Jista’ Ministru jagħti elenku tax-xogħol li se jkun qiegħed isir fi Triq Xatt il-Pwales, ix-Xemxija?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li partijiet minn din it-triq arterjali qed jingħalqu sabiex jitneħħa l-wiċċ eżistenti, isiru pedamenti ġodda aktar b'saħħithom u tiġi asfaltata mill-ġdid.
Transport Malta ħabbret diversi miżuri u rotot alternattivi bħala għajnuna għal dawk li jużaw din it-triq, sakemm jitlestew ix-xogħlijiet.
Investiment fuq toroq tat-12-il Distrett Elettorali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’investiment sar mill-Gvern Ċentrali fit-toroq li jaqgħu fil-konfini tat-12-il distrett bejn April 2013 u d-data ta’ meta tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jekk hu possibbli jista’ jagħti d-dettalji ta’ kemm intefqu flus f’kull triq li saret?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Il-Mellieħa – Triq Lewis Wettinger – pjanti tat-triq
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti l-ġodda ta’ Triq Lewis Wettinger, jew kif inhi magħrufa aħjar il-bypass tal-Mellieħa? Jista’ jgħid kemm se jiġi jiswa dan ix-xogħol li se jkun qed isir?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlas rispettiv ta' kull konsulent li kull entità li għaliha hu responsabbli, għandha? Jista' jgħid liema huma dawk li bdew wara t-3 ta' Ġunju 2017?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Trade Malta għandha konsulent wieħed. Dan jitħallas €3,500 fis-sena. Huwa kien ġie ngaġġat qabel it-3 ta’ Ġunju 2017. Ma ġewx ingaġġati konsulenti ma din l-entita’ wara it-3 ta’ Ġunju 2017.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlas rispettiv ta' kull konsulent li kull entità li għaliha hu responsabbli, għandha? Jista' jgħid liema huma dawk li bdew wara t-3 ta' Ġunju 2017?
Tista’ l-Ministru telenka l-ismijiet u l-ħlas rispettiv ta' kull konsulent li kull entità li għaliha hi responsabbli, għandha? Tista' tgħid liema huma dawk li bdew wara t-3 ta' Ġunju 2017?
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlas rispettiv ta' kull konsulent li kull entità li għaliha hu responsabbli, għandha? Jista' jgħid liema huma dawk li bdew wara t-3 ta' Ġunju 2017?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-entitajiet illi jaqgħu taħt ir-responsabilta` tiegħi ma jimpjegawx konsulenti magħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid dettaljatament ix-xogħol kollu li sar s’issa fuq il-Crafts Village f’Ta’ Qali skont kif kien ħabbar il-Gvern fl-aħħar Leġiżlatura?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett ta’ żvilupp tal-Crafts Village f’Ta’ Qali issa qiegħed fil-fażi ta’ kostruzzjoni. Ix-xogħolijiet infrastrutturali relatati ma’ dan il-proġett bdew fil-bidu ta’ din is-sena u huma ippjanati li jkunu sostanzjalment lesti sa l-aħħar ta’ din is-sena.
Fost dawn ix-xogħolijiet hemm it-tibdil ta’ sistemi ta’ l-ilma u drenaġġ u jinbena sistema ġdida għal maniġjar ta’ l-ilma tax-xita. Il- provvista tal-elettriku qegħda tiġi msaħha bit-tibdil tal-cables ‘high tension’ kollha u s-sistemi ta’ provista tad-dawl u telekommunikazzjoni għal-kull unit u d-dawl tat-toroq sejrin ikunu kollha mgħoddija minn ‘service culverts’ taħt l-art. Fuq dan ix-xogħol kollu jerġaw jinbnew it-toroq tal-‘villaġġ’ u jsir pavimentazzjoni ġdid tal-bankini kif ukoll tat-toroq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-pakkett finanzjarju li għandu l-perit li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, tal-Fondazzjoni Skejjel t’Għada?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pakkett finanzjarju hu kif ġej:
· Paga bażika: €39,100
·
Car Allowance
: €4,658 fis-sena
·
Communication Allowance
: €1,600 fis-sena
·
Disturbance Allowance
: €5,745 fis-sena
·
Market Corrector
: €2,500 fis-sena
·
Fuel Allowance
: 150 Litru
fuel
fix-xahar wara l-preżentazzjoni tal-irċevuti
·
Performance Bonus
: Sa massimu ta' 15% tal-paga bażika
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – Direct orders bejn l-2008 u l-2013
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders mogħtija mid-dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż fejn japplika dawk li jaqgħu taħt is-Segretarji Parlamentari fid-dekasteru tiegħu) sena b’sena, bejn Marzu 2008 u Marzu 2013? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, l-ispiża ta’ kull direct order u lil min ingħatat kull direct order?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Informazzjoni tinsab fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm kienet in-nefqa minn Transport Malta fuq tabelli li saru fit-toroq sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid min kienu l-kuntratturi li ħadu jew esegwixxu dan ix-xogħol u kemm tħallsu ta' kull biċċa xogħol? Jista’ jgħid jekk għadx fadal kontijiet pendenti u jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni għal tali pendenzi fil-ħlasijiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa ta' Transport Malta sena b'sena fuq tabelli u sinjali oħra tat-toroq fil-perjodu msemmi kienet kif ġej:
2013 - €807,847.55
2014 - €641,090.81
2015 - €463,534.79
2016 - €586,299.81
2017 - €472,237.24
2018 (figura proviżorja) - €65,606.89
Dawn ix-xogħlijiet saru minn dawn il-kuntratturi:
A & A Sign Services
B. Grima & Sons Ltd.
Koptasin
RMS
Signmark Ltd
Il-kontijiet għal dawn ix-xogħlijiet jitħallsu skont il-proċeduri applikabbli, malli x-xogħol ikun tlesta b'mod sħiħ u wara li jkun iċċertifikat mit-tekniċi kkonċernati.
Tista ' l-Ministru tgħid liema huma l-faċilitajiet sportivi f'Għawdex li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għal Għawdex u liema huma dawk il-faċilitajiet sportivi f'Għawdex li ma jaqgħux taħt il-Ministeru għal Għawdex? Tista' tgħid kemm intefaq mill-Ministeru tagħha fuq kull faċilità sportiva matul is-sena 2017? Tista' tgħid kemm hemm nies imħallsa mill-Ministeru għal Għawdex f'kull faċilità sportiva f'Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ta’ min iżid ukoll li l-Ministeru għal Għawdex ħabbar l-ewwel edizzjoni tal-iskema skema ta’ sponsorship tal-isport għall-għaqdiet u entitajiet sportivi Għawdxin, li permezz tagħha, l-għaqdiet sportivi jistgħu jibbenefikaw minn fondi għall-proġetti. Filfatt, applikaw 16-il għaqda u bħalissa l-iskema qed tiġi evalwata. Apparti dan, il-Ministeru għal Għawdex nieda skema ġdid oħra għall-għajnuna lill-atleti Għawdxin li jieħdu taħriġ f’Malta.
Attachments:PQ Numru 4428 - Faċilitajiet Sportivi.pdf
In-Nadur: Triq L-Imġarr u Għajnsielem: Triq Sant’Antnin – studju
Question
Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal l-istudju li suppost sar jew qed isir fuq l-istat diżastruż li tinsab fih Triq l-Imġarr fin-Nadur u Triq Sant’Antnin, Għajnsielem? Tista’ tpoġġi kopja ta’ dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadu kemm tlesta s-survey report tat-triq.
Ministeru għal Għawdex — Direttorat tal-Proġetti u Żvilupp - supervisors
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema fil-grad ta’ Supervisor fi ħdan id-Direttorat tal-Proġetti u Żvilupp fil-Ministeru għal Għawdex, kif ukoll tgħid x’tip ta’ xogħol jagħmlu għal grad tagħhom u kemm hemm ħaddiema assenjati taħt kull supervisor f’dan id-Direttorat? Tista’ tgħid bħala post tax-xogħol fejn huma assenjati dawn is-supervisors, u jekk hemmx il-ħsieb li jiżdiedu n-numru ta’ supervisors f’dan id-Direttorat?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li fid-Direttorat tal-Proġetti u Żvilupp hemm 31 ħaddiem fil-grad ta’ Supervisor. Dawn huma assenjati f’postijiet li jvarjaw skont l-esiġenzi tal-Ministeru. In-numru ta’ Supervisors jistgħu jiżdiedu skont l-istess esiġenzi tal-Ministeru.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 3728, tista’ l-Ministru allura tgħid jekk il-Gozo Youth Council preżentament hux kostitwit? Tista’ tgħid minn kemm ilu mwaqqaf dan il-kunsill sal-lum, sena b’sena, kemm kienet l-allokazzjoni jew xi forma ta’ finanzjament ieħor li ġie mgħoddi lil dan il-Kunsill mill-Ministeru għal Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Enemalta – ħaddiema li ġew trasferiti f’Dipartimenti tal-Gvern
Question
Jista’ l- Ministru jgħid kemm kienu l-ħaddiema tal-Enemalta jew xi sussidjarja tagħha li ġew trasferiti f'dipartimenti jew entitajiet oħra tal-Gvern? Jista’ jgħid ukoll għal kull wieħed minn dawn, xi grad kellu mal-Enemalta u x’tip ta’ xogħol kien jagħmel mal-Enemalta u issa xi grad għandu mal-Gvern jew entità fejn intbagħat jaħdem u x’tip ta’ xogħol qed jagħmel mal-Gvern jew mal-entità li qed magħha? Kemm minn dawn il-ħaddiema li kienu mal-Enemalta u issa marru ma’ dipartimenti jew entitajiet tal-Gvern huma persuni residenti f'Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-Għawdxin li kienu jaħdmu l-Enemalta, issa qed jaħdmu Għawdex u xi grad kellhom mal-Enemalta u issa xi grad għandhom fid-Dipartiment jew entità li qed jaħdmu magħha f'Għawdex illum?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Engineering Resources Ltd għamlet trasferiment ta’ 482 impjegat għad-Dipartimenti jew Entitajiet tal-Gvern skont l-eżiġenzi tas-servizz u l-ħiliet tal-ħaddiema.
In-numru ta’ ħaddiema Għawdxin tal-Enemalta jew xi sussidjarja tagħha li ġew trasferiti f’Dipartimenti jew Entitajiet oħra tal-Gvern jammontaw għal 11 (dawn il-ħdax jagħmlu parti mill-482 imsemmija diġa) u dawn kollha jaħdmu Għawdex.
Ministeru għal Għawdex – Direttorat tal-Proġetti u Żvilupp — ġardinara
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema fil-grad ta’ ġardinara fi ħdan id-Direttorat tal-Proġetti u Żvilupp fil-Ministeru tagħha, kif ukoll tgħid x’tip ta’ xogħol jagħmlu u bħala post tax-xogħol fejn huma assenjati dawn il-ħaddiema? Tista’ tgħid ukoll kemm minn dawn il-ħaddiema li għandhom grad ta’ ġardinara qed jagħmlu xi tip ta’ xogħol ieħor u x’tip ta’ xogħol qed jagħmlu?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li fid-Direttorat tal-Proġetti u Żvilupp hemm 60 ħaddiem fil-grad ta’ ġardinar. Wieħed minnhom hu fuq unpaid leave to seek alternative employment. Il-bqija huma assenjati f’diversi postijiet skont il-ħtiġijiet tal-istess Direttorat u jagħmlu xogħol relatat mal-grad tagħhom jew xogħol ieħor kif mitlub minnhom skont l-esiġenzi tas-Servizz.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema ħinijiet suppost kellhom jitilqu, u f’liema ħinijiet fil-fatt telqu, il-vjaġġi tal-karozza tal-linja bin-numri li ġejjin mil-lokalitajiet rispettivi għall-Belt fin-nofsinhar ta’ filgħodu tal-Ġimgħa, 9 ta’ Frar 2018?
a) 1 mill-Isla;
b) 2 mill-Birgu;
c) 3 mill-Kalkara;
d) 4 mill-Birgu;
e) 51 mill-Imtarfa;
f) 52 minn Ħad-Dingli;
g) 53 mir-Rabat Tal-Virtù;
h) 56 minn Ħad-Dingli;
i) 61 minn Ħaż-Żebbuġ;
j) 62 mis-Siġġiewi;
k) 63 minn Ħal Qormi;
l) 64 minn Ħal Qormi;
m) 71 miż-Żurrieq;
n) 72 mill-Qrendi;
o) 73 miż-Żurrieq;
p) 74 miż-Żurrieq;
q) 81 minn Marsaxlokk;
r) 82 minn Birżebbuġa;
s) 83 minn Santa Luċija;
t) 84 miż-Żejtun;
u) 85 minn Marsaxlokk;
v) 88 mill-Gudja.
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif li qed jitlob hu pubbliku fuq il-websajt uffiċjali tal-kumpanija li tipprovdi s-servizz tal-karozzi tal-linja. Ta’ min, iżda, jirrimarka li fil-jum riferut mill-Onor. Interpellant, pajjiżna ntlaqat minn maltempata qalila li kawża tagħha u għargħar li seħħew ġew affettwati saħansitra l-ħinijiet tat-titjiriet fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema ħinijiet suppost kellhom jitilqu, u f’liema ħinijiet fil-fatt telqu, il-vjaġġi tal-karozza tal-linja bin-numri li ġejjin mill-Belt għal-lokalitajiet rispettivi fin-nofsinhar ta’ filgħaxija tal-Ġimgħa 24 ta’ Novembru 2017?
a) 1 mill-Isla;
b) 2 mill-Birgu;
c) 3 mill-Kalkara;
d) 4 mill-Birgu;
e) 51 mill-Imtarfa;
f) 52 minn Ħad-Dingli;
g) 53 mir-Rabat Tal-Virtù;
h) 56 minn Ħad-Dingli;
i) 61 minn Ħaż-Żebbuġ;
j) 62 mis-Siġġiewi;
k) 63 minn Ħal Qormi;
l) 64 minn Ħal Qormi;
m) 71 miż-Żurrieq;
n) 72 mill-Qrendi;
o) 73 miż-Żurrieq;
p) 74 miż-Żurrieq;
q) 81 minn Marsaxlokk;
r) 82 minn Birżebbuġa;
s) 83 minn Santa Luċija;
t) 84 miż-Żejtun;
u) 85 minn Marsaxlokk;
v) 88 mill-Gudja.
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li setgha kien hemm servizzi li ttardjaw matul din il-ġurnata partikolari li inti qed tistaqsi dwarha. Tajjeb ngħidu li din il-ġurnata tal-24 ta’ Novembru hija magħrufa aħjar bħalha Black Friday. Il-Gvern huwa kommess li jkompli jaħdem sabiex ikollna servizz ta’ Trasport Pubbliku aktar effiċjenti u fl-istess ħin jindirizza l-isfida tal-konġestjoni ta’ traffiku.
Kumpanija tat-Trasport Pubbliku – reklam għal ingaġġ ta’ sewwieqa
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4193 fejn kien ġie mistoqsi rigward reklam tal-kumpanija tat-trasport pubbliku, jew kumpaniji jew individwi mqabbdin minnha biex jiddaħħlu 300 sewwieq mill-Pakistan kollha rġiel mal-kumpanija tat-trasport pubbliku u għalkemm il-kumpanija Malta Public Transport Services Ltd. hija kumpanija privata, imma l-poplu Malti qed iħallas madwar €30 miljun mit-taxxi tiegħu f'sussidji, għaldaqstant il-poplu m'għandux dritt għar-risposti neċessarji? Il-Ministru ma jħossx li dan imur kontra l-prinċipju bażiku ta' equal opportunities employer? Peress li din l-informazzjoni kienet tidher fuq is-siti tal-media socjali fejn setgħu jaċċessawha mijiet ta' eluf ta' nies, għaliex fir-risposta tiegħu l-Ministru qal li peress li din hi kumpanija privata, l-informazzjoni rikjesta mhux disponibbli?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'għandix aktar x'inżid mar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4193.