Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #37024 Sitting 510 2012-10-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

MCAST — Għalliema għal childcare learning and development

Question

Fir-rigward tal-applikazzjonijiet li kienu ħarġu għal childcare learning and development teachers fl-MCAST, tista' l-Ministru tgħid kemm iddaħħlu s'issa u kemm mistennija jiddaħħlu minn dawk fuq il-waiting list fil-ġejjieni qarib?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-MCAST jixtieq jinforma li kellu żewġ vakanzi għal għalliema fl-‘Early Years’. L-ewwel waħda ġiet ingaġġata x-xahar li għadda, it-tieni waħda għandha tibda fil-ġranet li ġejjin, jiġifieri malli taħdem in-notice li hija marbuta tagħti lill-employer tagħha preżenti.
Leg 11 PQ #37025 Sitting 510 2012-10-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni li jservu fuq boards tal-gvern jew korporazzjonijiet parastatali

Question

Wara s-sejħa li kienet saret għall-persuni interessati biex jservu fuq boards tal-gvern jew korporazzjonijiet parastatali, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intgħażlu minnhom s’issa, min huma u fuq liema boards qegħdin jservu bħalissa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Laqgħat mas-sidien tal-pet shops — regolamenti ġodda

Question

Wara li kienu saru xi laqgħat ma' xi sidien tal-pet shops, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jiddaħħlu xi regolamenti ġodda li jirregolaw dawn l-outlets u jekk iva meta u fuq liema linji?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li waqt it-tfassil tar-regolamenti meħtieġa saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa u li preżentement hemm konsultazzjoni inter-ministerjali biex dawn ir-regolamenti jkunu ippubblikati biex jidħlu fis-seħħ.

Skola Sir Mikelanġ Refalo — Rabat Għawdex - għalliem tal-Home Economics A'level

Question

Peress li l-istudenti ta' Sir Mikelanġ Refalo tar-Rabat Għawdex qed jilmentaw minħabba nuqqas ta' għalliema tal-home economics A'Level, tista' l-Ministru tara li jiġi għalliem ieħor fl-iskola?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Peress li applikaw aktar studenti mis-soltu għas-suġġett tal-Home Economics, hemm bżonn ta’ erba’ siegħat lezzjonijiet aktar. Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi qed jagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex dawn il-lezzjonijiet ikunu koperti.

MEPA — applikazzjoni għal żviluppi fil-lokalità tal-11-il distrett

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema mill-kunsilli lokali tal-11-il distrett għandhom pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar applikazzjonijiet għal żviluppi fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom? Fil-każ tal-kunsilli li għandhom applikazzjonijiet pendenti x'inhuma l-iżviluppi li għandhom proposti u li għadhom pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandha quddiema applikazzjoni waħda pendenti fejn l-applikant huwa wieħed mill-Kunsilli lokali li jaqgħu taħt il-ħdax -il distrett. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika ta' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fejn ġew mfittxija applikazzjonijiet pendenti li fl-isem jew l-indirizz ta' l-applikant hemm xi waħda mill-kliem: • Kunsill • Council • Local • Lokali u li huma mill-Kunsilli ta' Ħ'Attard, Ħal Balzan u l-Mosta.

MEPA — applikazzjoni għal żviluppi fil-lokalità tas-7 distrett

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema mill-kunsilli lokali tas-7 distrett għandhom pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar applikazzjonijiet għal żviluppi fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom? Fil-każ tal-kunsilli li għandhom applikazzjonijiet pendenti x'inhuma l-iżviluppi li għandhom proposti u li għadhom pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandha quddiema applikazzjoni waħda pendenti fejn l-applikant huwa wieħed mill-Kunsilli lokali li jaqgħu taħt is-seba' distrett. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika ta' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fejn ġew mfittxija applikazzjonijiet pendenti li fl-isem jew l-indirizz ta' l-applikant hemm xi waħda mill-kliem: • Kunsill • Council • Local • Lokali u li huma mill-Kunsilli ta' l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ, Ħad-Dingli, l-Imġarr, l-Imtarfa u r-Rabat.

WSC — xogħol fil-konfini tal-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandiex xogħol infrastrutturali maħsub li jsir fil-konfini tal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar? Jekk iva x'inhu x-xogħol li mistenni li jsir? F'liema toroq u meta hu mistenni li jsir?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li ma hemm l-ebda xogħol ippjanat fil-konfini tal-kunsill lokali ta’ San Pawl il-Baħar apparti dak li għaddej u fi Triq is-Simar, Xemxija. Hawnhekk, ser issir biċċa xogħol b’ teknoloġija ġdida ta’ trenchless technology. Jista ikun hemm xogħol mhux ippjanat li isir ma proġetti ta’ entita oħra.

WSC — xogħol fil-konfini tal-kunsill lokali tan-Naxxar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandiex xogħol infrastrutturali maħsub li jsir fil-konfini tal-Kunsill Lokali tan-Naxxar? Jekk iva x'inhu x-xogħol li mistenni li jsir? F'liema toroq u meta hu mistenni li jsir?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma hemm l-ebda xogħol ippjanat fil-konfini tal-Kunsill Lokali tan-Naxxar apparti dak li għaddej. Jista jkun hemm xogħol mhux ippjanat li jsir ma proġetti ta’ entita’ oħra.

WSC — xogħol fil-konfini tal-kunsill lokali tal-Mellieħa

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandiex xogħol infrastrutturali maħsub li jsir fil-konfini tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa? Jekk iva x'inhu x-xogħol li mistenni li jsir? F'liema toroq u meta hu mistenni li jsir?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li m’hemm l-ebda xogħol ippjanat fil-konfini tal-kunsill lokali tal-Mellieħa apparti dak li għaddej. Jista’ jkun hemm xogħol mhux ippjanat li jsir ma’ proġetti ta’ entità oħra.

Transport Malta — xogħlijiet fil-konfini tan-Naxxar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq hu mistenni li jsir ix-xogħol matul ix-xhur li ġejjjin, minn Transport Malta fil-konfini tan-Naxxar? Meta hu mistenni li jinbeda l-istess xogħol indikat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-toroq residenzjali li mistennija li jsiru fix-xhur li gejjin fin-Naxxar huma Triq Dun Manwel Magri u Triq gdida fi Triq Vernes Jules (Triq W. Ryan). Parti minn Triq il-Forġa u Triq Sir William Jervois kienu wkoll fil-programm tax-xogħlijiet ta’ Transport Malta, pero għandhom problema sabiex isiru minħabba l-fatt li t-triq mihiex iffurmata sew, u għalhekk bħalissa hija r-responsabilta tas-sidien ta’ l-art li jiffurmawha qabel ma jkun jista jsir l-asfaltar minn Transport Malta. Ix-xoghlijiet fi Triq il-Hannewija nbdew, imma sar mandat u ghaldaqstant ix-xoghlijiet kellhom jitwaqfu temporanjament, sakemm tinqata s-sentenza tal-qorti.
Leg 11 PQ #33286 Sitting 509 2012-10-16 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Intern

Ministeru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari — informazzjoni dwar l-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid, matul l-2011 kemm ħarġu applikazzjonijiet għal impjieg fid-dekasteru responsabbli mill-Ministru u kemm ġew impjegati, kemm abbażi ta' kuntratt definit jew indefinit? F'kull każ x'kien il-grad/nomenklatura ta' impjieg li ġew imħaddma fih?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #34124 Sitting 509 2012-10-16 Oral · Final From: ANĠLU FARRUGIA To: Ministeru tal-Intern

playing fields li għandhom CCTV

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-playing fields li għandhom CCTV System operabbli u liema huma? Jista' jgħid kif u min jopera s-sistema sabiex tissalvagwardja t-tfal li jattendu f'dawn il-playing fields bil-funzjoni tas-CCTV? Jista' jitqiegħed dokument li juri din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #34727 Sitting 509 2012-10-16 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' kuntratti u xogħlijiet, bil-valur ta' kull wieħed, li ngħataw mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħtu, sena b' sena mill-2004, lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Għal kull każ, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kien każ ta' tender jew direct order? Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm każijiet fejn l-istess kumpanija ngħatat xogħol bħala sub-contracter ta' min ikun rebaħ xi kuntratt jew ingħata direct order?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għas-snin 2004 sa Diċembru 2010. Għall-informazzjoni tas-sena 2011, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-mistoqsija parlamentari nru 33415.
Leg 11 PQ #34969 Sitting 509 2012-10-16 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

San Pawl il-Baħar — ċitazzjonijiet ta' kontravenzjonijiet tat-traffiku

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34716, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar f'liema toroq ingħataw iċ-ċitazzjonijiet li ħarġu l-istess ċitazzjonijiet? Kif jitqabbel in-numru ta' 58 ċitazzjoni għal dawk li huma l-Ħdud fl-ewwel xhur ta' din is-sena (qabel it-13 ta' Mejju 2012)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #34970 Sitting 509 2012-10-16 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Kunsill lokali — parkeġġ bil-ħlas

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 34586 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'sehem għandhom il-kunsilli lokali biex jiddeċiedu fejn jista' jkun hemm car parks bil-ħlas? Liema hi l-lista ta' car parks li fihom Transport Malta għandha attendants liċenzjati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont Artiklu 33 (e), (f) u (i) tal-Att dwar Kunsilli Lokali (Kap 363), il-Kunsilli Lokali jistgħu jipproponu u/jew jiġu kkonsultati kull meta jkun ser isir (a) xi tibdil fi skemi tat-traffiku; (b) skemi ta’ ippjanar; u (ċ) xi deċiżjonijiet li jolqtu l-lokalità tagħhom. Rigward l-aħħar parti tad-domanda nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 16377 u 34422 rispettivament.
Leg 11 PQ #36024 Sitting 509 2012-10-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

genetically modified food and feed

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li kien hemm varjanzi konsiderevoli fil-mod li bih pajjiżna vvota dwar l-awtorizazzjonijiet għal genetically modified food and feed fuq livell Ewropew, speċjalment fejn jidħlu food and feed imports, u speċjalment meta wieħed iqabbel kif ivvutajna fi Frar tas-sena l-oħra u f’Novembru li għadda u kien hemm każijiet fejn anki kien hemm varjanzi dwar voti fuq erba' tipi differenti ta’ GM soybeans f’Malta imbagħad tivvota favur f’Diċembru li għadda fl-iStanding Committee favur żewġ tipi ta’ soybeansperess li ninsab nfurmat li fil-laqgħa tal-iStanding Committee Malta astjeniet darbtejn, ivvutat favur darbtejn u fi tmiem ivvutati favurhom kollha wara li kienet oriġinarament astjeniet? X’inhi l-pożizzjoni uffiċjali tal-Gvern Malti dwar din l-issue speċjalment fid-dawl tal-precautionary principle addottat mill-Gvern Malti fir-rigward tal-awtorizazzjonijiet ġodda marbutin mal-food and feed imports tal-GM? Fuq liema studji xjentifiċi jew kriterji oħrajn il-Gvern Malti bbaża d-deċiżjoni tiegħu li jivvota favur dawn l-erba' tipi ta' soybeans li ġew impurtati taħt ir-regolament 1829/2003 tal-Unjoni Ewropea speċjalment fil-kumitat tal-appell tas-17 ta' Jannar 2012? Kien hemm xi tibdil fil-pożizzjoni oriġinali ta' pajjiżna u jekk iva x’wassal għal dan? Hemm xi ħsieb li pajjiżna jkompli jappoġja awtorizazzjonijiet oħrajn simili dwar il-GMOs fix-xhur li ġejjin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l- Onorevoli Interpellant li l-mod li bih Malta tivvota dwar l-awtoriżżazzjonijiet għal genetically modified food and feed fil-laqgħat tal-iStanding Committees kif ukoll fil-laqgħat tal-Kunsill huwa bbażat fuq set ta’ kriterji li ġew stabbiliti speċifikament għal dan il-għan. Malta ġeneralment tivvota kontra applikazzjonijiet għal ikel ġenetikament modifikat intiż għal konsum minn nies u mill-annimali li jinvolvu l-introduzzjoni ta’ ġeni li jipprovdu reżistenza kontra l-antibijotiċi. Barra minn hekk, Malta tivvota b’kawtela f’każijiet fejn l-applikazzjoni tkun tinkludi stacked events . Applikazzjonijiet li jkunu jinvolvu stacked events huma dawk li jkun fihom iktar minn ġeni wieħed li ġie modifikat, bl-iskop li dawn il-ġeni modifikati jirriżultaw fi tratti speċifici fl-organiżmu. Malta teżerċita kawtela anke f’dawk il-każijiet fejn il-ġeni individwali kienu diġa ġew awtoriżżati singolarment fil-passat. Ir-raġuni hija li preżentement jeżistu dubji dwar l-effett sinerġistiku li jista’ jirriżulta meta iktar minn ġeni wieħed li ġie modifikat ikun preżenti fl-istess organiżmu. Minn-naħa l-oħra, Malta ġeneralment tappoġja applikazzjonijiet għal genetically modified food and feed f’każijiet fejn ġew indirizzati b’mod adegwat kwistjonijiet ta’ riskji fit-tul għas-saħħa tal-bniedem. Malta ġeneralment tappoġja wkoll applikazzjonijiet fejn b’mod ċar m’hemmx riskju ta’ proliferazzjoni, anki jekk b’mod aċċidentali. Fil-każ speċifiku imsemmi mill-Onorevoli interpellant, l-erba’ tipi ta’ GMOs ingħataw opinjonijiet favorevoli mill-EFSA (European Food Safety Authority) skont Artikli 6 u 18 tar-Regolament (KE) 1829/2003. L-EFSA kkonkludiet li dawn il-GMOs ma jippreżentawx periklu għal dak li ghandu x’jaqsam mas-saħħa tal-bnedmin jew tal-annimali, jew ma’ l-ambjent. Għalhekk Malta vvutat favur dawn l-erba’ GMOs. Ta’ min wieħed jgħid li Malta dejjem tikkunsidra f’dettal l-istudji li tkun ippublikat il- European Food Safety Authority (EFSA) għal kull applikazzjoni li tkun sa tiġi vvutata. B’mod speċjali, Malta tikkunsidra fid-dettal is-sezzjoni tal-istudju li tkun għamlet l-EFSA rigward it-tossikoloġija u testijiet li jsiru fuq annimali li jinkludi studji dwar l-għalf ta’ annimali madwar medda ta’ 90 jum, sabiex tkun determinata s-sigurtà tal-użu ta’ ikel ġenetikament modifikat intiż għal konsum minn nies u mill-annimali.
Leg 11 PQ #36182 Sitting 509 2012-10-16 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Kunsilli lokali — applikazzjoni għal programm ġdid tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema kunsilli lokali mis-7, il-11 u t-12-il distrett elettorali, matul l-ewwel xhur (sal-aħħar ta' Ġunju) applikaw għal xi programm ġdid tal-Unjoni Ewropea? Liema kienu dawn il-programmi li saru l-applikazzjonijiet għalihom kunsill kunsill? Meta ħarġu s-sejħiet ghħal dawn il-programmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

talba għal post tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' omm li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tinsab tgħix f'dar b' żewġt ikmamar u applikat għall-post tal-gvern peress li tinsab tgħix f'post sub standard?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata m’għandiex applikazzjoni pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali peress li l-istess applikazzjoni ġiet magħluqa fl-24 ta’ Mejju 2011.

talba għal benefiċċju tal-mard

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tas-sinjura li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat għall-benefiċċju tal-mard imma wara 24 xahar, dan il-każ għadu pendenti?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Applikazzjoni rigward sussidju

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, rigward applikazzjoni għal sussidju?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna msemmija qed tigi pprocessata. L-Awtorità tad-Djar qed tigbor informazzjoni dwar l-assi u d-dhul tal-applikanta sabiex jigi stabbilit jekk tikkwalifikax taht il-kundizzjonijiet tal-iskema u kemm huwa l-persentagg tal-ghajnuna li tikkwalifika ghalih.