Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ingaġġ ta' nurses mal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun ingaġġati mal-gvern full-time in-nurses li gradwaw din is-sena 2012?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li numru sostanzjali ta’ infermiera diġà daħlu jaħdmu mall-Gvern, u jonqos grupp ieħor ta’ infermiera li ggradwaw f’Settembru 2012, li mistenni jkunu ngaġġati fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 11 PQ #37209 Sitting 511 2012-10-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — xogħol u titjib tal-ħiliet tar-riżorsi uman

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 28493, 29391, 29802, 34768, 35207 u 35747 dwar ir-rapport li ġie kkumissjonat biex janalizza s-sitwazzjoni preżenti u jagħti pariri dwar strateġija marbuta mal-ħolqien tax-xogħol u t-titjib tal-ħiliet tar-riżorsi umani f'Għawdex, tista' l-Ministru tgħid ma’ min saru l-konsultazzjonijiet s’issa? Kemm damu sejrin il-konsultazzjonijiet f’kull każ? Ma’ min ġew konklużi l-konsultazzjonijiet s’issa? Meta mistenni li jiġu konklużi dawk il-konsultazzjonijiet li bdew u għadhom ma nagħlqux? Ma’ min jonqos isiru l-konsultazzjonijiet? Meta mistenni li jibdew u jitlestew?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f'dan l-istadju m'għandi xejn x'inżid mat-tweġibiet għall-mistoqsijiet imsemmija.
Leg 11 PQ #37210 Sitting 511 2012-10-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ċimiterju ta' Santa Marija — kuntratti

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 32793 fejn qalet li fil-futur qarib se jsiru l-kuntratti għall-bejgħ tal-oqbra fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Maria, tista’ l-Ministru tgħid jekk l-imsemmija kuntratti issa sarux? Jekk saru, meta? Kemm il-kuntratt sar? Jekk ma sarux, xħqed iżomm milli jsiru? Meta mistennija li jsiru?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma għandi xejn xi nżid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 32793.
Leg 11 PQ #37211 Sitting 511 2012-10-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

informazzjoni dwar grant agreement

Question

B’referenza għat-tweġba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 32207 dwar il-proġett ta’ trattament u trasferiment ta’ skart solidu fejn l-Prim Ministru qal li għad m’hemmx Grant Agreement iffirmat minħabba li xi kundizzjonijiet marbuta ma’ dettalji li jridu joħorġu minn studji li kienu għadhom għaddejjin fuq il- proġett CF119 – Setting up a Mechanical and Biological Treatment Plant in the North of Malta, u li bħala konsistenza strateġika fuq l-immaniġjar tal-iskart fil-Gżejjer Maltin iridu jidħlu wkoll fil-Grant Agreement ta’ dan il-proġett u li t-tender marbut ma’ dan il-proġett qed qed jiġi evalwat , jista' l-Prim Ministru jgħid: a) jekk l-istudji fuq il-proġett CF119 tlestewx u jekk fl-affermattiv, meta? Fejn wasal dan il-proġett u x’jonqos isir fuqu? b) jekk l-evalwazzjoni tat- tender tal-proġett ta’ Għawdex tlestiex u jekk fl-affermattiv, meta? Fejn wasal u x’jonqos isir fuqu? ċ) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- grant agreements dwar dawn il-proġetti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #37212 Sitting 511 2012-10-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — San Lawrenz - xogħlijiet fuq Triq Franġisk Portelli

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ordini biex jibdew ix-xogħlijiet fuq Triq Franġisk Portelli, San Lawrenz? Tista’ tgħid x’xogħlijiet saru s’issa fuq din it-triq? X’jonqos isir biex titlesta? Meta mistennija titlesta? Kemm hemm flus ivvotati għal din it-triq għal din is-sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ordni biex jinbdew ix-xogħlijiet fuq Triq Franġisk Portelli, San Lawrenz. Ninsab infurmata li sa issa saret parti mis-service culvert tat-triq u jonqos li jiġi mċaqlaq cable tad-dawl, tinbidel is-sistema tad-drenaġġ u jinbnew is-saffi tat-triq. Jiena nfurmata wkoll li x-xogħlijiet ma setgħux jitlestew minħabba diffikultajiet ta' aċċessibilità lejn ir-raħal ta' San Lawrenz u lejn id-Dwejra minħabba xogħlijiet oħra fl-Għarb. Din il-parti tat-triq mistennija titlesta fl-ewwel kwart tas-sena d-dieħla.

Għawdex — Xagħra - sqaq mhux aċċessibli

Question

B'referenza għal PAB 678/96 u l-ECF 1446/96 li dwaru hemm sentenza tal-Bord tal-Appell dwar l-Ippjanar datata 3 ta' Novembru 2000 u li nonostanti l-istess sentenza, l-appellanti reġgħu poġġew franka stones u materjal ieħor 'il barra mil-linja uffiċjali bil-konsegwenza li abitanti tal-istess sqaq li jagħti għal Triq Marija Bambina Xagħra Għawdex ilhom snin ma jistgħux jgħaddu minn dan l-isqaq, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ma tteħditx direct action u tiġi inforzata l-liġi aktar u aktar meta f'dan il-każ, id-direct action tista' tiġi inforzata finalment fi ftit spejjeż u dan meta hemm ordni ta' inforzar bin-numru ECF/00513/11 li dwaru ma sar l-ebda appell?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ imsemmi skont l-Avviz tal-Infurzar ECF 513/11, maħruġ f'Ottubru 2011, jiirigwarda żvilupp mingħajr permess li jikkonsisti fi tqegħid ta' materjal biex ġie iffurmat speċi ta' side garden barra mil-linja uffiċjali, ġewwa Sqaq fi Triq Maria Bambina, ix-Xagħra. Fil-frattemp l-Awtorita ġiet infurmata li l-Qorti tal-Ġudikatura Kriminali xi snin ilu kienet tat tlett sentenzi fil-konfront tal-predeċessur tas-sid preżenti dwar l-istess każ, ċioe dak ta' ngombru li nħoloq fl-isqaq imsemmi. Għaldaqstant l-Awtorita' talbet lill-Avukati tagħha jirriċerkaw fir-Reġistru tal-Qorti dwar dawn is-sentenzi u dan sabiex ikunu studjati ċ-ċirkostanzi legali tal-każ.

sewrvizz tat-Telecare

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ikollha s-servizz tat-Telecare jaħdem kif suppost?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ għamel kuntatt mal-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant biex jara ezatt x’inhi l-problema tas-servizz tat-Telecare. Saru komunikazzjonijiet bejn id-Dipartiment u l-Go biex il-persuna msemmija jkollha s-servizz tat-Telecare jiffunzjona kif suppost mill-aktar fis possibli. Persuni mill-Go marru għand din il-persuna nhar it-Tlieta, 11 ta’ Settembru fejn sabu li kollox kien qed jiffunzjona sew b’hekk l-anzjana għandha s-servizz jaħdem kif suppost.

talba għal post alternattiv

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li applikat għal post alternattiv peress li tgħix ġo żewġt ikmamar?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanti in kwestjoni ġiet ipproċessata mal–applikazzjonijiet l-oħra għall-akkomodazzjoni alternattiva. L-applikazzjoni se tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija.

kont tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li jinħareġ il-kont tad-dawl tal-anzjan li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ngħatat lil-ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.

post li minnu dieħel l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li qed jidħlilha l-ilma fil-post li tgħix fih?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità ħadet nota ta’ din it-talba u ddaħlet fil-programm ta’ spezzjonijiet tas-sezzjoni tal-Manutenzjoni. L-inkwilina hija mħeġġa sabiex fil-futur tinforma minnufih lill-Customer Care tal-Awtorità f’każijiet simili sabiex tkun tista’ tittieħed azzjoni aktar malajr.

talba għall-vouchers tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-MInistru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li applikant għall-vouchers fuq il-kont tad-dawl u l-ilma u ġiet infurmata li mhux intitolata għalihom meta għandha pensjoni baxxa?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Operazzjoni tal-Irkoppa

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li qed tistenna biex tagħmel operazzjoni tal-irkoppa?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li s-Sinjura hawn fuq imsemmija ġħandha appuntament fil-Pre Op clinic fl-10 t’Ottubru 2012. Dan ifisser li l-operazzjoni sejra issir fi żmien qasir.

Belt — kiri tas-Saluting Battery

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36315 u cioè: B'referenza għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 34533, 35174 u 35169 u ġaladarba l-Ministru ma poġġiex fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti mitluba fil-mistoqsija parlamentari 35174, jista' l-Ministru jgħid taħt liema klawsola tal-kapitlu 268 tal-Liġijiet ta' Malta, jiġifieri tal-att li jirregola t-trasferiment tal-proprjetà tal-gvern, saret il-konċessjoni esklussiva lill-Island Caterers?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.

Kumpanija Lowenbrau — kundizzjonijiet tal-bejgħ

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 36314, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar it-tpartit li sar bħala kumpens għall-bejgħ tal-kundizzjonijiet li kien hemm fil-kuntratt tal-fabbrika Lowenbrau?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-dettalji dwar it-tpartit li sar bħala kumpens għall-bejgħ tal-kundizzjonijiet li kien hemm fil-kuntratt tal-fabbrika Lowenbrau jinsabu mniżżla fil-kuntratt datat 5 ta’ Ġunju 2011 fl-atti tan-Nutar Dottor Nicolette Vella li kopja tiegħu tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra mal-Mistoqsija Parlamentari 36314.

Enemalta — Gas Division - art

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 36308, 36223, 35975 u 35823 u jgħid ta' min hi l-art li bħalissa l-Korporazzjoni Enemalta tuża għall-Gas Division fil-Qajjenza, limiti ta' Birżebbuġa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Mediċini b'xejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern jagħtix Axura Donecept għall-persuni li jbatu mid-dimensia u Combodart għal prostata b'xejn lill-pazjenti peress li jiswew ħafna flus?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-mediċini Axura® (memantine) u Donecept® (donepezil) m’humiex disponibbli fil-Formularju tal-Gvern. Bħalissa għaddej il-proċess ta’ evalwazzjoni u ppjanar għall-mediċini tad-Dimensja, sabiex dawn jiġu nklużi fil-formularju tal-Gvern, wara li aktar kmieni din is-sena id-dimensja giet inkluża fl-Iskeda V tal-Att tas-Sigurta’ Socjali. Il-mediċina Combodart® (tamsulosin + dutasteride) ma tinstabx fil-formularju tal-Gvern. Dan il-prodott mediċinali huwa indikat għall-Benign Prostatic Hyperplasia (BPH), li bħalha kundizzjoni ma tinstabx fl-Iskeda V tal-Att tas-Sigurta’ Socjali.

Persuna li ngħatat plot industrijali

Question

Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li bħal ma sar f'każijiet oħra simili, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li kienet ingħatat plot industrijali f'Ħal Far u liema plot kien ittieħed lura, jingħata plot alternattiv fl-area industrijali ta' Ħal Luqa?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi il-każ imsemmi imur lura għas-snin 1998 meta ġie allokat l’art f’Hal Far u l-2004 fejn il-Malta Enterprise, f’ittra datata 2 ta’ Frar 2004, kienet irrimbużat lill-klijent id-depozitu imħallas sabiex jibda jopera mill-art allokata. B’hekk il-każ ġie ikkunsidrat legalment magħluq. Għaldaqstant, u kif sar f’każijiet simili, il-klijent għandu jerġa japplika b’mod uffiċjali kif jirrikjedu l-proċeduri tal-Malta Enterprise, fejn il-proġett tiegħu ikun jista’ jiġi evalwat fuq il-kriterji stabbiliti.

importazzjoni ta' annimali u tjur

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati annimali, tjur u speċi oħra matul l-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena? Kemm minnhom kienu eżotiċi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li fis-suq ħieles Ewropew importazzjoni tirreferi biss għal dak li joriġina minn barra l-Unjoni Ewropea, ninformah li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni relatttiva.

Flus minn multi tal-Qrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul f'ċifra ta' flus globali għar-rigward ta' multi li imponiet il-Qorti ta' Malta u Għawdex fid-deċiżjonijiet tagħha matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena 2012?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul globali għar-rigward ta’ multi li mponiet il-Qorti ta’ Malta u Ghawdex fid-deċiżjonijiet tagħha matul l-ewwel disa’ xhur (bejn Jannar u Settembru) tas-sena 2012 jammonta għal €1,699,672.63