Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – servizzi legali mogħtija minn kumpanija
Question
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4129, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim u/jew tal-ittra ta' ingaġġ (letter of engagement) li l-Gvern ta' Malta għandu mad-ditta Ingliżi li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament, kif ukoll kopja ta' kwalunkwe fattura u/jew talba għal ħlas maħruġa mill-istess ditta Ingliża u mibgħuta lill-Gvern ta' Malta u li dwarhom il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ħallas l-ammont ta' €26,000 għas-servizzi legali mogħtija lilu mill-imsemmija ditta Ingliża?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li qieghed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Kirjiet irreġistrati biex jibbenefikaw mir-rata ta’ 15% taxxa
Question
Jista' l-Ministru jgħid, kemm kien in-numru ta' kirjiet li ġew irreġistrati biex jibbenefikaw mir-rata ta' 15% taxxa mis-sena 2014 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, sena b'sena? Jista' jgħid kemm minn dawn il-kirjiet kienu residenzjali u kemm kienu kummerċjali?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni - safar
Question
Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — safar
Question
Tista' l-Ministru tgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Ministeru tagħha fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Affarijiet Eworpej u Ugwaljanza — Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali
Question
Tista' l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għas-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni - safar
Question
Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Bdil tal-proċeduri fis-sottomissjoni u pagamenti tal-formoli tal-VAT u tat-Taxxi Interni
Question
B’referenza għall-komunikat li tqassam mid-Dipartiment tal-VAT taħt il-heading tal-Kummissarju għad-Dħul fejn ġie indikat li min-nhar it-2 t’April 2018 se jinbidlu diversi proċeduri relatati mas-sottomissjoni u pagamenti tal-formoli tal-VAT u tat-Taxxi Interni, jista’ l-Ministru jindika jekk jarax din il-bidla bħala żieda ta’ burokrazija?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz li ser jingħata ser iwassal biex il-pubbliku ikollu għażla biex jissottometti il-formolatorju u il-pagamenti tat-taxxa minn post wieħed.
Biex jissaħħaħ is-servizz u l-pubbliku jinqeda aħjar, il-klijenti qed jiġu mħeġġa sabiex jużaw is-servizz
online
24 x 7, jew li jużaw is-servizzi postali billi jibgħatu l-formalarju u l-ħlas relatat b’ċekk f’indirizz postali speċifikat, jew billi jmorru personalment f’wieħed mill-fergħat tal-posta madwar Malta u Għawdex.
Dawn huma miżuri li għandhom iwasslu biex inaqqas il-burokrazija.
Bdil tal-proċeduri fis-sottomissjoni u pagamenti tal-formoli tal-VAT u tat-Taxxi Interni
Question
B’referenza għall-komunikat li tqassam mid-Dipartiment tal-VAT taħt il-heading tal-Kummissarju għad-Dħul fejn ġie indikat li min-nhar it-2 t’April 2018 se jinbidlu diversi proċeduri relatati mas-sottomissjoni u pagamenti tal-formoli tal-VAT u tat-Taxxi Interni, jista’ l-Ministru jindika min se jerfa’ r-responsabbilità jekk tintilef xi formola tal-VAT hekk kif dawn ikunu qed jiġu trasportati bejn id-diversi branches tal-MaltaPost u d-Dipartiment tal-VAT?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li kull formola li tasal għand MaltaPost plc se tiġi rrekordjata f’sistema elettronika u kuljum ser issir verifika tal-informazzjoni minn din is-sistema man-numru tal-formoli li jinġabru mill-fergħat ta’ MaltaPost plc. Se tingħata riċevuta għal dokumenti sottomessi personalment.
Permezz ta’ din il-proċedura, l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi ser ikollu informazzjoni ta’ kull klijent li bagħat il-formola. Din il-proċedura ma kinitx fil-passat.
Ir-responsabbiltà għat-twassil ta’ formoli lid-Dipartiment tat-Taxxi hija tal-Maltapost, bl-istess mod tat-tqassim ta’ dokumenti li jintbagħtu bil-posta.
Bdil tal-proċeduri fis-sottomissjoni u pagamenti tal-formoli tal-VAT u tat-Taxxi Interni
Question
B’referenza għall-komunikat li tqassam mid-Dipartiment tal-VAT taħt il-heading tal-Kummissarju għad-Dħul fejn ġie indikat li min-nhar it-2 t’April 2018 se jinbidlu diversi proċeduri relatati mas-sottomissjoni u pagamenti tal-formoli tal-VAT u tat-Taxxi Interni fejn bħalissa d-Dipartiment tal-VAT kien jiftaħ kull 15-il ġurnata tax-xahar, bejn it-08.30 u l-11.30, u bejn is-14.00 u l-16.00 sabiex jilqa’ l-eluf ta’ sottomissjonijiet ta’ formoli tal-VAT, jista’ l-Ministru jgħid jekk b’riżultat ta’ din il-bidla hux se jinbidlu wkoll dawn il-ħinijiet? Jekk iva, jista’ l-Ministru jara li jintlaħaq ftehim mal-MaltaPost sabiex is-servizz ma jmurx għall-agħar?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mit-2 t’April is-sottomissjoni tal-formoli tal-VAT bdew isiru Online, jew inkella billi jiġu sottomessi fil-fergħat kollha tal-Maltapost f’Malta u Għawdex waqt il-ħinijiet ta’ ftuħ ta’ dawn il-fergħat. Il-ħinijiet ta’ ftuħ jinsabu fuq il-website tal-istess sit tal-Maltapost u qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Inżid nghid li l-Maltapost ser tagħmel xi eżerċizzi f’xi fergħat tagħha sabiex tara jekk għandhiex tapplika xi ħinijiet estiżi f’xi fergħat. Il-proċess kollu tas-sottomissjoni tal-formoli tal-VAT ġie maħsub biex is-servizz jitjieb għal wieħed aktar effiċċjenti u effikaċi.
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar kif il-Gvern qed jirribatti l-argumenti tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-reġim tal-VAT fuq yachts li għandna f’pajjiżna?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Gvern għadu qiegħed jipprepara l-każ tiegħu sabiex jirrispondi għall-każ imqajjem mill-Kummissjoni Ewropeja. Dan qed isir b’konsultazzjoni mill-qrib ma’ practitoners u esperti fil-qasam.
Unjoni Ewropea – bdil għal għoti ta’ fondi taħt il-Common Agricultural Policy
Question
Jista’ l-Ministru jispjega jekk l-Unjoni Ewropea [UE] hux qed taħseb li tbiddel il-mod kif jingħataw fondi taħt il-Common Agricultural Policy? X’inhu dan it-tibdil? F’liema stadju waslu dawn l-inizjattivi? Kif dawn jaffettwaw lokalment?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ħlas ta 15% flat rate fuq fondi ċivili u kummerċjali mikrija – infurzar
Question
Jista’ l-Ministru jispjega jekk hux qed isir infurzar sabiex jiġi żgurat li qegħdha titħallas il-15% flat rate fuq fondi ċivili u kummerċjali mikrija?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bhalissa qed isiru eżerċizzji mir-Risk Management Unit u investigazzjonijiet mit-Tax Compliance Unit dwar każijiet fejn qed ikun hemm rapporti ta’ evażjoni ta’ taxxa fuq kirjiet.
Is-Sezzjoni tal-Ispettorat ser tibda wkoll tagħmel
field audits
fuq dan is-settur ta’ negozju.
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar kif il-Gvern qed jirribatti l-argumenti tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-regim tal-VAT fuq yachts li għandna f’pajjiżna?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Kummissjoni Ewropea bagħtet ittra ta’ tqegħid fil-mora lill-Gvern Malti dwar ir-reġim nazzjonali tal-VAT fuq il-jottijiet nhar it-8 ta’ Marzu 2018.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li bħalissa l-Gvern għaddej b’diversi diskussjonijiet fuq livell tekniku sabiex jindirizza l-punti mqajma mill-Kummisjoni bl-aħjar mod possibli u jibghat ir-risposta fi żmien xahrejn. Ir-risposta se tkun qiegħda tintbagħat uffiċjalment lill-Kummissjoni permezz tal-proċeduri stabbiliti.
Ftehim li l-Unjoni Ewropea laħqet mar-Renju Unit fuq Brexit
Question
Dwar il-ftehim li laħqet l-EU mar-Renju Unit fuq Brexit fejn ġie elenkat dak li ġie maqbul u dak li ġie maqbul fil-prinċipju imma baqa’ aktar xogħol sabiex ikun hemm qbil fid-dettal, kif ser jiġu affettwati ċ-ċittadini Maltin li qegħdin għal xi raġuni jew oħra fir-Renju Unit?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li dan il-ftehim ġie negozjat min-negozjatur ewlieni tal-Unjoni Ewropeja u permezz tiegħu dawk iċ-ċittadini kollha li eżerċitaw id-drittijiet fit-trattati tal-Unjoni Ewropea u dawk li joħorġu mill-acquis marbuta mal-moviment ta’ persuni se jkollhom l-aspettazzjonijiet leġittimi tagħhom protetti. Dan ifisser li dawk iċ-ċittadini Maltin li qegħdin fir-Renju Unit sad-data tat-tmiem tal-perjodu tranżitorju se jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-benefiċċji ta’ dan il-qbil biex jibqgħu fir-Renju Unit taħt l-istess kundizzjonijiet eżistenti tagħhom, inkluż dawk relatati mal-koordinazzjoni tas-sigurta soċjali, dritt ta’ residenza, ħidma, servizzi tas-saħħa u edukazzjoni.
Biex jibbenefikaw minn dan l-arranġament, iċ-ċittadini Maltin li jgħixu fir-Renju Unit – bħal kwalunkwe ċittadin Ewropew ieħor fir-Renju Unit - ser ikollhom żmien mill-bidu tal-perjodu tranżitorju (cioe mid-29 ta’ Marzu 2019) sa sitt xhur wara li jispiċċa l-perjodu ta’ tranzizzjoni (li bħalissa previst li jintemm fit-30 ta’ Diċembru 2020) biex japplikaw mal-awtoritajiet tar-Renju Unit taħt proċess simplifikat għal status speċjali. Dan l-istatus ser jiggarantilhom dawn id-drittijiet u jiddistingwihom minn ċittadini oħra tal-Unjoni li jmorru lejn ir-Renju Unit wara l-perjodu tranżitorju u li mhumiex membri tal-familja ta’ nies li jibbenefikaw minn dan il-ftehim. Tajjeb ukoll li wieħed jinnota li l-arranġament jispeċifika wkoll id-dokumenti meħtieġa biex wieħed japplika u jikkwalifika għal dawn il-benefiċċji, kif ukoll il-mod kif jiġu evalwati l-applikazzjonijiet u r-rimedji.
Dan l-arranġament huwa suġġett għal qbil fuq il-bqija tal-arranġament legali taħt l-artikolu 50 TUE, inkluż fuq il-kwistjonijiet ta’ l-Irlanda u l-governanza, u jrid jiġi wkoll rratifikat mill-Parlament Ewropew u l-Parlament Ingliż, qabel ma jkun jista’ jidħol fis-seħħ.
Ħatra ta’ Regolatur ikkontemplat fil-Leġislazzjoni Sussidjarja dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta’ faċilitajiet sportivi
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk inħatarx ir-Regolatur ikkontemplat fil-Leġislazzjoni Sussidjarja dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta’ faċilitajiet sportivi li daħlet fis-seħħ fil-bidu tas-sena 2017? Jekk fl-affermattiv, kemm-il applikazzjoni rċieva sa issa? Kemm-il applikazzjoni minn entitajiet sportivi ġew approvati minn dan ir-Regolatur u ta’ liema entità sportiva huma?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. interpellant li l-Kummissjoni għall-Faċilitajiet Sportivi Kummerċjali ġiet maħtura f'Diċembru tal-2017. Infurmat li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-Għaqdiet sportivi interessati li jippreżentaw proġetti kummerċjali dwar il-ħtiġijiet tagħhom, kif ukoll għaddejjin diskussjonijiet oħra mal-awtoritajiet l-oħra tal-Gvern interessati sabiex jiġi stabbilit proċess mexxej dwar kif għandhom jibdew jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet.
Valletta 2018 Foundation – Premium Partners, Corporate Partners u Hospitality Partners
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif intgħażlu u x’inhu l-kontribut tal-Premium Partners, tal-Corporate Partners, u tal-Hospitality Partners tal-Valletta 2018 Foundation?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Corporate Business Unit fi ħdan il-Fondazzjoni Valletta 2018 fassal numru ta’ pakketti li jkopru livelli differenti ta’ sponsorship. Kienu diversi l-kumpaniji, kemm lokali kif ukoll barrannin, li ġew avviċinati u saru diskussjonijiet ma’ dawk interessati. Dan wassal biex intlaħaq ftehim mal-partners eżistenti li wrew l-ikbar interess u volontà biex ikollhom sehem fil-Valletta 2018 skont il-kriterji stabbiliti.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienu jikkonsistu l-freebies li tqassmu lill-pubbliku fil-ġimgħa tal-ftuħ tal-Valletta 2018, min kienu s-service providers għal dawn il-freebies u x’kien l-ammont li tħallas għal kull tip ta’ freebie?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-freebies li tqassmu lill-pubbliku kienu:
Printed pens b'valur ta' €4,130 (VAT inkluż)
Light up gloves b'valur ta' €11,200.56 (VAT inkluż)
Printed Scarves b'valur ta' €10,626.49 (VAT inkluż)
Keychains b'valur ta' €10,030 (VAT inkluż)
Is-Service provider kien Play Craft.
Tqassmu wkoll:
Lapel pins b'valur ta' € 11,798.63 (VAT inkluż)
Football scarves b'valur ta' €11,747.14 (VAT inkluż)
Branded Penswith case b'valur ta' €11516.8 (VAT inkluż)
Woven Paper Baskets Print b'valur ta' €11,422.4 (VAT inkluż)
Is-Service provider kien Prints of Wales.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun lest il-Villaġġ tal-Karnival b’mod li jkun jista’ jiġi wżat mill-kumpaniji tal-karnival?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-progett tal-esperjenza tal-Karnival huwa progett li hu funded minn fondi Ewropej u allura, ladarba dan hu ffinanzjat minn fondi Ewropej, t-tlestija tieghu hi determinata minn timeframes prestabbiliti. Nirringrazzja lil dawk kollha li hadmu biex dan il-progett jassigura funding minn fondi Ewropej li kien pass krucjali 'l quddiem fit-twettieq ta' dan il-progett. Ix-xoghol ghaddej b'mod tajjeb hafna.
It-tlestija se ssehh fl-2020.