Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq ir-restawr u rijabilitazzjoni tal-Abbatoir fi ‘creative industries cluster’?
Response (BONNICI, OWEN)
Bi pjacir ninforma lill-Onor Interpellanta li x-xogħol fuq ir-restawr u r-rijabilitazzjoni tal-binja tal-Biċċerija l-Antika din is-sena daħal fil-fażi tal-implimentazzjoni fiżika tiegħu. Ix-xogħol prinċipali tar-restawr u civil works beda fi Frar waqt li għaddejjin it-tħejjijiet biex jitnedew it-tenders tas-servizzi tal-M&E mill-konsulenti tal-inġinerija. Dan hu progetti sabih immens li se jaghmel gid kbir ghar-rigenerazzjoni ta' din in-naha tal-Belt kapitali taghna.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema tal-Ingliż fl-Iskejjel Sekondarji tal-Istat li huma fi grad ta’ supply u li m’għandhomx kwalifika fit-tagħlim?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fl-iskejjel tal-Istat hemm 239 għalliem li jgħallmu l-Ingliż. Minn dawn 227 huma gradwati bħala għalliema tal-Ingliż. Il-kumplament (tnax) huma fil-grad ta’ supply, li minnhom waħda (1) hija għalliema gradwata iżda mhux fl-Ingliż, disgħa (9) għandhom Degree (MQF Level 6) iżda mhux gradwati bħala għalliema u tnejn (2) għandhom livell ta’ A-Level (MQF Level 4).
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-paġna Edukazzjoni hijiex amministrata mill-Ministeru tiegħu jew minn wieħed mid-direttorati li jaqa’ taħtu, u jekk iva jgħid min hu l-persuna responsabbli minnha?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li l-Paġna Edukazzjoni hija amministrata mill-uffiċċju tal-Komunikazzjoni fi ħdan il-Ministeru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid liema toroq ser ikunu qed jinbnew mill-ġdid fin-Naxxar matul is-sena 2018?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista' l-Ministru jgħid liema ser ikunu t-toroq li ser jinbnew mill-ġdid fil-Mellieħa matul is-sena 2018?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
MEPA – fond UIF – flus li bbenefikat il-komunità tal-Mellieħa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' ewro li minnu bbenefikat il-komunità tal-Mellieħa mill-fond amministrat mill-MEPA imsejjaħ Urban Improvement Fund (UIF) sena b'sena bejn l-2008 u l-2017 u fuq liema proġetti dawn ġew minfuqa?
Response (BORG, IAN)
Bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5106, hawn taħt anness dokument li juri l-ammont ta' ewro li minnu bbenefikat il-komunità tal-Mellieħa mill-fond amministrat mill-MEPA imsejjaħ Urban Improvement Fund (UIF) sena b'sena bejn l-2008 u l-2016, flimkien mal-proġetti li għalihom ġew użati dawn il-fondi.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fond tal-UIF ġie mibdul fid-"Development Planning Fund" li jiġbor flimkien id-dħul ta' l-Awtorita' minn diversi sorsi f'fond wieħed skont ma titlob il-liġi. Għalhekk it-tweġiba hija limitata għal-perjodu sakemm baqa jaħdem il-fond tal-UIF bħala fond distint - jiġifieri sa' l-aħħar tas-sena 2016.
Sena
Proġett
Ammount li minnu bbenefikat il-komunita tal-Mellieħa
€
Sep-04
Playing Field at Manikata
46,587.47
2004
46,587.47
Oct-07
Works at Tal-Masrija
13,533.66
2007
13,533.66
Feb-08
Open Space at Triq l-Ġħoljiet & Triq il-Kbira
75,150.00
Feb-08
Recreational Open Space at Triq il-Miġbħa, Triq il-Ġħasel u Triq Xehda
71,000.00
2008
146,150.00
Oct-10
Embellishment Project for recreation site at junction between Triq il-Miġbħa, Triq il-Ġħasel u Triq ix-Xehda
147,454.00
2010
147,454.00
Dec-12
Proposed improvements to existing Belveder/Recreational area at "Erwieh Street"
77,912.87
2012
77,912.87
Jan-14
New playing in Triq il-Wilġa (new installations of street lighting in Triq il-Pont, Triq ta' Fuq il-Wirdien u Triq Mons Gużeppi Schembri
37,090.87
Sep-14
Installazzjoni ta' dawl tat-toroq fi Triq Ghajn Żejtuna u Triq ta' Taht l-Irdum li għadhom mhux imdawwla fil-Mellieħa
102,819.37
2014
139,910.24
Feb-16
Street Lighting Scheme fi Triq Ġħajn Żejtuna part of Ix-Xatt ta' Santa Marija and Triq il-Qasab
92,252.06
2016
92,252.06
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika meta mistenni li jitressqu l-Avviżi Legali li dwarhom kien hemm qbil bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni fl-aħħar leġislatura, b'rabta mal-liġi dwar stili ta' ħajja sana, liema liġi kienet tressqet mill-Oppożizzjoni u ġiet approvata unanimament mill-Parlament f'Jannar 2016? Dawn l-Avviżi Legali kellhom jitrattaw fost l-oħrajn l-oqsma tal-edukazzjoni, kunsilli lokali kif ukoll l-anzjani.
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li ma Jitteħidx fassal żewġ avviżi legali dwar dan il-qasam, li fiż-żmien li ġej ser ikunu ikkunsidrati għal pubblikazzjoni.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar pjanti approvati/ jew sottomessi quddiem il-MEPA b'rabta mal-estensjoni tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa u jindika meta mistenni jibda u jispiċċa x-xogħol fuq din l-estensjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pjanti tal-proġett, u li ġew sottomessi quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar, qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. It-timeframes tal-proġett jiġu stabbiliti meta jinħarġu l-permessi mill-Awtorità tal-Ippjanar.
Mellieħa – Triq Lewis Wettinger – inċidenti tat-traffiku
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-inċidenti tat-traffiku li seħħew fi Triq Lewis Wettinger fil-Mellieħa bejn is-snin 2007 u l-2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta’ Jannar 2007 u l-31 ta’ Diċembru 2017, il-pulizija rreġistrat disgħa u sittin (69) inċident tat-traffiku li seħħew fi Triq Lewis Wettinger fil-Mellieħa, kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Sena
Ammont
2007
2
2008
6
2009
7
2010
9
2011
10
2012
3
2013
5
2014
6
2015
10
2016
11
2017
0
Total
69
Jista’ l-Prim Ministru jgħid f’liema post u f’liema belt fl-Italja sar it-tieġ li attenda għalih tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni ta’ kif intgħażel individwu partikolari biex immexxi t-transizzjoni tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi u jieħu l-kejl meta dan mhuwiex kwalifikat?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħid min hu l-individwu li qed jirreferi għalih.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali f’għajnuniet finanzjarji li ngħataw lill-atleti u lill-assoċjazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fl-2017?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-ammont totali f'għajnuniet finanzjarji li ngħataw lill-assoċjazzjonijiet sportivi u atleti fl-2017, inkluż salarji ta’ ħaddiema seconded minn ma’ SportMalta għal ma’ assoċjazzjonijiet sportivi, kienet ta' €1,645,443.52.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet iż-żieda fl-ammont tal-Vot Kapitali għall-2018 fil-qasam tal-isport u, jekk hu l-każ, x’kienet ir-raġuni għal dan?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. interpellant li l-Vot Kapitali fl-2017 kien jammonta għal €2,712,000.00 filwaqt li dak tal-2018 jammonta għal €7,900,000.00 b’żieda ta’ aktar minn €5 miljuni.
Din iż-żieda fl-2018 ser tiġi investita f’dawn il-proġetti:
· Proġett tal-Imtaħleb Hill Climb
· Ta’ Kandja Shooting Range
· Il-bini ta’ pixxina magħluqa fil-Kumpless tal-Kottonera
· It-tkomplija ta’ tibdil tas-
syntethic turf
fil-
pitches
tal-futbol f’Malta u Għawdex
· Bidu tax-xogħol fuq il-Pixxina ta’ Marsascala
· Jitkompla x-xogħol fuq il-proġett tal-grawnd tal-futboll f’Marsascala
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-għan ewlieni tal-Kummissjoni għall-Kummerċjalizzazzjoni tal-Faċilitajiet Sportivi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li l-għan ewlieni tal-Kummissjoni għall-Kummerċjalizzazzjoni tal-Faċilitajiet Sportivi huwa li tilqa' l-applikazzjonijiet mingħand l-għaqdiet sportivi li huma eliġibbli taħt il-liġi biex iwettqu proġetti ta' natura kummerċjali fl-impjanti sportivi tagħhom. Wara li tagħmel ċert li tali proġetti ser ikunu ta' benefiċċju kemm finanzjarju u sportiv għal dawn l-għaqdiet sportivi, u li permezz tagħhom il-faċilitajiet sportivi ser jiġu upgraded b'tali mod li jgawdu l-atleti kollha li jitħarrġu f'dawn il-faċilitajiet, tati l-permess sabiex isir tali proġett.
Wara dan, u meta l-proġett iseħħ, il-kummissjoni trid tagħmel il-monitoring tal-proġetti sabiex tara li dawn jilħqu l-għanijiet li jkunu ġew stabbiliti mill-kummissjoni meta din tkun tat il-permess.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jkun jiswa l-proġett tal-football pitch f’Wied il-Għajn?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li l-proġett huwa stmat li ser jiġi jiswa madwar żewġ miljun ewro (€2,000,000) u ser jagħti dar denja u professjonali lil Klabb ta’ M’Scala FC.
Kors tal-Volontarjat Sportiv – persuni li temmew il-kors
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li temmew b’suċċess il-Kors għall-Volontarjat Sportiv?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li temmew b’suċċess il-Kors għall-Volontarjat Sportiv kien ta’ għoxrin. Din kienet l-ewwel darba li sar dan il-kors, bl-għan li l-volontarjat sportiv jingħata valur.
Aġenzija Żgħażagħ – skema ta’ għajnuna lill-kunsilli lokali taż-żgħażagħ
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-kunsilli lokali taż-żgħażagħ li bbenefikaw minn skema ta' għajnuna li toffri l-Aġenzija Żgħażagħ fl-2017? Jista’ jgħid ukoll liema kienu s-servizzi offruti mill-Aġenzija Żgħażagħ matul l-2017?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni dwar liema kienu l-programmi u servizzi offruti mill-Aġenzija Żgħażagħ matul l-2017, u l-kunsilli lokali taż-żgħażagħ li fl-2017 ibbenefikaw minn skema ta' għajnuna li toffri l-istess Aġenzija, qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jara li l-lift fil-policlinic ta’ Ħal Qormi jitranġa għaliex pazjenti b’nuqqas ta’ mobilità qed ikollhom diffikultà biex jaċċessaw il-binja?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed isir ix-xogħol ta’ procurement għas-servizz ta’ tiswija tal-lift imsemmi minnu.