Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #23818 Sitting 549 2022-02-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

MULTI MODAL HUB F’GĦAWDEX – Xogħol Ta’ Skavar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23084 u jgħid meta bdew ix-xogħlijiet ta' skavar fuq il-proġett ta’ Multi Modal Hub f’Ta’ Xħajma, in-Nadur Għawdex? Kemm ser jiswew globalment dawn ix-xogħlijiet? Jista' jelenka x-xogħlijiet li twettqu sa issa u kemm hu previst li jiġu jiswew kif ukoll jgħid x'tip ta' xogħlijiet għad fadal isiru fuq dan il-proġett u meta hu ppjanat li jitlesta kompletament dan il-proġett?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel referenza għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 23815.
Leg 13 PQ #23819 Sitting 549 2022-02-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – INGAĠĠ TA’ ĦADDIEMA

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23085 u jgħid kemm-il persuna ddaħħlet taħdem taħt l-entitajiet u d-direttorati li jaqgħu taħtu, kemm impjegati direttament kif ukoll impjegati tramite kuntratturi jew direct orders li joffru servizz b'effett mil-1 ta' Jannar 2021 sal-lum? Jista' jagħti break down minn liema lokalitajiet huma dawn il-persuni li ġew ingaġġati? Jista' jgħid f'kull każ x'inhu l-grad jew job description ta' dawk il-persuni li ġew ingaġġati?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel referenza għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 22516.
Leg 13 PQ #23820 Sitting 549 2022-02-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija Għawdex – proġett tal-SME Hub

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġett propost fid-diversi baġits passati għal SME Hub ġewwa x-Xewkija Għawdex u jgħid x'sar matul is-sena 2021 fuq dan il-proġett u x'kienet in-nefqa? Jista’ jgħid f’liema xahar matul is-sena 2022 hu ppjanat li jibda x-xogħol infrastrutturali fuq dan il-proġett?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 23087.

GĦAWDEX – BINI TA’ TOROQ — INKJESTA MAĠISTERJALI

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inkjesta maġisterjali dwar allegazzjonijiet li ħarġu f'Lulju 2017 dwar korruzzjoni jew nuqqasijiet oħra fil-bini ta’ toroq f'Għawdex ġietx konkluża? Jekk ġiet konkluża x'passi ttieħdu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Inkjesti Maġisterjali huma fin-natura tagħhom kunfidenzjali u għalhekk il-mistoqsijiet magħmula ma jistgħux jiġu mwieġba
Leg 13 PQ #23822 Sitting 549 2022-02-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – tenders/direct orders/quotations relatati ma’ xogħol ta’ air-conditioning

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tender/direct order/quotation ħarġet mit-8 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Diċembru 2014 mill-Ministeru għal Għawdex għal xogħol ta' air-conditioning u manutenzjoni tagħhom, fejn twaħħlu, min tefa' t-tenders, jekk hux bi quotation jew ingħatat direct order u l-ammont? Jista' jindika min ħa t-tender, u jekk hux bi quotation jew b’direct order?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat lilu fil-Mistoqsija Parlamentari 23088.

GĦAWDEX – DWAL FIT-TOROQ — bozoz amministrati mill-Enemalta

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema huma l-bozoz li s’issa għadhom jiġu amministrati mill-Enemalta għal dak li jikkonċerna dwal fit-toroq tal-bliet u l-irħula tagħna ġewwa Għawdex? Kif jista’ persuna tidentifika bla problemi tali bozoz u tkun tista' tirrappurtahom direttament f’każ ta’ ħsarat?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif kienet il-proċedura għal diversi snin, s’issa l-manutenzjoni tal-lampi f’Għawdex hija mmexxija mill-Kunsill Reġjonali ta’ Għawdex flimkien mal-kunsilli lokali Għawdxin. L-arbli tat-toroq huma kollha nnumerati. It-tabelli bin-numri ta’ dawn l-arbli huma imwaħħla mal-istess arbli biex jagħmilha aktar faċli għall-konsumatur jirraporta dawk l-arbli li jkunu bil-ħsara lil kunsill lokali rispettiv.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' direct orders li ħareġ il-Ministeru u kull entità li taqa' taħtu mis-sena 2017 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? L-informazzjoni għandha tinkludi l-valur tad-direct order, min pprovda s-servizz jew oġġetti (kumpanija/individwi) u x'kien is-servizz jew oġġett provdut.

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.

Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' direct orders li ħareġ il-Ministeru u kull entità li taqa' taħtu mis-sena 2017 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? L-informazzjoni għandha tinkludi l-valur tad-direct order, min pprovda s-servizz jew oġġetti (kumpanija/individwi) u x'kien is-servizz jew oġġett provdut.

Response (GRIMA, CLIFTON)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 13760, tlabt biex il-bqija tal-informazzjoni tinġabar.

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — Direct Orders

Question

Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' direct orders li ħareġ il-Ministeru u kull entità li taqa' taħtha mis-sena 2017 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? L-informazzjoni għandha tinkludi l-valur tad-direct order, min pprovda s-servizz jew oġġetti (kumpanija/individwi) u x'kien is-servizz jew oġġett provdut.

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex jirreferi għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija Parlamentari 23910.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' direct orders li ħareġ il-Ministeru u kull entità li taqa' taħtu mis-sena 2017 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? L-informazzjoni għandha tinkludi l-valur tad-direct order, min pprovda s-servizz jew oġġetti (kumpanija/individwi) u x'kien is-servizz jew oġġett provdut.

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' direct orders li ħareg il-Ministeru u kull entità li taqa' taħtu mis-sena 2017 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, li tinkludi l-valur tad-direct order, min pprovda s-servizz jew oġġetti (kumpanija/individwi) u x'kien is-servizz jew oġġett provdut.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' direct orders li ħareġ il-Ministeru u kull entità li taqa' taħtu mis-sena 2017 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? L-informazzjoni għandha tinkludi l-valur tad-direct order, min pprovda s-servizz jew oġġetti (kumpanija/individwi) u x'kien is-servizz jew oġġett provdut.

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Contracting Authority hija obbligata li tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skond Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations. Il-ġbir mill-ġdid tal-istess informazzjoni jeħtieġ riżorsi sostanzjali b’telf għall-operat ewlieni tal- Contracting Authorities rispettivi.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' direct orders li ħareġ il-Ministeru u kull entità li taqa' taħtu mis-sena 2017 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? L-informazzjoni għandha tinkludi l-valur tad-direct order, min pprovda s-servizz jew oġġetti (kumpanija/individwi) u x'kien is-servizz jew oġġett provdut.

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 526, 528, 12787, 23923 u 24418. L-informazzjoni l-oħra għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Inklużjoni, il-Kwalità tal-Ħajja u l-Volontarjat — infiq fuq materjal ta' reklamar

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'kien l-ammont li ntnefaq mill-Ministeru fuq materjal ta' reklamar inkluż fuq billboards, reklami fil-gazzetti, reklami fuq social media u leaflets jew pubblikazzjonijiet oħrajn li tqassmu fid-djar għal kull xahar bejn Jannar 2020 u Jannar 2022?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — infiq fuq materjal ta' reklamar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont li ntnefaq mill-Ministeru fuq materjal ta' reklamar inkluż fuq billboards, reklami fil-gazzetti, reklami fuq social media u leaflets jew pubblikazzjonijiet oħrajn li tqassmu fid-djar għal kull xahar bejn Jannar 2020 u Jannar 2022?

Response (BONNICI, OWEN)

It-taghrif ghadu qed jingabar.

Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva — infiq fuq materjal ta' reklamar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont li ntnefaq mill-Ministeru fuq materjal ta' reklamar inkluż fuq billboards, reklami fil-gazzetti, reklami fuq social media u leaflets jew pubblikazzjonijiet oħrajn li tqassmu fid-djar għal kull xahar bejn Jannar 2020 u Jannar 2022?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

AFM — Search and Rescue Zone - Operazzjonijiet b'dgħajjes - persuni salvati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24322 u 24224 u ċjoè jgħid kemm-il operazzjoni saret mill-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) b’dgħajjes tal-AFM fis-Search and Rescue zone ta’ Malta għal kull sena fis-snin 2019, 2020 u 2021, u kemm-il persuna ġiet salvata f’kull waħda minn dawn l-operazzjonijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li t-twegiba ser tingħata f’seduta oħra.

AFM — Search and Rescue Zone - Operazzjonijiet b'dgħajjes - persuni salvati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24323 u 24225 u ċjoè jgħid minn dawk il-persuni salvati f’operazzjonijiet tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) bid-dgħajjes tal-AFM fis-Search And Rescue Zone ta’ Malta, kemm inġabu f’Malta, kemm ittieħdu l-Italja u kemm ittieħdu l-Libya matul is-snin 2019, 2020 u 2021,?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li t-twegiba ser tingħata f’seduta oħra.

AFM — Search and Rescue Zone ta' Malta - dgħajjes tal-AFM mhux involuti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24324 u 24226 u ċjoè jgħid kemm-il operazzjoni ta’ salvataġġ kienet ko-ordinata mill-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) fis-Search And Rescue Zone ta’ Malta iżda f’liema d-dgħajjes tal-AFM ma kinux involuti għal kull sena 2019, 2020 u 2021, u kemm-il persuna ġiet salvata f’kull waħda minn dawn l-operazzjonijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li t-twegiba ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #24627 Sitting 549 2022-02-16 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport

Korsa tal-Marsa — privatizzazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ispejjeż kollha relatati mal-proċess tal-privatizzazzjoni tal-Korsa tal-Marsa, inkluż l-ismijiet tal-kumpaniji u/jew individwi bħala benefiċċjarji? X’kien l-iskop ta’ kull spiża u meta tħallset?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Kuntratt li bih indivdwu qiegħed juza juża uffiċċju f’Sa Maison

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24503 u jippreżenta l-kuntratt li bih l-individwu. li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, qiegħed juża uffiċċju f’Sa Maison? Jekk ma hemmx kuntratt, jista’ jagħti l-kundizzjonijiet taħt liema tali użu qiegħed isir, inkluż meta beda tali użu, it-titolu, l-ħlasijiet li qegħdin isiru, u t-terminu tal-użu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra