Legislature:
Category:
Reset
Active:

Valletta 2018 Foundation – persuni impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hemm impjegata mal-Valletta 2018 Foundation? Jista’ jgħid jekk humiex fuq impjieg full jew part-time , jekk humiex fuq kuntratt definit jew indefinit, u jekk huma fuq kuntratt definit, meta jiskadi t-terminu tal-kuntratt ta’ impjieg tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Fondazzjoni Valletta 2018 timpjega 17-il ħaddiem fuq bażi full-time u 4 ħaddiema fuq bażi part-time. Il-Kuntratti huma kollha definiti u jiskadu fil-31 ta’ Marzu 2019.

Valletta 2018 Foundation – persuni ngaġġati bħala konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hemm ingaġġata bħala konsulent mal-Valletta 2018 Foundation? Jista’ jgħid jekk dan l-ingaġġ sarx wara sejħa pubblika jew ingħatax b’mod dirett, l-iskop għal dan l-ingaġġ, it-terminu tal-ingaġġ u l-ħlas li qiegħed jingħata għal dan l-ingaġġ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Fondazzjoni Valletta 2018 għandha ingaġġat magħha konsulent wieħed. Dan ġie ingaġġat b’mod identiku għal dak użat meta l-Onor. Interpellant kienet ġiet ingaġġata biex tagħti konsulenza legali lill-PBS fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista. L-imsemmi konsulent jagħmel xogħol ta’ konsulenza fuq strateġija u kommunikazjoni għall-Fondazzjoni. L-ingaġġ huwa sal-31 ta’ Marzu 2019 bi ħlas ta’ €32,307.69 fis-sena eskluża it-taxxa tal-valur miżjud.

Valletta 2018 Foundation Endorsement — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għal ‘Valletta 2018 Foundation Endorsement’ irċeviet il-fondazzjoni, kemm-il waħda ġiet aċċettata u mogħtija l-endorsement? Jista’ l-Ministru jippreżenta lista’ ta’ dawk il-proġetti li sax-xahar ta’ Marzu 2018 huma endorsed mill-fondazzjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li mill-ftuħ ta' din l-inizjattiva, l-Fondazzjoni rċeviet mija u tnejn applikazzjoni, li minnhom approvat tmienja u sittin kif ukoll hemm tnax-il applikazzjoni oħra li qegħdin fil-proċess li jiġu evalwati. Il-lista tal-applikazzjonijiet tinsab mehmuża. Tabella PROJECT TITLEENDORSEMENT STATUSDATE ENDORSED Cliff Zammit Stevens' ConcertENDORSED09.08.2016 Ghaqda Hbieb tal-PresepjuENDORSED17.08.2016 Gozo LiveENDORSED17.08.2016 The Maltese Island Festival (MIF)ENDORSED19.10.2016 Malta Institute of Professional PhotographyENDORSED19.10.2016 VIctor Pasmore Gallery ProgrammeENDORSED09.11.2016 Malta International Organ Festival FoundationENDORSED16.11.2016 Ghana and NasoriENDORSED04.01.2017 The Artracker Biennal Awards and the Art of Peace ExhibitionENDORSED04.01.2017 International Ballet Summer ProgrammeENDORSED15.02.2017 Qormi Wine FestivalENDORSED15.02.2017 Bricks (Urban Game)ENDORSED09.03.2017 La Lupa, Gozo Creative TheatreENDORSED09.03.2017 Malta International Music FestivalENDORSED13.03.2017 Malta International Music CompetitionENDORSED12.05.2017 Ballet Intensive InternationalENDORSED22.05.2017 Zejtun Treasure HuntENDORSED22.05.2017 Silent Scream, St Benedict CollegeENDORSED22.05.2017 Oca Dome Mandala Wisdom, Condomble Kollektif'ENDORSED22.05.2017 Pope JoanENDORSED22.05.2017 Pub Quiz in Valletta (Kopin)ENDORSED26.05.2017 Zejt iz-ZejtunENDORSED16.06.2017 ManaTapu, Album Launch Concert 2018ENDORSED16.06.2017 After MedeaENDORSED23.06.2017 46th Esta International ConferenceENDORSED23.06.2017 Malta Poland ExhibitionENDORSED25.07.2017 The Power of StorytellingENDORSED25.07.2017 The 220th Anniversary of the 2-year French Blockade of MaltaENDORSED25.07.2017 Belt il-Bniedem (City of Humanity)ENDORSED10.08.2017 PAX - The Puzzle that is PeaceENDORSED10.08.2017 Action PlanetENDORSED06.09.2017 Malta Innovation SummitENDORSED07.09.2017 Sonic Structures - Sound Interventions in VallettaENDORSED07.09.2017 Merhba SengleanaENDORSED07.09.2017 16 Days of ActivismENDORSEDN/A Malta Comic ConENDORSED10.10.2017 Ex LibrisENDORSED11.10.2017 Malta International Organ FestivalENDORSED30.10.2017 Collective Imagination - Unfolding the Possibilities of Shared UnconsciousnessENDORSED13.11.2017 Storie di fede, Storie di ReENDORSED13.11.2017 Recyled Christmas CraftsENDORSED24.11.2017 Malta Public Transport - Tallinja Valletta CardENDORSED01.12.2017 Science In The CitadelENDORSED04.12.2017 Inspired in China - Fine Art Exhibition by Maltese Artists’ 2017-2018ENDORSED04.12.2017 Art Exhibition by Raymond DarmaninENDORSED10.01.2018 Legio Fretensis MaltaENDORSED10.01.2018 Canta e Cammina - Sing and WalkENDORSED10.01.2018 The Biggest Crochet Blanket for CharityENDORSED10.01.2018 The Art of Stained Glass and the Science behind itENDORSED10.01.2018 Malta Film ExpoENDORSED10.01.2018 Malta Short Film Festival 2018ENDORSED10.01.2018 Lookout For LoveENDORSED11.01.2018 Valletta - Route 133ENDORSED15.01.2018 Dynamics of Mediterranean Artistic Interaction in the Late Middle Ages and early Modern PeriodsENDORSED16.02.2018 The Beer Cave - Live EventsENDORSED16.02.2018 Book Club – GozoENDORSED16.02.2018 A Female Musical Blast - Graduation Ceremony - Imriehel Secondary SchoolENDORSED16.02.2018 Valletta Lions Table Football Club & Valletta Subbuteo ClubENDORSED16.02.2018 Soul of MaltaENDORSED16.02.2018 Malta International Fireworks Festival 2018ENDORSED19.02.2019 The Countess of WessexENDORSED02.03.2018 It's Schiller! - Dance Theatre PerformanceENDORSED02.03.2018 Festa QarghaselENDORSED02.03.2018 It-Twaqqif Tal-EwkaristijaENDORSED02.03.2018 MotusENDORSED02.03.2018 Hlas - Ikun li trid Int MusicalENDORSED02.03.2018 EspRimi - A Book of Poems and PaintingsENDORSED02.03.2018 Psychiatry and Art ConferenceENDORSED02.03.2018

Kunsilli Lokali tar-Reġjun Ċentru – għoti ta’ flus għal attivitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm ingħataw flus, imqabbla mas-sena l-oħra, għal attivitajiet din is-sena fil-kunsilli lokali tar-Reġjun Ċentru, lokalità b'lokalità?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed nannetti tabella bl-informazzjoni dwar il-flus kommessi u mgħotija relatati mal-attivitajiet kulturali lill-Kunsilli Lokali tar-Reġjun Ċentrali. Local Council2017Funding amount CommittedSettledStatus BalzanBalzan Arts & Music Festival€6,000€0Claim being vetted B'KaraAmare Argento€6,000€6,000Settled Ta' XbiexConnecting Through Culture€6,000€6,000Settled Local Council2018Funding amount CommittedSettledStatus B'KaraMuzika & Moda€8,000Activity not done yet GziraProgress in Integration through Cultural Promotion in Gzira€8,000Activity not done yet LijaCitrus & Harvest Festival€3,000€0LC to send claim SliemaSliema Arts Festival€11,000Activity not done yet Ta' XbiexConnecting through Cultures€4,000Activity not done yet

Trasport Pubbliku – policy rigward guide dogs fuq karozzi tal-linja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tat-trasport pubbliku fir-rigward ta' guide dogs li jassistu lill-persuni neqsin mid-dawl, fuq tal-linja?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Leġislazzjoni Sussidjarja 499.56, Regolamenti Dwar Servizzi Ta’ Ġarr Ta’ Passiġġieri, Kapitolu 41 jistabilixxi li “Ix-xufiera u l-operaturi m’għandhomx iżommu lill-passiġġieri milli jitilgħu fuq vettura għall-ġarr tal-passiġġieri akkumpanjati minn kelb tal-assistenza li għandu jinkludi klieb ta’ gwida, u klieb tas-smiegħ”. Barra minn dan, f’każijiet fejn jiġi nnutat ksur ta’ din il-klawsola, l-istess leġislazzjoni, fid-Disa’ Skeda, Penali Amministrattivi, tikontempla penali ta’ €100 applikabbli lix-xufier. Il-kuntratt iffirmat bejn Transport Malta u l-Malta Public Transport għall-provvediment tas-servizz tat-trasport pubbliku jirrifletti dak li huwa rifless fl-istess leġislazzjoni. L-istess kuntratt jikkontempla wkoll li ma jkun hemm l-ebda ħlas sabiex “guide dogs” u “hearing dogs” jivvjaġġaw mas-sidien tagħhom fuq is-servizz tat-trasport pubbliku.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – Precincts Management Unit – ħlas ta’ allowance addizzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jingħataw allowance addizzjonali fil-Precincts Management Unit fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fil-Precincts Management Unit fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol hemm erbatax (14)-il persuna li jingħataw allowance addizzjonali.

Awtorità tal-Artijiet – ingaġġ ta’ ħaddiema ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu ħaddiema ġodda mal-Awtorità tal-Artijiet minn Ġunju 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid għal kull wieħed, f’liema lokalitajiet huma residenti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant l-Awtorità tal-Artijiet għandha 235 ħaddiem, li sal-ġurnata li qed nirrispondi din id-domanda parlamentari, jinsabu reġistrati fit-tali lokalitajiet: Lokalita TOTAL Lokalita TOTAL Lokalita TOTAL Lokalita TOTAL Attard 4 Kercem, Gozo 1 Naxxar 7 Sliema 3 Birkirkara 9 Kirkop 4 Paola 4 St. Lucia 1 Birzebbugia 4 Lija 2 Pembroke 1 St. Venera 2 Burmarrad 1 Limiti tar Rabat 1 Pieta 4 Swieqi 2 Buskett 1 Luqa 7 Qala, Gozo 2 Tarxien 3 Cospicua 5 Marsa 3 Qawra 2 Valletta 3 Dingli 8 Marsascala 13 Qormi 7 Victoria 1 Fgura 6 Mellieha 1 Qrendi 2 Vittoriosa 1 Ghajnsielem 1 Mgarr 4 Rabat 5 Xemxija 1 Ghaxaq 3 Mosta 14 Rabat, Gozo 1 Xghajra 3 Gudja 5 Mqabba 2 San Giljan 2 Zabbar 12 Gzira 4 Msida 4 San Gwann 3 Zebbug 18 Hamrun 2 Mtarfa 5 San Pawl 4 Zebbug, Gozo 1 Iklin 1 Munxar, Gozo 1 Senglea 1 Zejtun 5 Kalkara 5 M'Xlokk 1 Siggiewi 4 Zurrieq 8
Leg 13 PQ #5090 Sitting 97 2018-04-09 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Attendenza f’tieġ

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk huwa personalment attendiex għat-tieġ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5115.

Kunsilli Lokali – Segretarju Eżekuttiv

Question

B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 4517 u 4518, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi policy dwar jekk Segretarju Eżekuttiv f’kunsill lokali jistax iservi bħala aġent ma’ kunsill lokali ieħor, u jekk il-policy tgħid li dan ma jistax, għaliex hemm min qed iservi ma’ iktar minn kunsill lokali wieħed?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi Artikolu 49 tal-Att dwar il-Kunsill Lokali jgħid: (4) Meta Kunsill jirrifjuta jew jonqos milli jinnomina Segretarju Eżekuttiv jew Deputat Segretarju Eżekuttiv, il-Ministru għandu jinnomina aġent Segretarju Eżekuttiv jew aġent Deputat Segretarju Eżekuttiv rispettivament mill-istess pool. Il-Kunsilli Lokali ġew imwissija kemm il-darba mid-Dipartiment sabiex il-proċess tal-għażla tas-Segretarju Eżekuttiv jiġi konkluż. Ta’ min jirrimarka illi bħalissa hemm l-inqas ammont ta’ aġenti segretarji eżekuttivi għal ħafna snin

Mellieħa – Ċentru ta’ Matul il-Jum – lezzjonijiet tal-Aerobics u Thai Chi

Question

Jista’ l-Ministru jara li t-tnaqqis li sofrew l-anzjani Melliħin li jattendu fiċ-Ċentru ta' Matul il-Jum (Day Centre) b'rabta mal-ġranet li matulhom kienu jipprattikaw l-Aerobics u t-Thai Chi jerġgħu lura għall-istess ammont ta' ġranet li kellhom sa ftit ġimgħat ilu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, għaddej ix-xogħol sabiex l-affarijiet jerġgħu lura għal kif kienu qabel.

Mellieħa – bini ta’ lukandi/appartamenti – laqgħat ta’ konsultazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsiru laqgħat ta’ konsultazzjonijiet mill-MEPA mal-pubbliku inġenerali li ovvjament ikun jinkludi wkoll ir-residenti Melliħin dwar proġetti li l-applikazzjoni tagħhom jinsabu quddiem il-MEPA u li jittrattaw bini ta’ lukandi u lukanda/appartamenti fil-Pjazza tal-Mellieħa kif ukoll fid-daħla tal-Mellieħa minn Triq il-Kbira rispettivament?

Response (BORG, IAN)

Il-proċedura ta’ konsultazzjoni dwar applikazzjonijiet ta’ żvilupp hija speċifikata fl-Att u fl-Avviż Legali li dejjem tiġi segwita mill-Awtorita f’kull applikazzjoni ta żvilupp.

Triq arterjali mix-Xemxija sat-Telgħa ta’ Selmun – xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru b'mod immedjat jara li jibdew xogħlijiet ta' bini mill-ġdid inkella jara li jsiru t-tiswijiet meħtieġa (anke jekk temporanji) li hemm bżonn isiru fit-triq arterjali li tagħti mix-Xemxija sat-Telgħa ta' Selmun li tinkludi wkoll il-Pont tal-Mistra?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħidma sabiex isir titjib fit-toroq indikati diġa bdiet diversi xhur ilu. Filfatt, filwaqt li f'parti minn din ir-rotta għaddej xogħol ta' bini mill-ġdid ta' parti mit-triq, għaddejjin ukoll diskussjonijiet mal-Awtoritajiet ikkonċernati dwar xogħlijiet oħra li jeħtieġ isiru fil-kumplament ta' din ir-rotta. Bħalissa qed isiru wkoll testijiet tekniċi f'partijiet mill-infrastruttura ta' dawn it-toroq sabiex jiġu ffinalizzati r-rekwiżiti tal-manutenzjoni meħtieġa.

Mellieħa – Triq Lewis Wettinger u l-Qortin – traffic lights

Question

Minħabba perikli li qed jiġu kkawżati minn sewqan eċċessiv fit-toroq Lewis Wettinger u l-Qortin fil-Mellieħa, jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta tistax/hix tikkunsidra li jsiru xi forma ta’ traffic lights?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil- Onor. Interpellant li Transport Malta m’għandha l-ebda talba u l-anqas mhi infurmata li hemm xi perikli fit-triq imsemmija. Normalment dawn it- talbiet jigu mingħand il- Kunsilli tal-lokalitajiet rispettivi. Ser nara li ngħaddi din l- informazzjoni lid-Dipartiment konċernat biex flimkien mal-Kunsill rispettiv jara dan l-ilment.

Mellieħa – Triq Għar u Casa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq Għar u Casa fil-Mellieħa hijiex waħda mit-toroq li ser isiru matul l-2018 bħala parti mill-bini ta’ toroq ġodda?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

San Pawl il-Baħar – bini ta’ toroq ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema toroq ser ikunu qed jinbnew mill-ġdid fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar matul is-sena 2018?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Università ta’ Malta – modernizzar tat-track u l-ground tal-ġiri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li t-track u l-ground tal-ġiri li jinsabu fl-Università ta’ Malta jiġu modernizzati, fi sfond ta’ proġett ikbar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li l-Università għandha pjanijiet imminenti biex tagħmel upgrading tal-faċilitajiet sportivi inkluż il-football pitch u l-athletics track.
Leg 13 PQ #5115 Sitting 97 2018-04-09 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rigal ta’ tieġ lill-individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kien ir-rigal tat-tieġ li huwa ta lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid min ħallas għal dan ir-rigal u jippreżenta prova ta’ ħlas?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li jien inħallas għar-rigali kollha ta’ tiġijiet u avvenimenti privati personalment kif jista’ jixhed kwalunkwe skrutinju ta’ fondi pubbliċi. Fil-każ tal-avveniment imsemmi mill-Onor. Interpellant, ħallast ghall-vjaggi u spejjez relatati ukoll personalment. Id-dettalji tal-avveniment diga’ huma pubblici u huwa ironiku kif l-Onor. Membru qed jistaqsi għal dettalji meta diġa’ għamel stqarrijiet pubblici dwar dan il-kaz, li forsi ifisser li mill-ġdid wasal ghal konklużjonijiet bla ma kellu fatti f’ idejh.
Leg 13 PQ #5116 Sitting 97 2018-04-09 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żjara fl-Italja għal tieġ ta’ individwu – ħlas tal-vjaġġ u akkomodazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min ħallas għall-vjaġġ u għall-akkomodazzjoni tiegħu waqt iż-żjara fl-Italja għat-tieġ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 5115.
Leg 13 PQ #5127 Sitting 97 2018-04-09 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Isle of MTV – dettalji ta’ persuni li se jattendu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta jew il-Ministeru għat-Turiżmu, jew xi entità governattiva oħra humiex se jkollhom kopja tad-dettalji, inkluż dettalji tal-email u facebook ta’ dawk li se jirreġistraw biex jattendu għall-attività tal-Isle of MTV?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-termini u kundizzjonijiet li hemm pubbliċi fuq il-website www.isleofmtv.com u li qiegħed inpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra.