Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kemmuna – siti storiċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20543 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jelenka s-siti storiċi li hemm fuq Kemmuna? Jista’ jgħid jekk hemmx siti minn dawn li huma devoluti u lil min huma devoluti? Jista’ jgħid x’qed jagħmel il-Ministeru tiegħu f’kull sit li hemm f’Kemmuna?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li fuq Kemmuna nstabu bosta skoperti arkejoloġiċi, li jinkludu dfin, fuħħar u sejbiet oħra, kemm fuq l-art kif ukoll fil-baħar. Skoperti ta’ bini li nstabu fuq Kemmuna jinkludu: · It-Torri ta’ Santa Marija · Il-Batterija ta’ Santa Marija · Sptar ta’ Iżolament · Kappella ddedikata lir-Ritorn tas-Sagra Familja mill-Eġittu · Forn antik ( bakery ) · Ċimiterju · U binjiet oħra iżgħar bħal nissen hut , għassa tal-pulizija u karma mortwarja, li għadhom qed jiġu investigati mis-Sovrintendenza għall-Wirt Kulturali. Il-Batterija u t-Torri ta’ Santa Marija ngħataw lil Din l-Art Ħelwa f’arranġament ta’ tutela (guardianship agreement).
Leg 13 PQ #22416 Sitting 505 2021-10-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – spazji rikreattivi għall-familji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20760 u jgħid x'xogħol sar fuq spazji rikreattivi għall-familji sena b'sena f'dawn l-aħħar tliet snin f'Għawdex mil-Ministeru tiegħu u jgħid x'hemm ippjanat li jsir bħala xogħol matul din is-sena u s-sena d-dieħla?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — masterplan

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex wasal il-master plan (PA07491/16) għall-area tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Jista' jgħid ukoll f'liema xahar tas-sena 2021/2022 hu ppjanat li jiġi approvat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern u Steward Health Care huma f’taħdidiet sabiex dak li huwa mistenni minn Steward skont il-konċessjoni tal-isptarijiet ta’ Għawdex, Karen Grech u San Luqa jiġi onorat minnhom għall-aħjar benefiċċju tal-pazjenti Maltin u Għawdxin.

Ħidma dwar Traspożizzjoni tad-Direttiva (UE 2019/771)

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret s’issa fir-rigward ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/771 li kellha tiġi riflessa fil-Liġi Maltija sal-1 ta’ Lulju 2021? Jista’ jgħid jekk saritx jew hux ser issir xi konsultazzjoni mal-istakeholders fosthom l-għaqdiet tal-konsumaturi u dawk li jirrappreżentaw is-settur privat? Jekk iva x’kienu r-riżultanzi?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/771 qiegħdha fi stadju avvanzat u hu mistenni li din titpoġġa għall-ewwel qari quddiem il-Parlament. Konsultazzjoni pubblika ma saritx peress li d-Direttiva tistabbilixxi li l-Istati Membri m’għandhomx iżommu jew jintroduċu, fil-liġi nazzjonali tagħhom, dispożizzjonijiet diverġenti minn dawk stipulati f’din id-Direttiva, fosthom dispożizzjonijiet aktar jew inqas strinġenti, sakemm din id-Direttiva ma tipprevedix mod ieħor. Għaldaqstant, it-traspożizzjoni hija kompletament konformi mad-Direttiva, u fejn id-Direttiva ipprevediet mod ieħor, it-traspożizzjoni kkunsidrat li jinżamm bilanċ sabiex jiġu salvagwardjati d-drittijiet tal-konsumaturi u anke dawk tal-kummerċjanti, kif ukoll żammet ma dak diġa’ stabbilit fl-Att kurrenti.

Implimentazzjoni tar-regolament UE 2017/2394

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22251, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-istatus tal-implimentazzjoni fir-rigward tal-bqija tad-direttivi / regolamenti ta’ l-UE elenkati fl-anness li ma jikkonċernawx id-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) jew l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu – dan tenut kont tal-fatt li suppost dawn il-miżuri kellhom jittieħdu f’Jannar tal-2020 - fosthom is-segwenti: a. Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1); b. Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-Kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem; c. Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika); d. Id-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b’distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 97/7/KE u 98/27/KE; e. Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà u ta’ persuni b’mobilità mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru; f. Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern; g. Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità; h. Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il- koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva); i. Ir-Regolament (UE) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004; j. Ir-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004; k. Id-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi; u l. Regolament (UE) 2017/1128 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar l-iżgurar tal-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut online fis-suq intern?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għad-Direttivi li jaqgħu taħt l-Awtorità tal-Mediċini, l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, u d-Direttorat għall-Avjazzjoni Ċivili, il-leġiżlazzjoni tagħhom diġa’ kienet qed tipprovdi għas-setgħat neċessarji għall-implimentazzjoni effettiva tar-Regolament (UE)2017/2394, filwaqt li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni implimentat b’mod sħiħ dan ir-Regolament permezz tal-Att Nru XXXIII tat-18 ta’ Ġunju 2021. L-Awtorita’ għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta qed tħejji regolamenti ġodda li ser jiġu promulgati taħt l-Att dwar l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (Kap. 330 tal-Ligijiet ta’ Malta), liema Regolamenti ser jkomplu jassiguraw il-konformita’ mar-Regolament (UE) 2017/2394. L-Awtorità tax-Xandir bħalissa għaddejja b’diskussjonijiet interni biex tipproponi tibdil fl-Att dwar ix-Xandir (Kap. 350) u r-Regolamenti dwar il-Poteri ta’ Infurzar li għandha l-Awtorita tax-Xandir (Leġislazzjoni Sussidjarja 350.12).
Leg 13 PQ #22443 Sitting 505 2021-10-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

L-Għarb Għawdex – Triq Franġisk Portelli — tarmak

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir it-tieni kisja ta' tarmak fi Triq Franġisk Portelli fl-Għarb, Għawdex, peress li qabel is-sajf u eżattament f’Mejju 2016, il-Ministru għal Għawdex ta' dak iż-żmien, kien wieġeb il-mistoqsija parlamentari 25805 u qal li dan kien se jsir fil-futur qarib u issa diġà għaddew iktar min 4 snin minn dik id-data u dan ix-xogħol baqa' ma sarx? Jista’ jgħid x'inhu jżomm il-Ministeru għal Għawdex milli jagħti t-tieni kisja tarmak lil din it-triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-riġward ta’ Triq Franġisk Portelli hemm kunsiderazzjonijiet legali li fuqhom il-Ministeru qed jistenna li jiġu ċċarati.

Nefqa fuq il-fuljett tal-Metro

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa li saret b'rabta mal-fuljett dwar il-Metro maħruġ mill-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u l-Awtorità għat-Trasport f'Malta u li ġie mqassam fid-djar f'Malta u Għawdex? Jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet ġie mqassam bieb bieb l-imsemmi fuljett?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorità tat-Trasport lin-nefqa għal l-istampar tal-fuljett hija €30,900 filwaqt li n-nefqa għad-distribuzzjoni f’residenzi okkupati ġewwa Malta li saret mill-Malta Post hija dik €4,927.00.
Leg 13 PQ #22605 Sitting 505 2021-10-27 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Rendikont tan-nefqa marbuta mal-attività dwar konsultazzjoni pubblika dwar il-Baġit 2022

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22420 u 22300 u jagħti rendikont tan-nefqa li saret b'rabta mal-attività li matulha tnediet il-konsultazzjoni pubblika dwar il-Baġit għas-sena 2022 u li saret nhar it-Tlieta 14 ta' Settembru 2021? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija attività?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-nefqa relatata mal-proċess tal-Budget 2022, inklużi l-laqgħat ta’ konsultazzjoni varji mifruxa fuq numru ta’ ġimgħat hija segwenti: · Logistics: €206,067.20 · Design, Multimedia and Printing: €94,663.96 · Media Buy and Distribution: €138,073.25
Leg 13 PQ #22606 Sitting 505 2021-10-27 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Rendikont ta’ nefqa fuq konsultazzjoni pubblika dwar il-Baġit 2022 f’Ħaż-Żabbar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22421 u 22301 u jagħti rendikont tan-nefqa li saret b'rabta mal-attività ta' konsultazzjoni pubblika dwar il-Baġit għas-sena 2022 u li saret ġewwa Ħaż-Żabbar nhar il-Ħamis 16 ta' Settembru 2021? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija attività?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-nefqa relatata mal-proċess tal-Budget 2022, inklużi l-laqgħat ta ’konsultazzjoni varji mifruxa fuq numru ta’ ġimgħat hija segwenti: · Logistics: €206,067.20 · Design, Multimedia and Printing: €94,663.96 · Media Buy and Distribution: €138,073.25
Leg 13 PQ #22607 Sitting 505 2021-10-27 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Rendikont ta’ nefqa fuq konsultazzjoni pubblika dwar il-Baġit 2022 f’Ħal Balzan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22422 u 22302 u jagħti rendikont tan-nefqa li saret b'rabta mal-attività ta' konsultazzjoni pubblika dwar il-Baġit għas-sena 2022 u li saret ġewwa Ħal Balzan nhar l-Erbgħa 22 ta' Settembru 2021? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija attività?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-nefqa relatata mal-proċess tal-Budget 2022, inklużi l-laqgħat ta’ konsultazzjoni varji mifruxa fuq numru ta’ ġimgħat hija segwenti: · Logistics: €206,067.20 · Design, Multimedia and Printing: €94,663.96 · Media Buy and Distribution: €138,073.25
Leg 13 PQ #22608 Sitting 505 2021-10-27 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Rendikont ta’ nefqa fuq konsultazzjoni pubblika dwar il-Baġit 2022 fiċ-Ċittadella

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22423 u 22303 u jagħti rendikont tan-nefqa li saret b'rabta mal-attività ta' konsultazzjoni pubblika dwar il-Baġit għas-sena 2022 u li saret ġewwa ċ-Ċittadella, f'Għawdex nhar il-Ġimgħa 24 ta' Settembru 2021? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija attività?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-nefqa relatata mal-proċess tal-Budget 2022, inklużi l-laqgħat ta’ konsultazzjoni varji mifruxa fuq numru ta’ ġimgħat hija segwenti: · Logistics: €206,067.20 · Design, Multimedia and Printing: €94,663.96 · Media Buy and Distribution: €138,073.25
Leg 13 PQ #22609 Sitting 505 2021-10-27 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konferenza tal-Aħbarijiet dwar il-Budget 2022

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont tan-nefqa li saret b'rabta mal-konferenza tal-aħbarijiet dwar il-Budget għas-sena 2022 u li hu flimkien mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u l-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol indirizzaw quddiem il-Berġa ta' Kastilja nhar it-Tnejn 11 ta' Ottubru 2021? Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija konferenza tal-aħbarijiet?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ uffiċċju jew sular tal-quad towers

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha jew xi entità li taqa’ taħtha laħaqx innegozja jew qed jinnegozja xi ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-quad towers?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda negozzjar ta’ kiri jew xiri ta’ uffiċini jew sulari fil-quad towers, la minn naħa tal-Ministeru tiegħi u lanqas mill-entitajiet li jaqgħu fi ħdan il-Ministeru.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja — ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ uffiċċju jew sular tal-quad towers

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha jew xi entità li taqa’ taħtha laħaqx innegozja jew qed jinnegozja xi ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-quad towers?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma laħqux innegozjaw u mhumiex jinnegozjaw xi ftehim ta kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-quad towers.