Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-Ministeru għall-Finanzi, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Konferenza tal-aħbarijiet dwar il-mitt jum tal-Gvern — armar għall-konferenza tal-aħbarijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid min għamel l-armar għall-konferenza tal-aħbarijiet li saret dwar il-mitt jum tal-Gvern Laburista? Inħarġet tender jew saret permezz ta' quotations? Kemm-il quotation intalbet u lil min? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-quotations u r-risposti?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li x-xogħol sar kif indikat hawn taħt:
i. Sistema tas-Sound – BE Support Ltd
ii. Kiri ta’ dwal – Nexos Lighting Technolgy
Ninsab nfurmat li ma kienux ppreżentati quotations minħabba ristrezzjoni ta’żmien.
Unjoni Ewropea – bdil għal għoti ta’ fondi taħt il-Common Agricultural Policy
Question
Jista’ l-Ministru jispjega jekk l-Unjoni Ewropea [UE] hux qed taħseb li tbiddel il-mod kif jingħataw fondi taħt il-Common Agricultural Policy? X’inhu dan it-tibdil? F’liema stadju waslu dawn l-inizjattivi? Dawn kif jaffetwaw lokalment?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant li bħal ma jiġri fit-tħejjija ta’ kull perjodu finanzjarju ġdid tal-UE, anki għall-perjodu 2021-2028 il-Politika Agrikola Komuni tkun suġġetta għal ċertu bidliet kemm fit-tfassil tar-regoli u funzjonament tagħha, kif ukoll u bħal kull politika Ewropea oħra, għal bdil dwar kif din tkun finanzjata mill-baġit Ewropew li jmiss li jissejjaħ il-‘Multiannual Financial Framework’. Filwaqt li fil-każ ta’ bdil tal-politika nnifisha il-Kummissjoni Ewropea sal-llum ippublikat Komunikazzjoni, li mbagħad tiġi segwita fix-xhur li ġejjin bi proposti leġiżlattivi dettaljati, l-aspett finanzjarju jiġi trattat fil-Kunsill tal-Ministri tal-Finanzi u għaldaqstant nirreferieh għall-Ministru kkonċernat. Madanakollu f’dan l-istadju għadu kmieni wisq biex wieħed ikun jista’ jevalwa l-impatt nazzjonali.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslet ir-riforma leġislattiva li beda x-xogħol fuqha fis-sena 2016 dwar il-qasam turistiku?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għaddej bi proċess ta` reviżjoni u aġġornament tal-proposti, bil-għan li dawn iwasslu għal iktar simplifikazzjoni amministrattiva fl-aspetti kollha koperti b’dan il-qafas legali. Il-Pjan hu li din ir-riforma tidħol fis-seħħ kemm jista` jkun malajr.
Jista’ l-Ministru jispjega jekk dan l-aħħar sarx xi tibdil fil-mod kif jaħdem jew fil-mansjonijiet tal-Bureau of Accident Investigation fil-qasam tal-avjazzjoni?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-BAAI huwa konformi mar-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea, l-Anness 13 tal-ICAO u r-Regolament Lokali.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika u jagħti tagħrif jekk hemmx xi inizjattivi reċenti sabiex l-infermiera jibqgħu mexjin ‘il quddiem fil-karriera tagħhom u jispeċjalizzaw f’qasam speċifiku partikolari?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm diversi inizjattivi sabiex l-infermiera jkunu jistgħu jimxu ‘l quddiem fil-karriera tagħhom. Issa l-infermiera għandhom il-possibbilità li jispeċjalizzaw f’qasam speċifiku partikolari u dawn ser ikunu rikonoxxuti. Permezz tal-Avviż Legali 59 ta’ din is-sena, se jkun qiegħed jinħatar Kumitat għat-Taħriġ biex jaraw it-taħriġ u l-kwalifiċi neċessarji għal kull speċjalizzazzjoni kif ukoll se jkun qiegħed jinħatar Kumitat għall-Approvazzjoni dwar Speċjalisti għal Infermiera li jakkredita l-infermiera/qwiebel li jkunu għamlu t-taħriġ neċessarju u temmewh b’suċċess.
L-ispeċjalizzazzjonijiet offruti lill-infermiera huma fl-Anestesija u Maniġġjar tal-Uġigħ, fid-Diżabbiltà Intellettwali, fil-Forensika, fil-Ġenetika, fil-Ġerjatrija, fl-Immaġini Mediku Nukleari, fil-Kirurġija, fil-Kontroll tal-Infezzjoni, fil-Kura Intensiva, fil-Kura Palljattiva, fil-Kura Primarja u tal-Komunità, fil-Kura tal-Emerġenza,fil-Mediċina, fl-Onkoloġija, fil-Pedjatrija u fil-Psikjatrija, fir-Rijabilitazzjoni u fis-Saħħa Pubblika.
L-ispeċjalizzazzjonijiet għall-qwiebel huma fil-Kura Neonatali, fil-Kura Primarja u tal-Komunita’, fl-Ostetriċija, fis-Saħħa Mentali Perinatali, fis-Saħħa Pubblika kif ukoll fis-Saħħa Riproduttiva.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm inqatgħu sentenzi fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili mis-sena 2011 ‘il hawn, kull sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-ammont ta’ kawżi li ġew maqtugħa mill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili f’Malta mis-sena 2011 ‘il hawn huwa kif indikat fit-tabella t’hawn taħt:
SenaDeċiżiDegretatiĊedutiKanċellatiDeżertiOħrajnTotal
2011970252310276373 1,695
20121104242334235335 1,791
20131108250348172838 1,789
2014952238318172745 1,597
2015887292353203066 1,648
2016946252319252352 1,617
20171007214371183677 1,723
2018*16642685110292
* Sal-aħħar ta’ Frar 2018
L-ammont ta’ kawżi li ġew maqtugħa mill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili f’Għawdex mis-sena 2011 ‘il hawn huwa kif indikat fit-tabella t’hawn taħt:
SenaDeċiżiDegretatiĊedutiKanċellatiDeżertiOħrajnTotal
20119048520923222
20129858361917219
20139137460913196
20148038363538200
20159342400028203
20168742300028187
20177630366027175
2018*56700725
* Sal-aħħar ta’ Frar 2018
Qorti Ċivili – kawżi pendenti quddiem il-Prim’Awla
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm kien hemm kawżi pendenti quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili mis-sena 2011 ‘il hawn, kull sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ kawżi pendenti quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili ta’ Malta, mis-sena 2011 ‘il hawn kien kif indikat fit-tabella t’hawn taħt:
SenaKawżi pendenti
20114840
20124505
20134216
20144076
20153904
20163851
20173635
2018*3575
* Sal-aħħar ta’ Frar 2018
In-numru ta’ kawżi pendenti quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili ta’ Għawdex, mis-sena 2011 ‘il hawn kien kif indikat fit-tabella t’hawn taħt:
SenaKawżi pendenti
2011591
2012592
2013564
2014582
2015533
2016464
2017467
2018*475
* Sal-aħħar ta’ Frar 2018
Università ta’ Malta – temm ta’ impjieg ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif intemm l-impjieg tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mal-Università ta’ Malta? Jista’ jgħid jekk l-impjieg intemmx wara riżenja jew wara xi proċess dixxiplinarju? Jekk l-impjieg intemm b’riżenja, jista’ l-Ministru jgħid kienx inbeda proċess dixxiplinarju fil-konfront tiegħu u jekk iva jekk dan il-fatt kienx ikkomunikat lil dan l-individwu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-impjieg tal-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament ġie tterminat meta naqas milli jirrapporta għax-xogħol.
Dan wassal għall-korrispondenza mibgħuta mir-Rettur, il-Professur Juanito Camilleri, datata 15 ta' Novembru 2007.
F'din l-ittra l-individwu kkonċernat ġie mgħarraf illi l-Kunsill tal-Università ta' Malta, wara rakkomandazzjoni tal-iStaff Affairs Committee, caħad it-talba tal-individwu kkonċernat għal emigration leave bil-konsegwenza illi jekk ma jassumix il-kariga full-time fl-Università ta' Malta sat-30 ta' Novemberu 2007, l-Università ta' Malta ser tqis illi jkun abbanduna l-impjieg.
Dan seħħ għaliex il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ma estendiex il-kariga tal-individwu msemmi mill-Onor. Interpellant {Post of Head, Private Secretariat} lil hinn (oltre) mill-1 ta' Ottubru 2007.
Sena qabel, u cjoè, fl-1 ta' Ottubru 2006, l-individwu kkonċernat kien ingħata extraordinary unpaid leave mill-Università ta' Malta sabiex jassumi dan ir-rwol.
Għal kull bon fini, jiġi rilevat illi l-individwu kkonċernat bagħat ittra ta' riżenja lill-Università ta' Malta fit-12 ta' Diċembru 2007.
Peress li kemm l-Għassa tal-Mellieħa kif ukoll l-Għassa tal-Qawra\Buġibba qed ikunu spiss bla karozza tal-pulizija minħabba ħsarat ripetuti fil-vetturi, jista' l-Ministru jara li dawn l-istess għases ikunu fornuti b'karozzi ġodda? Dan anke għall-fatt li l-karozzi eżistenti huma antiki u mhux qed jilħqu għall-bżonnijiet tal-komunitajiet rispettivi.
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi kif ingħad f’okkażjonijiet oħra, fil-garaxx tal-Pulizija fejn isiru t-tiswijiet tal-karozzi tal-Korp isir minn kollox biex ħsarat ta’ vetturi jissewwew fl-iqsar ħin possibbli. Dan barra mill-fatt li xi vetturi jissewwew ukoll għand l-aġenti tad-ditta tal-karozzi rispettivi. Kemm jista’ jkun, sakemm isiru t-tiswijiet neċessarji jingħataw vetturi alternattivi lid-Distretti u/jew sezzjonijiet rispettivi. Dwar vetturi ġodda, ninsab infurmat li l-korp diġà għaddej bi pjan ta’ xiri ta’ vetturi ġodda u diġà nxtraw xi wħud li ser jitqassmu fil-futur qrib. Dwar it-tqassim tagħhom, dan dejjem isir skont l-esiġenzi li jkun hemm fil-Korp.
Kunsill Lokali Naxxar – proġett tal-inċineratur fiż-Żona tal-Magħtab
Question
Wara li tħabbar li l-proġett tal-inċineratur se jsir fiż-Żona tal-Magħtab, jista’ l-Ministru jara li l-awtoritajiet isejħu laqgħa ta’ informazzjoni u konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali Naxxar kif ukoll tissejjaħ laqgħa pubblika għar-residenti tan-Naxxar?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi dejjem kellu fil-ħsieb li fil-mument opportun jagħmel laqgha ta’ konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali rispettiv u kwalunkwe laqgħa oħra li jkun hemm bżonn skont iċ-ċirkostanzi.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti relatati ma’ studju li sar b’rabta mal-proposta tal-inċineratur li mistenni jinbena fiż-Żona tal-Magħtab?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra numru ta’ rapporti fuq il-materja. Hemm rapport ieħor magħmul mill-Jaspers li jagħmel konklużjonijiet ġeneralment simili iżda rapporti minn din l-entità m’humiex għall-pubblikazzjoni.
Attachments:08c_techreportwaste.pdfTechnical Report by the Ministerial Technical Committee-28.02.2018.pdfTask_1_Report_FINAL_v2_signed_ISSUED.PDFTask_2_Report_Final_signed_ISSUED.pdfTask_3_Report_1_ISSUED_FINAL_SIGNED.pdfTask_3_Report_2_CBA Report.pdfTask_4_Report_FINAL_ISSUED_SIGNED.pdfTask_5_PDS_Report_FINAL_SIGNED_ISSUED.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid meta mistenni jinbeda x-xogħol fuq l-inċineratur propost li jsir fiż-Żona tal-Magħtab?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Kif l-Onor. Interpellant jista’ jifhem, proġett bħal dan jirrikjedi ħafna xogħol metikoluż u li jrid isir bir-reqqa kollha inkluż dak preparatorju u ta permessi. Dan ix-xogħol diġà beda. Min-naħa l-oħra x-xogħol fiżiku fuq is-sit mhux mistenni jinbeda qabel tlett snin oħra jew ftit iktar.
Jista’ l-Ministru jara li l-periklu li qed jinħoloq minħabba siti ta’ kostruzzjoni faċċata tal-Knisja tax-Xemxija jiġi rimedjat mill-aktar fis u qabel iseħħu inċidenti u dan peress li l-parti tat-triq indikata spiċċat bla bankina, kif ukoll it-traffic lights biswit spiċċaw ġew mgħottija mill-ħajt li ttella’ fuq is-sit inkwistjoni?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li rappreżentanti ta’ Transport Malta u tal-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini qegħdin f’kuntatt dwar is-suġġeriment imsemmi fir-rigward ta’ ħolqien ta’ bankina, in vista tal-fatt li l-ewwel jeħtieġ li jkun assigurat li jkun hemm spazju bizzejjed biex jgħaddu nġenji ta’ ċertu kobor. Sadanittant, il-materja dwar it-traffic lights qed tiġi indirizzata wkoll.
Jista’ l-Ministru jara li l-ħofor li hemm tul it-triq u l-bankina mal-promenade tal-Għadira fil-Mellieħa jsirilhom il-manutenzjoni meħtieġa jew addirittura tingħata wiċċ ġdid tul l-istess triq u possibbilment isiru bankini ġodda?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirrżultaw.
Il-Mellieħa – Triq il-Kbira, kantuniera ma’ Triq is-Salib — bankina
Question
B’referenza għall-iżvilupp li għaddej fi Triq il-Kbira, kantuniera ma’ Triq is-Salib, fil-Mellieħa, jista’ l-Ministru jara li tkun imħarsa s-sigurtà tan-nies wara li ttieħdet għal kollox il-bankina bil-bini ta’ retaining wall u dan għaliex bil-mod ta’ kif inbena dan il-ħajt, qed tkun ipperikolata l-ħajja kemm tal-pedestrians kif ukoll tas-sewwieqa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li nhar it-Tlieta, 3 t’April saret spezzjoni fuq il-post minn rappreżentant tal-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini flimkien mas-Sindku tal-Mellieħa. Sar qbil li l-parti tar-retaining wall fuq Triq il-Kbira kien qed joħloq periklu kbir. L-għada, l-maniġer tas-sit ingħata struzzjoni sabiex ineħħih fi żmien jumejn. L-immsemmi ħajt ġie mħott il-Ġimgha 6 t’April.
Tista’ l-Ministru tagħti lista tat-toroq rurali li se jkunu qed jibbenefikaw mill-fondi Ewropej? Tista’ tagħti l-lista lokalità b’lokalità u kemm se jkunu qed jintefqu flus f’kull triq?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-impjegati (inkluż project managers, periti, project design officers u procurement officers) tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada impjegati wara Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba? Jista’ jgħid x’inhu l-pakkett finanzjarju ta’ kull wieħed u d-data meta kull wieħed ġie impjegat?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bit-tagħrif mitlub mill-Onorevoli interpellant.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — persons of trusts
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 168, jista' issa l-Ministru jelenka l-kariga jew xogħol li kull person of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu, qiegħed jokkupa?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-persons of trust fi ħdan l-Ministeru tal-Gustizzja, Kultura u Gvern Lokali u l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu huma dawk fis-Segretarjat, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, il-Kunsill Malti tal-Arti, il-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta' Malta, il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni, id-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni, iċ-Ċentru Malti għall-Arti Kontemporanja Internazzjonali, l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, Heritage Malta, il-Fondazzjoni Centru Kreattivita’ u l-Qrati tal-Ġustizzja.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 169, tista’ l-Ministru issa telenka l-kariga jew xogħol li kull person of trust li hemm fil-Ministeru tagħha, qiegħed jokkupa?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-karigi tal-Persons of Trust jinsabu fis-Segretarjat Privat tal-Ministru, fid-Direttorat tat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku, fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti u fid-Direttorat għas-Servizzi tal-Konsumatur fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.