Jista' l-Ministru jara l-każ tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li ilha titħabat biex tingħata l-meter tad-dawl ħalli tkun tista' tidħol fil-post il-ġdid?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-koppja anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li jidher li hemm xi żbalji fil-kont tad-dawl u l-ilma?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista' l-Ministru jara li jiġi rivedut il-kont tad-dawl u l-ilma tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li qed tirċievi kontijiet għoljin ħafna?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-gvern hux se jipprivatizza l-car park magħrufa tal-Għalqa ta' Kola fir-Rabat u dak li hemm barra l-bibien tal-Imdina? Jekk fl-affermattiv, ma jaħsibx li tali privattizazzjoni se toħloq inkonvenjent kbir lir-residenti peress li minħabba n-nuqqas kbir ta' spazzju għall-parkeġġ f'dawn l-inħawi minħabba t-toroq qodma dojoq u b'hekk dan il-parkeġġ kien se jservi sabiex jipparkjaw ir-residenti ukoll?
Response (GATT, AUSTIN)
Infakkar lill-Onor. Interpellant li l-Gvern issospenda s-sejħa pubblika għall-offerti dwar l-operat tas-siti ta' parkeġġ pubbliku sakemm jiġu diskussi dawk l-aspetti ta' din is-sejħa li qed iħassbu lill-Partit Laburista.
Intant ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi : mhux minnu li se ssir privatizzazzjoni tas-siti ta' parkeġġ pubbliku (inklużi dawk indikati fid-domanda), għax dawn diġa' qegħdin jiġu operati mill-privat permezz ta' car park attendants liċenzjati f'kull sit. Kull m'hu qed isir huwa li qed jiġi msaħħaħ il-qafas regolatorju billi tinbidel is-sistema preżenti fejn il-car park attendants tinħarġilhom liċenzja li tiġġeddidilhom kull sena, għal waħda aktar trasparenti fejn l-Awtorita' tidħol f'relazzjoni kuntrattwali mal-privat dwar l-operat ta' kull sit, wara sejħa pubblika għall-offerti.
Il-Gvern ma' jħossx li dan se joħloq inkonvenjent lir-residenti, u dan għaliex fis-siti in kwistjoni hemm maħsuba spazji riservati għar-residenti, liema spazji se jiġu esklużi miz-zona fejn l-operatur se jkollu dritt jitlob ħlas. Barra minn hekk, f'dawn iz-zoni, r-residenti diġa' jħallsu meta jipparkjaw.
Jista' l-Ministru jinvestiga għala wara li tqabbad id-drenaġġ fi Triq Sant Antnin f'Wied il-Għajn mal-main fi Triq Sant' Anna meta dan il-main jiġi overloaded qiegħed jispiċċa jmur fid-djar u l-ħwienet li hemm fit-triq ta' taħt?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li minn investigazjonijiet li saru, jirriżulta li l-problema qiegħda tiġri waqt jew wara li tkun għamlet ix-xita. Il-main ta’ Triq Sant’ Anna huwa tajjeb u nadif. Il-backflow huwa kaġun ta’ rimi illegali ta’ ilma tax-xita fis-sistema tad-drenaġġ. Għalhekk, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qegħdha tinvestiga l-possibilità li telimina l-konnesjoni ta’ bejn Triq Sant’ Antnin u Sant’ Anna bil-għan li tittaffa l-problema.
Tfal li jittellgħu bil-wieqfa fil-coaches tal-iskola
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux permessibli li tfal tal-iskola jittellgħu bil-wieqfa fil-coaches li jwasluhom fl-iskejjel? Ma taħsibx li dan l-aġir joħloq periklu għall-istudenti b'mod partikulari f'każ ta' xi ħabta tal-vettura?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Mhux permissibli li studenti jinġarru bil-wieqfa fuq il-vetturi pprovduti mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi. Tant hu hekk illi jekk ikun irrapportat li xi operatur irrikorra għal dan il-mezz, dan l-operatur ikun penalizzat.
Fuq kull rotta organizzata mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi hemm l-ispazju kollu neċessarju biex l-istudenti jinġarru bilqegħda.
Tista' l-Ministru tagħti lista ta' korsijiet li huma organizzati mill-MCAST? Kemm minn dawn il-korsijiet huma bla ħlas u kemm minnhom huma bil-flus? Fil-każ ta' dawk bil-ħlas, kemm hu l-ħlas ta' kull sena għal kull kors?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-MCAST għandu korsijiet full-time li jibdew f’Ottubru, fil-bidu tas-sena akkademika, u oħrajn part-time (korsijiet ta’ filgħaxija) li jiġu offruti darbtejn fis-sena, uħud f’Settembru u oħrajn f’Marzu. L-informazzjoni dwar dawn iż-żewġ tipi ta’ korsijiet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Valletta — Triq ir-Repubblika - sign ta' keep clear quddiem il-Head Office tal-HSBC
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex inżebgħat is-sign keep clear quddiem il-bini li kien jopera bħala l-Head Office tal-HSBC fi Triq ir-Repubblika il-Belt (quddiem il-Berġa) meta dan il-bini issa ilu x-xhur ma jintuża?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dan kien żball u għandu jitneħħa fil-ġranet li ġejjin.
Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — infiq fuq fuel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li jintuża mill-Ministeru matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena 2012? Jista' jipprovdi informazzjoni separata għal dik li hija l-istess ċifra għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?
Response (MARCO, MARIO DE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — infiq fuq fuel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li jintuża mill-Ministeru matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena 2012? Jista' jipprovdi informazzjoni separata għal dik li hija l-istess ċifra għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li jintuża mill-Ministeru matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena 2012? Tista' tipprovdi informazzjoni separata għal dik li hija l-istess ċifra għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtha?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — infiq fuq fuel
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li jintuża mill-Ministeru matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena 2012? Tista' tipprovdi informazzjoni separata għal dik li hija l-istess ċifra għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' persuni barranin li għandhom working permit fil-preżent? Kemm minnhom huma minn barra l-Unjoni Ewropea?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-persuni mill-Unjoni Ewropeja m’għandhomx bżonn permess tax-xogħol, ħlief dawk mir-Rumanija u mill-Bulgarija.
Sal-lum għandna 5578 permessi tax-xogħol attivi li minnhom 473 huma Bulgari u 202 huma Rumeni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tpoġġew annimali, tjur u speċi oħra fil-kwarantina matul dawn l-aħħar għaxar xhur ta' din is-sena? Kemm minnhom għexu tul iż-żmien li damu kwarantina?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li matul l-2012 tpoggew fil-kwarantina annimali u tjur kif ġej:
288 għasfur
Wara li tlestew il-proceduri ġew rilaxxati lis-sidien. Minnhom mietu 66*
33 tiġieġa
Maqbuda mill-Qorti u ġew meqruda
30 fekruna ta’ l-art
F’ l-ewwel ġranet taż-żamma fil-kwarantina mietu 14 minnhom u li ġew inċinerati.*
Qattus
Ma kellux iċ- ċertifikazzjoni meħtieġa u se jintbgħat lura.
*L-mewt tal-frieken u l-għasafar ġiet kawżata minħabba l-mod ħażin kif ġew trasportati.
Dejn tal-gvern ma' aġenti ta' prodotti farmasewtiċi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu dejn sa Settembru 2012 il-gvern ma' aġenti li jissupplixxu prodotti farmasewtiċi għall-isptarijiet u qasam tas-saħħa? Jista' jagħti breakdown ta' dan id-dejn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Dipartiment tas-Saħħa jixtri mediċina b’termini ta’ kreditu ta’ 60 ġurnata minn meta l-mediċina tiġi ssuplixxita. Sa Settembru 2012 id-Dipartiment tas-Saħħa għandu jagħti is-somma ta’ €5,349,357 f’pagamenti li qabżu t-termini ta’ kreditu ta’ 60 ġurnata. Minħabba s-sensittivita kummerċjali il-breakdown ta’ dan id-dejn ma’ jistax jiġi mpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma s-servizzi li qed jikri mingħand il-privat? Kemm ilu jikri dawn is-servizzi?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa ma jikrix servizzi imma jixtri servizzi. Dawn is-servizzi jinkludu kemm servizzi kliniċi kif ukoll servizzi amministrattivi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rata ta' twelid f'Malta żdiditx jew naqsitx matul is-sena 2012 komperata mas-snin 2010 u 2011?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li bejn l-ewwel ta’ Jannar u l-aħħar ta’ Ġunju ta’ din is-sena twieldu 1971 tarbija f’Malta u Għawdex. It-tabella ta’ hawn taħt turi kemm twieldu trabi fl-ewwel sitt xhur tas-snin 2010-2012.
Jannar – Gunju
Numru ta’ trabi li twieldu fl-ewwel sitt xhur tas-sena.
2010
1867
2011
2047
2012
1971
Jista' l-Ministru jgħid, jekk jieħu snin 2005 sa 2012, jarax trends ta' żieda jew tnaqqis ta' mard respiratorju madwar il-pajjiż? Mil-liema parti tal-pajjiż ġejjin dawn it-tibdiliet? Kien hemm xi studju biex isibu s-sors li qed jikkawża dan it-tibdil?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti li s-sena l-oħra kienu qed jagħmlu kors universitarju u li din is-sena waqfu milli jkomplu dan l-istudju tagħhom? F'liema fakultajiet kienu dawn l-istudenti u kemm kien l-ammont tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.