Impjegati li jaħdmu fil-Ministeru għall-Infrastruttra, Trasport u Komunikazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi lista ta' nies li fl-aħħar sentejn kienu jaħdmu fil-Ministeru tiegħu u li ġew allokati f'xi impjeg ieħor fid-dekasteru tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' jipprovdi l-posizzjoni li kull persuna qed tokkupa, filwaqt li jindika jekk f'kull każ kienx hemm call for application? Jista' jgħid jekk kull persuna ġietx impjegata fid-deskasteru fuq definite contract, indefinite contract, self employed eċċ.?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li kien hemm persuna waħda u din giet detailed skond “Section1.5.3 tal- Public Service Management Codeu allura ma kienx jirrikjedi call for application, fil-pożizzjoni ta’ Senior Manager fuq kuntratt definit.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36502 u cioè: Billi suppost li dawk kollha li jimpurtaw plastic bags bil-handle huma suġġetti għal Eco-Tax ta' 15ċ il-borża, jista' l-Ministru jgħid:
a) kemm kien hemm kumpanji/
department stores
u
super
u
mini markets
li ġew immultati talli naqsu milli jħallsu
eco tax
simili;
b) liema kienu;
ċ) meta sar dan peress li hu mifhum li s-suq Malti u Għawdex jinsab mifquħ b'dawn it-tip ta' boroż? Jista' jgħid x'proċeduri u metodi ta' verifika jintużaw mid-dipartiment tal-VAT sabiex jiġi żgurat enforcement xieraq f'dan ir-rigward kif ukoll sabiex jinżamm level playing field f'dan is-settur?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li kien hemm 11-il kumpanija/department store jew super/mini market li ġew immultati mid-Dipartiment tal-VAT talli naqsu li jħallsu l-Eko Kontribuzzjoni simili fuq plastic bags bil-handle.
Mhux possibbli li tingħata informazzjoni dwar dawn il-kumpaniji minħabba l-proviżjonijiet ta’ segrettezza fil-liġi tal-VAT.
Ninsab infurmat ukoll li dawn il-Kumpaniji ġew immultati bejn Lulju 2008 u Mejju 2012. Il-proċeduri ta’ verifika użati huma dawk ta’ kontrolli mis-sistema komputerizzata tal-Eko Kontribuzzjoni, informazzjoni mid-Dwana,
spot checks
u investigazzjonijiet fuq rapporti.
Transport Malta — Traffic Impact Assessment fuq Kappara Junction
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36758 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudji kollha ambjentali u dawk ħolistiċi fuq traffic impact assessments li saru jew ġew ikkumissjonati minn Transport Malta qabel għamlet l-għażliet rakkmandati tagħha dwar l-iżviluppi proposti dwar Kappara Junction? Meta saru dawn l-istudji? Minn min saru, u meta ġew ikkummissjonati? Id-deċiżjonijiet ta' Transport Malta dwar din l-issue, fuq liema livell ittieħdu u jekk qabel sar dan kienx hemm konsultazzjoni ma Ministeri u entitajiet governattivi oħra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni għada qed tinġabar u għalhekk ir-risposta tingħata f'seduta oħra.
Spiża għal kull klijent li jattendi fiċ-Ċentri tal-Persuni b'Diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tiġi l-ispiża għal kull klijent li jattendi fiċ-Ċentri tal-Persuni b'Diżabilità u għal kull resident li jgħix f'xi dar residenzjali mmexxija mill-Aġenzija Sapport?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ghas-sena 2011 l-ispiża għal kull klijent li jattendi fiċ-Ċentri tal-Persuni b'Diżabilità huwa ta` € 10,952 fis-sena ghal-kull klijent individwali u ta` €57,406 fis-sena għal kull resident li jgħix f'xi dar residenzjali mmexxija mill-Aġenzija Sapport
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li jimxu fuqhom il-Maltese Cross Corps sabiex persuna tingħata s-servizz tal-Meals on Wheels?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li persuni anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali huma eliġibli biex japplikaw għand il-Maltese Cross Corps għas-servizz tal-Meals-On-Wheels.
Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma twettqet mill-Aġenzija Sapport f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Agenzija SAPPORT wettqet din il-hidma mis-sena 2007 ‘l hawn:
· l-Agenzija kompliet topera s-Servizzi taghha li kienet bdiet sal-2007, fejn kienet qed tintervjeni f’medja 223 kaz fix-xahar permezz tas-Servizzi ta’ Hidma Socjali, fejn kompliet taghti sapport ‘l fuq minn 100 familja fil-gimgha permezz tas-Servizzi fil-Komunita’ u fejn kienet qed taghti sapport kontinwu, 24 siegha kuljum, lill-persuni b’dizabilità fid-djar residenzjali taghha fil-Fgura, Kirkop, Mtarfa u Marsaskala;
· l-Agenzija hadmet biex ittejjeb u zzid l-intervent professjonali fi hdan is-Servizzi taghha u ghalhekk gew assenjati iktar Professional Support Workers fis-Servizzi ta’ Matul il-Jum u Social Workers fis-Servizzi fil-Komunità, fis-Servizzi ta’ Matul il-Jum u fis-Servizzi Residenzjali;
· hadet sehem fi programmi tal-EU kemm biex jinkiseb tahrig mill-haddiema u kif ukoll biex jinghataw opportunitajiet ta’ skambju lill-klijenti;
· f’April tal-2007 is-Servizzi ta’ Matul il-Jum għaddew taħt l-Aġenzija SAPPORT, u ghalhekk in-numru ta’ klijenti u n-numru ta’ haddiema zdiedu b’mod konsiderevoli;
· f’Ġunju tal-2007 beda jingħata Servizz Residenzjali permezz ta’ Dar Pirotta, Birkirkara (permezz ta’ kuntratt bejn il-Ministeru tal-Politika Socjali u l-Kurja tal-Arcisqof);
· f’Diċembru tal-2007 infetaħ id-disa’ Ċentru ta’ Matul il-Jum ġewwa Raħal Ġdid fi qbil mal-NGO Physically Handicapped Rehabilitation Fund (PHRF);
· f’Awwissu tal-2008, bdiet it-transizzjoni ta’ uħud mill-klijenti li kienu ser jidħlu jgħixu fir-Residenza ta’ Bormla;
· f’Novembru tal-2009, ingħata bidu għall-programm ME2 (iffinanzjat permezz tal-ESF);
· f’Lulju tal-2011 beda jingħata Servizz Residenzjali permezz ta’ Dar il-Wens, Kalkara u Għajn Dwieli (permezz ta’ kuntratt bejn il-Ministeru tal-Politika Socjali u Fondazzjoni Wens);
· f’Settembru tal-2011 l-Agenzija kisbet il-fondi mill-ESF biex twettaq progett fejn tharreg
trainers
sabiex ikunu jistghu iharrgu nies ghomja fuq mobiltà u orjentazzjoni, liema progett irid jitwettaq sa’ Gunju 2014;
· f’Marzu tal-2012 l-Agenzija SAPPORT bdiet topera minn uffiċini ġodda f’Santa Venera;
· f’April tal-2012 twaqqfet il-Kooperattiva tal-ME2 (Me2 Co-op);
· f’Awwissu tal-2012 il-Kumitat li jalloka s-Servizzi (SAC) gie ristrutturat u appuntat mill-Ministru tal-MJDF u nghata l-karigu biex jevalwa ukoll sitwazzjonijiet u jalloka fondi mill-Vot 5594 (Independent Supported Living);
· matul l-2012 l-Agenzija hadmet ukoll fuq zewg progetti, wiehed biex tinfetah l-ewwel Residenza ghall-minuri b’dizabiltà gewwa Birzebbuga u l-iehor biex ic-Centru ta’ Rizorsi ghall-persuni b’dizabilità gewwa l-Imtarfa jestendi ruhu u jilqa’ fih 11-il klijenti ohra.
Adult Training Centre — studenti li spiċċaw mil-livell sekondarju
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm spiċċaw studenti mil-livell sekondarju u bdew jattendu fl-Adult Training Centres? Kemm fadal studenti li suppost marru fl-Adult Training Centre u għadhom fis-sistema edukattiva?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi l-Onor Interpellant biex jagħmel l-ewwel parti tal-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Rigward tat-tieni parti 13 –il student spiċċaw mil-livell sekondarju u bdew jattendu f’Dun Manwel Attard,
Young Adult Education Resource Centre il-Wardija. 4 minnhom spiċċaw mill-Guardian Angel, Secondary Education Resource Centre. 14-il student li spiċċaw mill-Young Adult Education Resource tal-Wardija ġew referuti għall-Adult Training Centres. Hemm 27 student li bħalissa qegħdin fis-sistema edukattiva li meta jtemmu l-programm tagħhom jistgħu jiġu referuti għal Adult Training Centres jew programmi oħra ta' taħriġ fil-livell post sekondarju.
In-numru globali ta' studenti 'l fuq minn 16-il sena fi skejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti li huma Statemented huwa tmintax (18). Sbatax (17) fis-sekondarji u wieħed (1) fil-Post Sekondarja.
Ħaddiema ta' Skala 5 — xogħol mhux tal-grad tagħhom
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni minn skala 5 'l fuq li huma on secondment ma' xi entità oħra u allura mhux qed jagħmlu xogħol fil-grad tagħhom? X'inhi r-raġuni għal dan is-secondment u ma' liema entità oħra qegħdin?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-riposta se tingħata f’seduta oħra.t
Peress li l-istudenti tat-tielet sena tal-AAT fl-MCAST skoprew li l-ismart card tagħhom ġiet attivata b'bilanċ ta' €232.95 filwaqt li l-istudenti l-oħra rċevew l-ammont ta' €465, tista' l-Ministru tgħid għaliex hemm din id-differenza u għaliex hemm dan it-trattament diskriminatorju bejn l-istudenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nassigura lill-Onor. Interpellant li ma hemm ebda trattament diskriminatorju fost l-istudenti. B’mod ġenerali l-istudenti fil-livell Post Sekondarju bħalma hu l-MCAST, fl-ismart card jieħdu €232.94 kull sena tal-kors tagħhom sakemm ma jkunux qed jirrepetu.
Billi l-Gvern dehrlu li ma kellux jiddiskrimina bejn studenti tal-MCAST u dawk tal-Universita’ li jkunu qed jagħmlu studji tal-istess livell, l-istudenti tal-MCAST li jkunu qed jagħmlu l-Higher National Diploma u l-AAT u jilħqu Livell 5 jieħdu l-istess stipendju daqs studenti li qed jagħmlu korsijiet ta’ diploma fl-Universita f’Livell 5 u fil-każ ta’ studenti li jagħmlu top up degree jieħdu stipendju daqs studenti tal-universita’ li jkunu qed jagħmlu degree.
Bħalissa l-uffiċċju tal-Istipendji fl-MCAST għadu qed jipproċessa l-aħħar applikazzjonijiet ta’ studenti ġodda u jagħti struzzjonijiet biex jinfetħu u jitpoġġew flus fil-cards tal-istudenti. Biex l-istudenti jkunu jistgħu jibdew il-materjal meħtieġ għall-istudji tagħhom, infetħu l-cards bl-istess ammonti tas-sena li għaddiet iżda aktar tard dan ix-xahar dawn ikunu aġġornati u l-flus fil-cards jiġu aġġustati skont il-livell tal-istudju li qed jagħmlu l-istudenti u allura studenti fit-tielet sena tal-AAT jiżdiedulhom il-flus fil-cards għal €465.
Għawdex — Taċ-Ċawla fir-Rabat - ilmenti fuq irwejjaħ
Question
Peress li r-residenti tal-inħawi ta' Taċ-Ċawla, Rabat Għawdex, fejn hemm iċ-Ċentru Ragħaj it-Tajjeb qed jilmentaw minn irwejjaħ u anke għamlu ilment lill-awtoritajiet sanitarji iżda jidher li dan sar inutilment, tista' l-Ministru tara x'jista' jsir biex jiġi identifikat is-sors ta' dan l-inkonvenjent u jiġi indirizzat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li sar ilment mill-Uffiċċju tas-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa f'Għawdex fit-3 ta' Ottubru 2012 dwar irwejjaħ minn għalqa il tinsab fl-inħawi taċ-Ċawla limiti tar-Rabat Għawdex.
Minn stħarriġ li sar minn uffiċjali tas-Saħħa Ambjentali fl-4 ta' Ottubru 2012 irriżulta li l-irwejjaħ kienu kkaġunati minn demel li ġie ddepositat f'għalqa bħala fertilizzant naturali. Nixtieq inżid li s-sidien tal-għalqa in kwestjoni kienu diġà ħadu l-passi meħtieġa biex jaħartu l-għalqa indikata u b'hekk jiġi eleminat l-inkonvinjent.
Għawdex — Triq Marsalforn u Triq il-Kunċizzjoni - arja mniġġsa
Question
Peress li suppost Eko Għawdex anke indirizza l-kwalità tal-arja, peress li f'toroq bħal Triq Marsalforn fix-Xagħra, Għawdex u Triq il-Kunċizzjoni fil-Qala, Għawdex, ir-residenti jilmentaw minħabba arja mniġġsa li qed tikkawża ħafna ħsara lis-saħħa tal-bniedem, tista' l-Ministru tgħid x'qed isir mill-gvern biex titjieb il-kwalità tal-arja f'dawn it-toroq?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma l-Onor. Interpellant li fl-aħħar snin, il-gvern, fost l-oħrajn, investa f'servizz ta' Trasport Pubbliku ġdid, offra sussidji għax-xiri ta' karozzi elettriċi, introduċa t-test tal-VRT għall-vetturi u offra skemi t'għajnuna biex jitneħħew vetturi qodma mit-toroq bil-għan li jtejjeb il-kwalità tal-arja.
Barra minn dan, ninformak ukoll li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tmexxi programm ta' monitoraġġ tal-arja madwar Malta u Għawdex.
Malita Investment Plc — tender għall-kampanja ta' riklamar u media
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamenti 36808 u 36310, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk inħariġx tender għal kampanja ta' riklamar u media marbuta mal-promozzjoni tal-€15 miljun f'ishma fil-Malita Investments Plc li nħarġet dan l-aħħar? Jista' jgħid liema kumpanija tal-advertising ħadet dan l-assignment? Kif intgħażlet? X'jiswa bejn wieħed u l-ieħor dan l-account ta' riklamar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi Malita Investments plc twaqqfet fit-3 ta’ Ġunju 2011 bħala entita ġdida sabiex tixtri, tiżviluppa, tamministra u tħaddem portafoll ta' assi immobbli li jinkludu proprjeta` ta' importanza nazzjonali.
Għal dan il-għan il-bord tad-diretturi ried jingaġġa kumpanija tar-reklamar sabiex fost affarijiet oħra tiżvuluppa l-identita tal-kumpanija, tiġi żviluppata websajt u ‘l-
collateral
amministrattiv kif ukoll sabiex jingħataw proposti dwar l-kampanja ta’ reklamar marbuta mat-tnedija ta-ishma tal-kumpanija lill-pubbliku. Għal dan il-għan ġew identifikati żewġ kumpaniji, D-Max and Associates Limited u JP Advertising Limited, li huma t-tnejn attivi fil-qasam tar-reklamar u l-media elettronika, fejn dawn intalbu jagħmlu l-proposti tagħhom.
Wara l-preżentazzjonijiet li taw l-management ta’ dawn l-kumpaniji kif ukoll wara l-
evalwazzjoni tal-proposti imnedija, il-bord tad-diretturi iddeċieda li l-brand identity tal-
kumpanija u l-kampanja tar-reklamar marbuta mal-IPO tal-Malita Investments plc tiġi
mogħtija lill-JP Advertising Agency Limited.
In-nefqa totali tal-kampanja tar-reklamar marbuta mat-tnedija tal-ishma tal-Malita
Investments plc kienet tammonta ghal Ewro 76,638.96 (exc VAT). Dan l-infiq sar
f’kampanja ta’tlett ġimgħat fuq il-midja audio viżiva, diversi gazetti lokali u numru ta’
stazzjonijiet tar-radju.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36145 u jgħid kemm ġew jiswew l-eternal flames li hemm biżwit il-Monument tal-Gwerra? Jista' jgħid kemm hu stmat li huwa l-konsum ta’ gass f’kilogrammi kull jum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern ħaseb sabiex għall anniversarju importanti tas-70 sena mill-Għoti tal-George Cross lil pajjiżna, jerġa' jagħti d-dinjità li tixraq lil dan il-monument nazzjonali.
Infurmat li l-upgrade kollu tal-Monument tal-Gwerra sewa s-somma ta’ €91,477.79. Ovvjament l-Eternal Flames kienu parti minn dan ix-xogħol ta’ upgrading li ta dehra isbaħ u iktar mistħoqqa lil dan il-Monument li jfakkar il-vittmi taż-żewġ gwerer dinjija.
Barra dan, infurmat ukoll li l-konsum fil-ġimgħa tal-
eternal flames
huwa ta’ 270 kgs skont kif indikat fl-estimi li saru mill-inġinier ikkonċernat.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-investigazzjoni interna tal-Korporazzjoni Enemalta, tal-investigazzjoni tal-Pulizija u tal-inkjesta Maġisterjali b’rabta mal-qtugħ ta’ dawl estensiv tat-18 ta' Novembru, 2009? Jista' l-Ministru jagħmel stqarrija ċara u kategorika jekk abbażi ta’ dawn l-investigazzjonijiet il-qtugh tad-dawl kienx dovut għal każ ta’ sabutaġġ jew le?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tinġħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu quddiem il-Korporazzjoni Enemalta, bejn l-2008 u l-aħħar ta’ Awwissu 2012, xahar b’xahar u b’mod separat, talbiet għal kumpens wara ħsarat u danni li l-klijenti tagħha sofrew minħabba qtugħ fil-provista tal-elettriku? Jista' jgħid minn liema lokalità sar kull ilment? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull ilment? Jista' jgħid każ b’każ x’kienet id-decizjoni tal-Korporazzjoni Enemalta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tinġħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu quddiem Transport Malta bejn l-2008 u l-aħħar ta’ Awwissu 2012, xahar b’xahar u b’mod separat, talbiet għal kumpens wara ħsarat u danni li sewwieqa Maltin u Għawdxin sofrew fil-vetturi tagħhom minħabba l-istat ħażin tat-toroq f’pajjiżna? Jista' jgħid minn liema lokalità sar kull ilment? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull ilment? Jista' jgħid każ b’każ x’kienet id-deċiżjoni ta’ Transport Malta ?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-liċenzja maħruġa mill-Malta Tourism Authority fuq il-post li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u jekk l-istess licenzja wara li twaqqa' l-bini, għadhux jibqa' fuq isem il-licencee li dejjem kellu l-liċenzja fuq ismu u aktar u aktar meta hemm kemm avvjament u kemm l-għamara fih?
Response (MARCO, MARIO DE)
Infurmat illi l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu qiegħda preżentament tevalwa l-każ biex kemm jista’ jkun malajr tkun tista tiddeċiedi jekk għandhiex toħroġ liċenzja u fuq min.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm pulizija fil-preżent (datata 8 ta' Ottubru 2012) fis-support group tal-Korp tal-Pulizija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li minħabba li din hija materja li timpatta fuq is- sigurtà nazzjonali, ma jkunx għaqli li wieħed jiżvela n-numru tal-membri tal-Korp li qegħdin jitħarrġu fis-support group.