilli Lokali — Servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jindika s-servizzi li ngħataw minn kull kunsill lokali fil-qasam soċjali, mal-anzjani, maż-żgħażagħ u t-tfal f’dawn l-aħħar tliet snin?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u jingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ uffiċċju jew sular tal-quad towers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu laħaqx innegozja jew qed jinnegozja xi ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-quad towers?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kemm il-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali kif ukoll l-entitajijet li jagħmlu parti mid-dekasteru tiegħu ma għamlu l-ebda negozju u lanqas ma qed jinnegozjaw dwar kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-quad towers.